153 34 5MB
Maltese Pages [421] Year 2021
EKAM SAT Il-Verità Waħda
Esperjenza tal-Veda Dharma Ġabra ta’ testi ewlenin u riflessjonijiet prattiċi It-Tieni Edizzjoni Riveduta
C.J. Muscat
Ekam Sat
EKAM SAT
Il-Verità Waħda Esperjenza tal-Veda Dharma
Ġabra ta’ testi ewlenin u riflessjonijiet prattiċi C.J. Muscat
Athato brahma jijnasa Ejjew infittxu l-oriġini ta’ kollox. Rig Veda i
© 2021 C.J. Muscat
Ħajr … • lil dawk kollha li taw id-daqqa t’id fil-qari tal-provi; • lil dawk il-ħbieb li offrew l-istampar u distribuzzjoni tal-ktieb; • lil ħafna qarreja oħra, li qasmu b’xi mod jew ieħor l-apprezzament tagħhom.
Drittijiet miżmuma © 2020 minn C.J. Muscat Dan il-ktieb jew xi partijiet minnu ma jistgħux jiġu riprodotti jew użati fi kwalunkwe mod mingħajr il-permess speċifiku ta’ min qed jippubblikah ħlief għal xi kwotazzjonijiet qosra f ’kummenti dwar l-istess ktieb. Xi disinji u stampi ttieħdu minn siti u sorsi oħra bla copyright u dan sar għall-iskop biss li jinxtered l-għarfien. M’hemmx l-intenzjoni li jitwettaq xi ksur tad-drittijiet tal-copyright. Dan il-ktieb jingħata lil min ifittxu. Provi tal-Malti: Karl Coleiro Stampat: Best Print Co. Ltd, il-Qrendi, Malta
It-Tieni Edizzjoni Riveduta ISBN: 978-99957-1-681-3 [email protected]
2021 MALTA
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Iddedikat
Lil kull min qed ifittex esperjenza talVeda Dharma
Pranam lil
Manjulla Ac. Satyaparananda Avadhuta, Ac. Sumitrananda Avadhuta, Ac. Siddhiyogananad Avadhuta, Dr Sharma u Dr Varma Dejjem ispirawni u jibqgħu dejjem ġo qalbi.
Inti biss l-aqwa ħabib tiegħek innifsek. Inti biss l-akbar għadu tiegħek innifsek. Bhagavad Gita 6.5
iii iii
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
EKAM SAT Ġabra ta’ noti qosra, mislutin minn kitbiet ta’ Sri Aurobindo, Adi Shankara, Swami Jitatmananda, Swami Sivananda, Swami Prabhavanananda, E.Easwaran, D. Frawley, Haraprasad Shastri, Max Müller, J.S. Hagelin, Max Plank, Jayadayal Goyandka, S.N. Sastri, Swami Yukteswar, Ramana Maharishi, Swami Chinmayananda, D. Chopra, Vivekananda, Shri Shri P.R.Sarkar, Acharya Satyaparananda Avadhuta, u oħrajn. Ġejt ispirat mill-kitbiet tagħhom. Għal dan, nesprimi l-gratitudni tiegħi lejhom. Noti qosra mogħtija lil kull min jixtieq jipprattika l-Yoga. Intenzjonati sabiex naqsmu flimkien aspetti varji talYogamarga, kif ukoll fatti storiċi, siltiet u riflessjonijiet, ispirati mill-kitbiet tal-Veda Dharma. Nittama li dawn innoti jkunu ta’ użu prattiku, idawlu kull aspett ċkejken filħajja tal-bniedem, kif ukoll isebbħu l-ispettaklu grandjuż tal-ħajja, tal-univers u tal-kożmos.
na datavyas cayam granthah
© 2021 C.J. Muscat
iv iv
Ekam EkamSat Sat
Om purnam-adah purnam-idam Purnaat purnam-udachyate Purnasya purnam-aadaaya Purnam-eva-avashishyate Om shanti shanti shanti
Dan hu perfett. Dak hu perfett. Mill-perfett joħroġ il-perfett. Jekk tnaqqas mill-perfett, kollox perfett jibqa’. Om Paċi, Paċi, Paċi Inħallu ħsibijiet nobbli jiġu għandna minn kullimkien. Rig Veda
v v
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Insellimlek minn qalbi. Għażiż Qarrej
Namaste It-tislima Namaste mill-Indja tferrxet fost diversi kulturi. L-idejn jinżammu flimkien viċin il-qalb, bħala turija ta’ unità u rispett lejn id-Divinità li tinsab ġewwa l-qalb ta’ kulħadd. Kull maħluq immaġini tal-istess Realtà Waħda Universali. Ekam Sat
Adi Shankara jitkellem fuq l-għan suprem tal-bniedem. Jgħidilna li l-bniedem jitwieled mhux għall-gosti tas-sensi iżda biex igawdi l-ferħ ta’ Jivanmukti f’din il-ħajja. LUpanishad ikomplu jgħidulna: Imbierek hu dak li jqum mid-dlam u jgħix fid-dawl tal-ħajja ta’ dejjem.
© 2021 C.J. Muscat
vi vi
Ekam EkamSat Sat
Werrej Werrej Introduzzjoni xii Introduzzjoni vii Preżentazzjoni, kontenut u ħarsa ’l quddiem Preżentazzjoni, kontenut u ħarsa ’l quddiem L-Ewwel Sezzjoni 1 Ġabra ta’ testi prattiċi, mislutin mill-Veda Dharma L-Ewwel Sezzjoni 1 ĠabraSezzjoni ta’ testi prattiċi, mislutin mill-Veda Dharma 259 It-Tieni Ġabra ta’ riflessjonijiet, ispirati mill-Veda Dharma It-Tieni Sezzjoni 254 Ġabra ta’ riflessjonijiet, ispirati mill-Veda Dharma It-Tielet Sezzjoni 313 Informazzjoni addizzjonali, werrej dettaljat
It-Tielet Sezzjoni Ir-Raba’ Sezzjoni Informazzjoni addizzjonali, werrej dettaljat, Kompendju – Satsang, mappa tal-ktieb mappa tal-ktieb.
306 337
Dan il-ktieb qed ifakkar it-twaqqif ta’ Ċentru Yoga Tigné Nota dwar l-awtur: taħt id-direzzjoni ta’ Monica u Charles Muscat (1981-1999). Flimkien ħadu l-inizjattiva sabiex Ċ.Y.T. joffri l-prattika Charles, flimkien ma’ diversi żgħażagħ, waqqfu taltal-yoga lil kull min xtaq jibbenifika u ried itejjebċentru kull aspet yoga f’Tigné sabiex il-Hatha Yoga. Mill-1983 ta’ ħajtu. Nagħtu ħajrjipprattikaw lil ħbieb taċ-ċentru u lil kull min ta sal-1999 iċ-Ċentru Yoga kien miftuħ fuq bażi volontarja kontribut, fosthom Edward Borg, Victor Borg, Andrew għal min Desira xtaq jibbenefika mill-prattika tal-yoga. Borg,kull Mario u bosta ħbieb oħra. Ċentru YogaKienu kien jiltaqgħu wkoll diversi gruppi ta’ satsang sabiex miftuħ fuq bażi volontarja. Kienu jiltaqgħu diversi gruppi ta’ japprofondixxu l-istudju u l-prattiki tal-Yogamarga. satsang sabiex flimkien japprofondixxu l-istudju u l-prattiki Charles qed joffri dan il-ktieb li jiġbor fil-qosor ftit mittal-Yogamarga. Mijjiet ta persuni attendaw, ibbenefikaw tagħlim u prattika tal-Vedanta matultagħhom diversi snin mill-prattika tal-Yoga u qasmumiġbura l-esperjenzi ma’ sa minn meta twaqqaf iċ-Ċentru Yoga. bosta oħrajn. Dan il-ktieb jirringrazzja l-ħidma fejjieda ta’ kull min ipparteċipa. vii vii
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Kelmtejn lill-qarrej dwar dan il-ktieb
Fl-aħħar ftit versi tal-aħħar kapitlu fil-ħajja tant qasira tiegħi fuq din il-pjaneta tant sabiħa, imma tant imkerrha mill-bniedem, rawwimt fija d-drawwa li flgħaxijiet mudlama noħroġ fuq pultruna mal-baħar filbajja pittoreska ta’ Wied il-Għajn, fejn noqgħod, u waħdi nimmedita l-misteru tal-eżistenza. Miegħi, il-baħar, l-art, is-sema infinit u l-ħossiela. Il-ħossiela hija biċċa njama tonda bit-toqob imdendla b’biċċa spaga, u mat-toqob hemm marbutin numru ta’ kanen tal-ħadid ta’ daqsijiet diversi. Maċ-ċaqliq tar-riħ tagħmel l-isbaħ melodiji mingħajr l-intervent talbniedem. Kif inkun qed ngħum fil-ħolm kożmiku tiegħi tistgħu taħsbu kemm dan jinżilli għasel. Kif ġejt wiċċ imb wiċċ mal-Veda Dharma, kif ippreżentata mill-ħabib kbir u dejjiemi tiegħi Charles Muscat, ma nafx għaliex ħassejtni qiegħed fl-istess mumenti tal-ħossiela ta’ Wied il-Għajn, għalkemm filverità kont il-Furjana. Qabelxejn min hu dan il-ħabib tiegħi? Charles hu wieħed mill-ftit persuni li naf li qatt ma weġġa’ lil xi ħadd, dejjem lest joffri t-tajjeb u jgħin lil kulħadd mill-qalb, bla ma jistenna xejn ħlief il-ġid u l-ferħ ta’ kulħadd. Bi kliemu meqjus, umli immens, ta’ intelliġenza siekta u b’xeħtiet ta’ karattru dħuli, kariżmatiku u bi spiritwalità mgħajxa u mwettqa.
© 2021 C.J. Muscat
viii viii
Ekam EkamSat Sat
Mhux ta’ b’xejn allura fuq medda ta’ snin innamra mal-għarfien, l-għerf u l-esperjenza ta’ dawn l-arkivji ta’ ġmiel liema bħalu. Bil-maturità li kiseb matul dan il-vjaġġ twil issa qiegħed iressaqhom bi lsienna, ħalli aħna miegħu nkunu nistgħu wkoll nitpaxxew bil-ħsejjes (il-kelma) talħossiela, din id-darba tal-ispirtu. Mhux se nazzarda nagħmel xi trattat fuq dawn ilkitbiet għax naf minn issa li kieku nfalli bl-ikrah. M’għandi l-ebda kwalunkwe riserva b’dankollu li mill-qiegħ ta’ qalbi nħeġġeġ lil kemm nista’ nies jaqraw dawn il-kitbiet sbieħ. Fil-preżenza ta’ dawn l-esperjenzi, ikolli biss nitboq fommi u nirrepeti mal-filosfu Ludwig Wittgenstein, The rest is silence. Karl Borg Filosfu Wied il-Għajn 15 ta’ Settembru 2019
ix ix
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Kelmtejn lill-qarrej dwar dan il-ktieb kuraġġuż
Il-kittieb jintroduċi metodi u attitudnijiet mentali u fiżiċi li jmissu l-ħajja u l-ħsieb kollu tal-bniedem millqedem sal-lum. L-Iskrittura tal-Veda Dharma hija enċiklopedija meqjusa bħala qaddisa, u li mhux biss tgħallem billi tinforma, iżda wkoll issawwar, tiggwida u tistieden lill-qarrej biex jikxef u jitkixxef riżorsi u viżjoni ta’ ħajja fuq il-passi ta’ bosta prattikanti tal-Veda Dharma. Dak li beda fl-Indja kien u għadu meqjus bħala wirt dinji rrispettat u adottat minn bosta nies kullimkien matul iżżminijiet. L-ilsien Sanskritt jista’ jinħass misterjuż minn bosta nies tal-Punent. Bħal kulma jiġi minn barra, għandu mnejn jipprovoka faxxinu jew ġibda jekk mhux ukoll biża’, suspett jew preġudizzju. Għalhekk dan ix-xogħol ta’ Charles Muscat semmejtu kuraġġuż. Dan barra mill-fatt illi dawn il-kotba qodma ferm imnissla minn tagħlim mgħoddi bil-fomm qabel il-kelma miktuba, jittrattaw suġġetti profondi u sottili li jitolbu impenn mill-qarrej u dixxiplina u qlubija mill-ħassieb. Ħafna jsostnu illi li ssir taf lilek innifsek minn ġewwa u mill-qiegħ nett hija sfida aktar iebsa u mwiegħra mir-riskji tat-tlielaq, ta’ min jixxabbat mal-muntanji, min jogħdos f’qiegħ il-baħar u min jesplora l-ispazju. Din hija l-istedina tal-kittieb li jqarribna lejn dawn it-testi. L-intimu fil-qrib huwa aktar stramb, tal-għaġeb u mbiegħed minn min jitgħażżen jew jgħix fil-wiċċ tal-ħajja.
© 2021 C.J. Muscat
x x
Ekam EkamSat Sat
Barra minn hekk, mhux kulħadd jilqa’ l-proposta li tiġina mil-Lvant biex ngħaqqdu u nżewġu l-ġisem, il-ħsus u l-ispirtu tagħna, f’għaqda mal-Ħolqien u l-Ħallieq. Dan mhuwiex l-ostaklu l-waħdieni. It-Taħriġ jeħtieġ perseveranza fiż-żmien u fl-iebes, bħal kull proċess gradwali. Madanakollu, il-prattikant jingħaqad ma’ komunità wiesgħa u twila fid-dinja u fiż-żminijiet. Dak u dik li jkunu, jirċievu l-parir u l-inkoraġġiment minn ta’ qabilhom u minn tamparhom f’dawn l-eżerċizzi. Parir meħtieġ minħabba li min jitħarreġ fil-Yoga jista’ jeħel jew jgħaġġel wisq, jonkella jaqta’ qalbu. U biex tagħqad, ilbniedem Oċċidentali mhux lakemm jilbes il-mentalità talLvant li jitolbu dawn it-testi, li ma jmissux id-dimensjoni tal-ġisem biss, imma jdommu u jwaħħdu diversi livelli u dimensjonijiet tal-bniedem. Il-qarrej se jiskopri li, wara kollox, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet serji tiegħu u tal-kultura tiegħu, kienu ilhom ittrattati mill-qedem nett, u li ma qdimux anzi għadhom interessanti u rilevanti. U biex tagħqad, il-Veda jistgħu jitqiesu li għadhom inisslu u jwelldu nisġa ta’ ħsieb xjentifiku u metafiżiku ġdid jew imġedded u mod ta’ għajxien personali u kollettiv imwieżen, ħieles u seren li jevita jew ifejjaq ġrieħi, mard u diżordni fuq diversi livelli. Dan il-ktieb huwa żerriegħa u pjan imħażżeż. Tnissil ta’ ħajja u pont. It-tnejn jeħtieġu riżorsi, kura u impenn sabiex jitwettqu.
Fr. Mario Mule` Stagno 29 ta’ Diċembru 2019 xi xi
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat
Kelmtejn lill-qarrej mill-Kummissarju Għoli tal-Indja I am delighted to learn of the publication of the second revised edition of ‘EKAM SAT’, an anthology compiled in the Maltese language by Charles J. Muscat. India and Malta have enjoyed warm and friendly ties for a long while and our shared colonial past has added a whole new facet of mutual understanding and appreciation to our relations. The earliest Indian settlers came to Malta a century and a half ago, and have been instrumental in enhancing the goodwill between our two countries. India and Malta also share Commonwealth connections and, thanks to that, some history as well, despite the geographical distance that separates us. Recent high-level interactions, encouraged by the opening of the Indian High Commission in Malta three years ago, have also enhanced interest in and curiosity about each other’s culture, history and ways of life at the people-to-people level. Being an author myself, I can fully appreciate the tremendous role that the written word can play in aiding these efforts. Insightful commentaries, informative articles, works of literature and intercultural communication on philosophy, spirituality, history, socio-economic prospects and political realities can become a major tool for creating a deeper bond between our peoples by exposing them to each-other’s cherished civilizational values and achievements. A defining aspect of the world’s oldest continuous civilization, Indian schools of philosophy date back several millennia and are far more ancient and diverse than any other philosophical tradition in the world. At the same time, these thoughts and ideas have continued to grow and evolve with the changing times, and have remained relevant through every age and stage of the human civilization. The Upanishads are often referred to as Vedanta – the last and most recent chapters of the Vedas, which are the oldest existing Indian scriptures dating back thousands of years. © 2021 C.J. Muscat
xii
Ekam Sat The Upanishads have played a seminal role in the development of Indian spiritual and philosophical ideas that form the very backbone of Sanaatan Dharma – the eternal ethical system that has continued to govern the Indian way of life since time immemorial. It has been impossible to date the composition of the Upanishads since they were orally transmitted from generation to generation over several millennia, but they did begin to be transcribed around 9th century BCE. They are widely regarded as the world’s greatest repositories of spiritual insight and philosophical wisdom revolving around the concepts of Brahman – the Ultimate Reality, and Atman – the individual soul or self. Of the 108 Upanishads, it is the Maha Upanishad that contains musings on Ekam Sat – the One and Only Truth around which Maya - divine illusion – spins its net of manifest Creation. It is also this Upanishad that yields the amazing and uniquely Indian concept of Vasudhaiva Kutumbakam - the world is one single family, imparting a sense of oneness to mankind and teaching us that we sink or swim together as a species. As the shloka states, ‘The small-minded see one person as a relative while regarding another as a stranger; the truth is that the whole world is a family, so be magnanimous!’ In this global village that we now inhabit for good or ill, what could be closer to reality? I would like to compliment Charles J. Muscat for his invaluable contribution towards bringing our two cultures closer together by sharing with Maltese readers these timeless and timely thoughts inspired by the living Indian philosophical and spiritual traditions. May the second edition of this wonderful book enjoy great success and popularity! Ms. Sangeeta Bahadur High Commissioner of India Malta 23 May 2021 xiii
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Preżentazzjoni Sa minn żminijiet imbiegħda, il-bniedem kien isib ħin iħaddem id-don naturali ta’ tfittxija, jinvestiga u janalizza l-misteri tan-natura, tal-ħajja u tal-univers. Tfaċċat l-intelliġenza artifiċjali (AI) u saret rivoluzzjoni fit-tixrid ta’ informazzjoni fost bosta kulturi. Il-kompjuter għandu diversi magni ta’ tfittxija sabiex jgħin lill-bniedem ikompli jesplora. Il-misteri tal-univers huma ta’ interess akkademiku u jieħdu diversi toroq fosthom: proża, xjenza, filosofija kif ukoll reliġjonijiet diversi. Insibu tifsiriet varji dwar il-misteri tal-univers li ġew ippreżentati minn reliġjonijiet differenti. Uħud ħolqu firdiet bejn il-popli, oħrajn spiċċaw jew waslu biex jispiċċaw. Reliġjonijiet ġodda jitfaċċaw bi strutturi ta’ kontroll moħbi tant li l-kotra faċli tħaddanhom. Insibu teoriji varji ppreżentati minn diversi xjenzi. Ix-xjenzi joffru teoriji, mudelli li jinbidlu kull meta jiġu skoperti dimensjonijiet ġodda tal-univers u tal-ħajja. Insibu spekulazzjonijiet minn bosta filosfi, espressjonijiet ta’ diversi poeti u artisti li jimirħu ftit fuq rokna ċkejkna tal-ispettaklu naturali tal-ħajja u talunivers. Il-ħolqien, il-bniedem u l-univers għadhom misteri. Ix-xjenzi japprezzaw ferm it-Tagħlim talVeda. Skoperti mix-xjenzi, li seħħew speċjalment flaħħar seklu, qed juruna kemm dak li kien magħruf mill-Veda qed jiġi kkonfermat mill-fiżika moderna.
© 2021 C.J. Muscat
xii xiv
Ekam EkamSat Sat
Insibu diversi ħassieba, li daqu ftit mill-Veda. Nikola Tesla jgħidilna li l-moħħ huwa biss riċevitur. Isostni li fl-univers hemm ċentru li minnu l-bnedmin jistgħu jakkwistaw l-ispirazzjoni, is-saħħa u lgħarfien. Jammetti li hu ma rnexxilux jippenetra ssigrieti li hemm fil-qalba taċ-ċentru, iżda hu ċert li dak iċ-ċentru jeżisti. Sa minn meta kont ħafna iżgħar, il-qari kien l-aktar għal qalbi. Kont infittex u naqra dak li, b’xi mod, kont naħseb li jtaffi l-għatx għallmistoqsijiet tant komuni: Għalfejn jitwieled il-bniedem? Fejn għandu jasal? X’inhu l-iskop tal-attività kollettiva tal-umanità? Il-perfezzjoni teżisti jew le? Veru liberu l-bniedem? Għaliex il-bniedem ikollu jsofri mard, uġigħ, diżappunti, gwerer? Il-paċi fost il-bnedmin possibbli? Limħabba? Il-bniedem bħal żinġla tal-fuħħar, jitmermer, jispiċċa trab? Il-ħlejqiet għaliex għandhom jiġu sfruttati mill-bniedem? Il-ħolqien tant meraviljuż, għaliex qed jiġi maħqur u meqrud mill-bniedem?
Mistoqsijiet bħal dawn u ħafna oħrajn jinbtu għax il-bniedem jixtieq isir jaf il-kawża li twettaq kull effett tal-eżistenza. Mistoqsijiet li jistaqsu bosta bnedmin tul iż-żminijiet. Ċertament li xejn ġdid. Diversi duttrini ġew imwaqqfa b’intenzjoni għall-ġid tal-popli kollha. Oħrajn qed jitfaċċaw sal-lum. Ixxjenzi wkoll joffru teoriji u mudelli. Donnu li mhux tant faċli risposta diretta u eżatta għal kull mistoqsija. Aktar ma jsiru żviluppi fix-xjenzi aktar qed jiżdiedu lmistoqsijiet.
xiii xv
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Aktar qed jiżdiedu d-dubji, milli qed jinstabu risposti quddiem il-kbir misteru tal-univers. Għad fadal x’jiġi spjegat mix-xjenzi. Ħafna jsibu refuġju fittwemmin li komdu għalihom. Bosta jistaqsu aktar u qed iwarrbu t-twemmin għax isibu aktar dubji u mhux ta’ benefiċċju fil-ħajja. Bosta x’aktarx jagħżlu t-triq popolari, gawdi kif tixtieq il-mument t’issa. Fost lesperjenzi ta’ tfittxija li kelli fuq dawn il-linji, laqtuni bosta ħsibijiet ta’ diversi ħassieba. L-aktar li qanqluni sibthom fil-kitbiet tal-Veda Dharma. Kont inħażżeż riflessjonijiet u noti bil-Malti sabiex nifhem aħjar ilkitbiet sublimi. Meta taħseb u tikteb bil-lingwa t’art omm twelidek tifhem aħjar dak li tkun qed taqra. Ħassejt li dawn in-noti m’għandix inwarrabhom fuq lixkaffa għall-użu tiegħi biss. Dan il-ktejjeb jipprova jaqsam miegħek, għażiż qarrej, ħarsa ħafifa lejn il-kitbiet, magħrufa sa minn qabel il-kelma miktuba, bħala Veda Dharma. Sabiex ikollna ħjiel ġenerali tajjeb insemmu xi kliem li ser niltaqgħu miegħu: Dharma, Rishi, Karma Yoga, Sat,
Darshana, Prakriti, Sruti, Apaurusheya, Veda, Vedanta, Upanishad, Atman, Brahman, Astanga Yoga, Satyam, Raja Yoga, Asat, Neti, Artha, Adharma, Gnana, Jnana Yoga, Leela, Kama, Aryanaka, Samkya Yoga, Mantra, Samhita, Brahmana, Ashrama, Prarabdha, Bhoga, Prana, Bhakti Yoga, Jiva, Jivanmukti, Nada Yoga, Guru, Moksha, Om, Maya, Purusha, Ananda, Samadhi, Yuga.
Uħud minn dan il-kliem sar jinstema’ familjari u qed jintuża minn diversi xjenzi u kulturi. Waħidha tiġi l-mistoqsija: iżda dan xi jfisser bil-Malti? © 2021 C.J. Muscat
xiv xvi
Ekam EkamSat Sat
Diversi lingwi jsibu diffikultà jittraduċu u jispjegaw kliem mis-Sanskritt. Hu ferm diffiċli jekk mhux impossibbli li ssib kelma jew kliem li joqorbu laktar lejn il-messaġġ oriġinali li trid tgħaddi kelma Sanskritt. F’dan il-ktejjeb, kliem bis-Sanskritt tħalla kif insibuh normalment translitterat, kif jiġi pronunzjat u għalhekk qiegħed indikat bil-korsiv. Il-Veda, li oriġinaw mill-Indja u miktuba bil-lingwa Vedantika tas-Sanskritt, huma wirt dinji tal-umanità. Ġew tradotti għal diversi lingwi matul iż-żminijiet. Kliem bis-Sanskritt li ma sibtx fil-Malti bħal manas inkiteb maqtugħ bħal moħħ sabiex infiehmu li mhux il-moħħ bħala organu li jrid jiġi mfisser bisSanskritt, iżda manas (mind bl-Ingliż). Il-kliem bisSanskritt jiġi mfisser meta jintuża għall-ewwel darba jew b’aktar dettall, f’sezzjoni oħra. Tajjeb tinnota lkelma ‘jien’ bis-Sanskritt aham, ser tintuża ta’ spiss. Miġbur fil-paġni tal-aħħar, hemm għadd ta’ kliem bisSanskritt li wieħed jista’ jkompli jfittex it-tifsir tiegħu minn sorsi ġenwini oħra. L-għarfien tal-Veda Dharma nkiteb bis-Sanskritt eluf ta’ snin qabel kull kitbiet li għadhom ħajjin u applikati sal-lum. Ir-referenzi tħallew f’idejn il-qarrej sabiex ifittex aktar skont ma jixtieq. Xi ripetizzjonijiet intużaw sabiex jiġi spjegat daqsxejn aħjar dak li jkun intqal qabel. Fil-passat, ħafna kontroversji nqalgħu bejn l-istess tradutturi li sSanskritt ma kienx l-ewwel lingwa t’art twelidhom. Ikun ferm aħjar li wieħed jirreferi għal kitbiet tradotti minn skulari li l-ewwel lingwa tagħhom kienet isSanskritt. xv xvii
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Fittex trattati minn skulari Indjani tas-Sanskritt Vedantiku bħal Adi Shankara, Mandana Mishra u ħafna skulari oħra. Qed nippreżenta dan il-ktieb, bħala rispett lejn il-Veda. Tajjeb li wieħed jirreferi għall-ktieb IlBhagawad Gita li ġie tradott bil-Malti minn Michael Zammit. Ippruvajt infittex kitbiet minn awturi lokali li jiffukaw fuq il-Veda Dharma. Sibt biss xi referenzi. Matul is-snin insibu avviżi dwar sessjonijiet tal-Yoga f’diversi gazzetti lokali. Tajjeb insemmu l-flajer Yogalink bejn is-sena 1983 sal-1999. Artiklu ċkejken kien deher fil-5 ta’ Marzu 1995, sabiex jaċċerta li lipnotiżmu u l-Yoga m’għandhomx ikunu kklassifikati taħt l-okkult. Diversi popli, kulturi, xjenzi, filosofiji, reliġjonijiet, applikaw indirettament jew adattaw tagħlim, dixxiplini, prattiki, prinċipji morali u metafiżiċi li jinsabu fil-Veda Dharma. Persuna li jkun familjari mal-Veda jinduna kif dan it-tagħlim ġie modifikat, ġie mlibbes, ingħata laqta skont il-persuna, kultura jew struttura, x’aktarx għall-iskop t’akkwisti materjali, popolarità jew kontroll. Tajjeb il-kritika, tfisser li hemm interess u flimkien nitgħallmu aktar. Tajjeb li mill-informazzjoni li qed jgħaddi dan il-ktejjeb, wieħed jimxi għallesperjenza. Temmen xejn qabel ma tifhem u tesperjenza int stess. Użajt Malti mexxej u kif mitkellem sabiex dawn in-noti jkunu viċin aktar min qed jaqra bil-Malti. © 2021 C.J. Muscat
xvi xviii
Ekam EkamSat Sat
Dan il-ktejjeb għaddejtu għal diversi drabi millprovi tal-Malti u għalhekk nittama li n-nuqqasijiet huma ftit li xejn. Xi kwotazzjonijiet bil-lingwa oriġinali tħallew kif inhuma. Dan il-ktejjeb jiġbor fih ġabra ta’ noti dwar prattika, tagħlim mill-Veda, fatti storiċi, siltiet u riflessjonijiet mislutin mill-Veda Dharma. Qegħdin b’sekwenza, għalkemm wieħed jista’ jagħmel referenza meta jkun meħtieġ, kemm individwalment kif ukoll waqt satsang. Imżewwaq b’paġni ta’ riflessjoni li wieħed jista’ jaqra kif jitfaċċaw meta jiftaħ il-ktieb. Ikun aħjar li taqra ftit, tirrifletti u tipprattika aktar. L-informazzjoni utli, iżda jeħtieġ il-prattika sabiex wieħed iduq u jakkwista esperjenza personali diretta li tant tisħaq fuqha l-Veda. Il-Veda mhix teknoloġija ta’ informazzjoni iżda esperjenza personali diretta. Din hi meħtieġa, jekk wieħed jixtieq u lest iduq mit-tjubija, mill-ġmiel talgħarfien li toffri fis-skiet il-Veda Dharma matul iżżminijiet. Il-Veda huma l-aktar kotba fid-dinja li jissodisfaw u jelevaw. Shöpenhauer VI p. 427
xvii xix
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Kelmtejn dwar il-kontenut Li tipprova tiġbor l-ilmijiet tal-ibħra u tferra’ ġo daqsxejn ta’ ktejjeb, tkun qed tipprova tagħmel l-istess bħalkieku tipprova tiġbor ftit mill-Iskritturi tal-Indja ġo daqsxejn ta’ ktejjeb. Mhux tant faċli li tifhem u aktar diffiċli li tfiehem it-tagħlim tal-Veda speċjalment lil min ma jsegwi ebda dixxiplina tal-yoga f’ħajtu. IlVeda Dharma għajn t’għarfien għal diversi għalliema, filosofiji, reliġjonijiet u xjenzi li tfaċċaw ferm wara u xorbu bis-skiet mit-tagħlim tal-Veda. Mhux tant li tgħaddi informazzjoni, iżda turik kif tagħraf int stess ir-Realtà b’mod sħiħ, mhux imfarrak. Dawn in-noti huma kkonċentrati fuq il-Veda u mhux fuq xi filosofiji, twemmin, dommi jew teoriji li ġew wara. Tħallew barra bosta aspetti oħra tal-Veda bħal kożmoloġija, matematika, xjenzi tal-ħajja, grammatika, mużika, ġeometrija sagra, għanjiet mistiċi, letteratura, astronomija, arkitettura u ħafna aktar. Jitkellmu l-aktar fuq ir-Realtà tal-Infinit, mhux fuq ir-realtà apparenti tal-perċezzjoni duwalista, billimiti tal-bnedmin. Il-faċċata esterna tal-Veda hi mżejna b’leġġendi klassiċi tal-Indja, personaġġi surreali, dramm universali ta’ dejjem, unità minsuġa fid-diversità, vjaġġ fl-ispazju tal-qalb, il-kelma li mhix mitkellma, żifna li tiċċelebra l-eżistenza. Il-Liila talĦajja, bla bidu u bla tmiem. Mhux tant faċli jekk mhux impossibbli tirrifletti, tispjega, titkellem dwar dak li s-sensi le jaraw u lkelma fqira wisq biex tfisser it-tagħlim tal-Veda. © 2021 C.J. Muscat
xviii xx
Ekam EkamSat Sat
Jeħtieġ li wieħed jagħti ċans jaqra, jippersisti bilkuraġġ u japprezza l-għarfien tal-Veda li hu tant prattiku u meħtieġ għal min jixtieq l-aħjar fil-ħajja. Dawn in-noti minsuġa tant faċli u mħawrin b’riflessjonijiet ħfief, sabiex jippreżentaw ftit tagħrif dwar il-Veda bl-aktar mod sempliċi. • Nikkwotaw xi ħassieba, skulari u xjenzjati li resqu viċin il-Veda. • Insemmu xi kittieba li ħallew bosta kummentarji dwar il-Veda. • Insemmu xi metodi tal-Veda, li ġew applikati u ppruvati minn bosta, matul iż-żminijiet. • Nikkultivaw valuri universali li jġibu aktar għaqda fost l-umanità bla xkiel ta’ barrieri li jifirdu. • Induqu l-Verità Waħdanija li ddawwal, ittemm kull dubju u kull misteru. • Ngħidu kif il-Veda ġew imqassma, kif ġew mgħoddija lill-umanità. • Insemmu wħud mill-kitbiet sagri tal-Veda: Il-Purana, Il-Bhagavad Gita, Il-Mahabharatha, Brahma Sutra, Yoga Sutra, Ramayana, Upanishad.
xix xxi
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Ħarsa ’l quddiem Inħares ’il quddiem u nistenna li jkollna aktar kitbiet bil-Malti dwar il-Veda Dharma, ta’ livell aqwa minn dan il-ktejjeb, kemm mil-lat tal-Malti bħala lingwa, kif ukoll mil-lat ta’ prattika u kontenut. Tajjeb li jkun sempliċi u ta’ interess li jinqara minn kulħadd. Ċert li dan il-ktejjeb għandu jkun ta’ ispirazzjoni għal min nibbet fih interess jaqra dwar il-Veda. Tajjeb li wieħed jiddedika ħin jaqra fil-ġabra waħdu jew ma’ numru ċkejken ta’ ħbieb. Dan il-ħin meqjus bħala satsang. Kelma bis-Sanskritt meħuda minn sat (realtà, verità) u sanga (kumpanija tajba). Ħin iddedikat għall-qari, riflessjoni u meditazzjoni fuq ilVerità, fuq dak li HU, fuq ir-Realtà, fil-kumpanija ma’ ftit ħbieb sinċieri jew fil-ġabra waħdek. Il-Veda jinfirxu bil-qalb, b’mod spontanju, naturali u bil-kwiet. Il-Veda jinfirxu mingħajr fundaturi, messaġġiera, sistemi, strutturi jew difensuri. Il-Veda ma jwiegħdu xejn, ma jimponu xejn, ma jeskludu lil ħadd. Jawguraw l-umanità tal-bnedmin bħala familja waħda universali sabiex flimkien napprezzaw, nipparteċipaw u niċċelebraw aktar ilmeravilja kreattiva tal-ħajja għal dejjem. Il-Veda jitkellmu fuq realtà waħda, verità waħda, Ekam Sat.
© 2021 C.J. Muscat
xx xxii
Ekam EkamSat Sat
Tajjeb tinnota li: •
Meta tintuża il-kelma persuna, qed tirreferi kemm għallpersuna femminili kif ukoll għall-persuna maskili.
•
Sabiex nissimplifikaw, ġie evitat li tingħata laqta bilMalti tat-termini bis-Sanskritt. Dan jitlob studju lingwistiku fiż-żewġ lingwi b’aktar reqqa. Tħallew kif insibuhom translitterati.
•
Nagħtu xi eżempji: l-ittra sh tinstema’ l-ittra v tinstema’ l-ittra h tinstema’ l-ittra y tinstema’
x bil-Malti w bil-Malti ħ bil-Malti j bil-Malti
•
Mhux l-iskop ta’ dan il-ktieb li japprofondixxi l-istudju tas-Sanskritt. Jipprova jittraduċi termini mis-Sanskritt għall-Malti u jispjega b’mod sempliċi t-testi misluta mill-Veda Dharma.
•
Tajjeb li wieħed isib aktar dettalji dwar termini li ser nużaw bis-Sanskritt, sabiex jifhem aktar xi jfissru.
•
Fil-paġni tal-aħħar issib ġabra ta’ termini Sanskritt, għall-użu ta’ referenza indikati fit-tabella gwida.
•
Ikun ferm aħjar li wieħed jirreferi għall-kitbiet tradotti minn skulari li l-ewwel lingwa tagħhom kienet isSanskritt Vedantiku.
•
Insemmu fost bosta il-kummentarji ta’ Adi Shankara, Mandana Mishra, Ramanuja, Sridhara. xxi xxiii
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Faċċata tal-ktieb Fuq il-faċċata tal-ktieb insibu l-fjura tal-lotu li bis-Sanskritt tissejjaħ padma. Il-Vedanta jxebbhu laspirant sadhaka malfjura tal-lotus padma, li tikber bl-għeruq ġolħama tal-qiegħ, il-weraq f’wiċċ l-ilma. Il-fjura miftuħa għad-dawl taxxemx. L-aspirant, jilqa’ l-isfidi tal-ħajja, saqajh mal-art. Bilprattika tal-padmasana, iggwidat bil-lampa tal-għarfien jnana dipti dejjem mixgħula f’qalbu, jimxi fit-toroq mudlama, jgħix it-triq tas-sewwa. Jasal biex jagħraf u jesperjenza id-dawl tal-verità. Padmapatram iva ambhasa. Bhagavadgita 5.10
Padmasana © 2021 C.J. Muscat
xxii xxiv
Ekam EkamSat Sat
Vijnana yoga
– Il-Yoga tal-Għerf – Bhagavadgita Kap. 7.3 manusyanam sahasresu kascid yatati siddhaye yatatam api siddhanam kascin mam vetti tattvatah Shri Krishna Minn fost eluf ta’ bnedmin, ikun hemm wieħed li jipprova jħabrek u jfittex it-triq tas-sewwa u perfezzjoni. Fost dawk il-ftit li jippruvaw, bilkemm wieħed jagħrafni. Shri Krishna
Fost il-bnedmin insibu bosta gradi differenti. Minn ħafna eluf, wieħed jinteressah ikun jaf il-verità. Normalment il-bnedmin okkupati jissodisfaw ilbżonnijiet bażiċi, l-ikel, l-irqad, il-familja bħallkumplament tal-ħlejqiet kollha. Ftit ferm jinteressahom jistaqsu, ifittxu u jesperjenzaw direttament il-Verità. xxiii xxv
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
EKAM SAT Il-Verità Waħda Esperjenza tal-Veda Dharma
Antoloġija ferm ċkejkna li tiddeskrivi fil-qosor diversi prattiki u riflessjonijiet li nsibu fil-kitbiet tal-Veda Dharma. L-iskop ta’ din l-antoloġija hu li tgħaddi mhux biss informazzjoni iżda esperjenza tal-Veda. Tipprova tippriserva t-tagħlim tal-Veda kif ukoll tressaq qrib il-qarrej ftit mill-prattiki offruti mill-Veda sabiex il-qarrej igawdi paċi fil-qalb u hena traxxendentali, filwaqt li jgħix l-isfidi li dejjem toffrilu l-ħajja. Nitkellmu dwar il-kelma li sawret leżistenza, l-offerta ta’ mħabba, il-barka eterna, l-elementi universali, iż-żifna tal-ħajja, l-unità tal-ħajja, il-jien magħmul, l-iżball oriġinali, in-nuqqas t’għarfien, in-niket u s-sofferenzi, il-perċezzjoni duwalista, il-bidliet u l-ostakli, il-prova tal-għerf dwar il-ħajja, baħar ta’ żbalji u qerq, realtà waħda, l-unità fil-multipliċità, viżjoni sħiħa, kontribut talVeda lill-umanità, prattiki tal-Yogamarga applikabbli filħajja, l-esperjenza diretta tal-verità, l-esperjenza ta’ ferħ bla qies matul il-ħajja u għal dejjem. Noti qosra għal kull min jixtieq jipprattika l-Yoga. Intenzjonati sabiex naqsmu flimkien aspetti varji tal-Yogamarga, kif ukoll fatti storiċi, siltiet u riflessjonijiet, ispirati mill-kitbiet tal-Veda Dharma. Nittama li dawn in-noti jkunu ta’ użu prattiku, idawlu kull aspett ċkejken fil-ħajja tal-bniedem, kif ukoll isebbħu lispettaklu grandjuż tal-ħajja, tal-univers u tal-kożmos. Dan hu l-għarfien li joffru l-Veda. Ekam Sat
© 2021 C.J. Muscat
xxiv xxvi
L-Ewwel Sezzjoni Ġabra ta’ testi prattiċi, mislutin mill-Veda Dharma
Dawn il-kitbiet mhux intenzjonati biex jinħoloq xi twemmin ġdid imma biex it-twemmin, ikun x’ikun li tħaddan, tkun tista’ tieħdu lilhemm mill-fantażija u tħaddmu biex tgħarfu fit-tiġrib innifsu tal-ħajja, ta’ ħajtek jum b’jum. L-għan tal-kitbiet miġbura b’reqqa liema bħala u b’dedikazzjoni sħiħa f’din il-pubblikazzjoni bil-Malti ta’ Charles, ma tkunx il-konversjoni imma l-għarfien sħiħ ta’ dik li hi r-Rejaltà Ewlenija l-Ekam Sat, li tkun is-sisien ta’ x’jagħmilna bnedmin, aħna min aħna. Prof. Michael Zammit
© 2021 C. J. Muscat
Fil-bidu kien
Brahman, miegħu kienet il-Kelma, u l-Kelma kienet tassew
Brahman. Rig Veda
© 2021 C. J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Sanskritt
- Il-lingwa tal-Qalb ॐ असतो मा सद्गमय । तमसो मा ज्योततगगमय । मत्ृ योमाग अमत ृ ं गमय ।
ॐ शान्तिः शान्तिः शान्तिः ॥ Il-Veda huma miktubin bil-lingwa Sanskritt. Lingwa li għadha tintuża fl-Indja sal-lum. L-istat ta’ Uttararkhand għandu s-Sanskritt bħala l-lingwa uffiċjali. Illum insibu sittax-il università fl-Indja u erbatax-il università fil-Ġermanja li jgħallmu sSanskritt. Oriġinat fl-Indja, aktar minn ħamest elef u ħames mitt sena ilu. L-istorja ssemmi tliet avvenimenti pubbliċi li seħħew fis-sena 3072 Q.K., fl-2872 Q.K. u fl-2842 Q.K., meta kienu ltaqgħu numru t’għalliema (rishi) u devoti (bhakti yogi) tal-Veda, sabiex jirreċtaw u jkantaw għanjiet mistiċi bis-Sanskritt. L-oriġini tasSanskritt jintilef fiż-żminijiet imbiegħda. Jintuża filkitbiet, dixxiplini, għanjiet tal-Veda kif ukoll letteratura, xjenzi, mużika u drama tal-Indja. Il-ħoss melodjuż u t-tonalità tas-Sanskritt jitqies li jippenetra dak kollu li jidher u dak kollu li hu moħbi fil-kożmos. Il-kelma Sanskritt hi komposta minn sam li tfisser sħiħ, perfett, imżejjen u krit li tfisser magħmul. L-għodda perfetta ta’ ħoss il-ħsieb sabiex jiġi espress l-għarfien tal-esperjenza sublimi tar-Realtà multidimensjonali. 31
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Lingwa li baqgħet sħiħa matul iż-żminijiet, bla ħtieġa li tissellef minn lingwi oħra. Meqjusa bħala lingwa kompluta. William DuBois jgħidilna li s-Sanskritt hi loriġini tal-lingwi moderni tal-Ewropa. Sir William Jones jgħidilna li l-lingwa tas-Sanskritt, sa mill-qedem, bi struttura meraviljuża, hi aktar perfetta mil-lingwa Griega, ħafna aktar abbundanti mil-Latin u msebbħa bil-wisq aktar mit-tnejn li huma. François Voltaire jsostni li rċivejna kollox mix-xtut tax-Xmara Ganga. Insibu kontroversji ta’ traduzzjonijiet bejn skulari tal-Lvant u tal-Punent. Inqalgħu ħafna kontroversji bejn l-istess tradutturi li s-Sanskritt ma kinitx l-ewwel lingwa t’art twelidhom. Ikun ferm aħjar li wieħed jirreferi għall-kitbiet tradotti direttament minn skulari li s-Sanskritt hi l-ewwel lingwa tagħhom. Kliem bis-Sanskritt jeżisti daqskemm hemm proprjetajiet fl-univers. Hemm kliem ukoll għalloġġetti li għadhom ma ġewx skoperti. Tajjeb nifhmu kif tfaċċat il-kelma Indja u lkelma Hindu. Fl-iskrittura Rig Veda nsibu referenza għall-Bharat bħala l-pajjiż tas-seba’ xmajjar jew aħjar Sapta Sindhu. Bis-Sanskritt tal-Veda, sa tinħass bħala ħa. Għalhekk Sapta Sindhu tinstema’ Hapta Hindu. Fil-Persja tal-qedem insibu li Bharat (Indja) kienet meqjusa bħala Hapta Hind. Aktar tard iffurmat ilkelma Hindu. Meta l-Griegi ppruvaw jinvadu Bharat taħt Alessandru, tneħħiet il-‘H’ ta’ Hindu u saret Indos jew Indus. Aktar tard iffurmat il-kelma Indja.
© 2021 C.J. Muscat
2 4
Ekam EkamSat Sat
Ta’ min jinnota li l-kelma Hindu ma tintużax filkitbiet tal-Veda Dharma. Il-kelma reliġjon u l-kelma sagrifiċċju qatt ma jintużaw fil-kitbiet tal-Veda. Wieħed jista’ jistudja u japprezza s-Sanskritt minn fuq l-internet, iżda ċertament mhux daqstant faċli. Charles Babbage (1837) jgħidilna li l-istruttura tal-grammatika Sanskritt, skont it-trattat tal-Aṣṭādhyāyī miktub minn Pāṇini, mhi xejn ħlief lingwa tal-magna li tikkalkula. Tajjeb insemmu li Albert Einstein kien midħla sew tasSanskritt. Bħala lingwa naturali s-Sanskritt meqjus li jissodisfa l-lingwa tal-intelliġenza artifiċjali Natural Language Processing (NLP). Is-Sanskritt jissejjaħ il-lingwa tal-qalb. Ilkitbiet tal-Veda miktubin fil-forma ta’ għanjiet melodjużi. Aktar ma taqra xi kelmiet bis-Sanskritt, blebda traduzzjoni, tħossok viċin l-għarfien tal-kelmiet, għax il-qalb tifhem. Tħoss paċi fik innifsek u armonija mal-ħolqien. Aktar ma tikteb u ttenni xi mantra, aktar tattira lejk is-sempliċità u l-essenza tas-Sanskritt. Ilqalb bħal warda tinfetaħ u tfewwaħ is-sbuħija tallingwa Sanskritt. Idħol fil-qalb, isma’ fil-kwiet, isma’ bil-qalb.
Tmaqdarx lilek innifsek. Kun inti stess li tgħin lilek innifsek. Inti biss l-aqwa ħabib tiegħek innifsek. Inti biss l-akbar għadu tiegħek innifsek. Bhagavad Gita 6.5 35
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-Veda
– Ġew irrivelati lir-Rishi – Il-Veda huma Kitbiet Sagri tal-Indja, meqjusin minn bosta bħala wirt dinji tal-umanità. It-terminu Veda meħud mill-għerq vid tal-lingwa Sanskritt. Ilkliem għarfien jew li tkun taf ma jfissrux eżatt il-għerq vid. Nistgħu ngħidu li l-Veda huma teżor t’għarfien kif ukoll strument t’għarfien. Jissejħu – Apauruseya Jnanam – għarfien li mhux kompost mill-bniedem. Ġew irrivelati lir-Rishi, mhux prodott ta’ moħħ ilbniedem, lanqas ma kien hemm sorsi miktuba qabel ilVeda. Dwar l-għarfien rivelat lir-Rishi, Romain Rolland jgħidilna li l-Vedanta ma nbdewx fuq bażi ta’ ideat prekonċepiti jew prestabbiliti. Kull persuna kien totalment liberu jfittex spjegazzjonijiet għall-ispettaklu tal-univers. Brahman nefaħ il-Veda – nihshvaasa – u għalhekk il-Veda huma eterni bħall-Brahman. Il-Veda ġew irrivelati lir-Rishi - għorrief mistiċi tal-Indja, wara li għamlu dixxiplini tal-yoga, sadhana, u tapasya sabiex waslu għal Darshana. Tajjeb nifhmu li Darshana mhux metodu ta’ spekulazzjoni, opinjoni, filosofija, twemmin jew dommi. Darshana huwa għarfien akkwistat wara esperjenza diretta anubhava. Din hi d-differenza bejn il-filosofiji u r-reliġjonijiet li ġew ferm wara. Il-Veda ġew irrivelati u m’għandhomx awtur. Kien ħafna aktar wara fiż-żmien li ġew miktubin u d-dati mhumiex daqstant importanti u lanqas min kitibhom. Il-kitbiet tal-Veda Dharma kienu jiġu mgħallma bil-fomm biss sruti. Inkitbu ħafna wara u meqjusa bħala smirti. © 2021 C.J. Muscat
4 6
Ekam EkamSat Sat
Hemm diversi spekulazzjonijiet dwar dati meta nkitbu u huma meqjusa fost l-eqdem dokumenti talumanità. Sorsi mill-astronomija jgħidulna 6,000 Q.K., oħrajn mill-ġeoloġija jsemmu 25,000 Q.K. Max Müller, fil-ktieb tiegħu Physical Religion p.18, jgħidilna li l-għanjiet mantra tal-Veda ħadd ma jasal biex jagħti data eżatta meta ġew ifformolati. Jistgħu jkunu elfejn jew tlett elef sena Q.K. u bosta eqdem minn hekk. Il-kitbiet tal-Veda ġew imqassma f’erba’ fergħat: • Rig Veda – tikkonsisti minn ġabra ta’ mantra, formoli bis-Sanskritt, imfassla fuq in-Nada Yoga, xjenza bbażata fuq vibrazzjoni universali li tistabbilixxi armonija naturali. • Sama Veda – kollezzjoni ta’ għanjiet mantra li jintużaw waqt il-prattika tal-Bhakti Yoga – il-Yoga tad-Devozzjoni. • Yayur Veda – ġabra ta’ metodi għat-twettiq ta’ ċerimonji sagri matul il-ħajja tal-bniedem. • Atharva Veda – ġabra ta’ riti u għanjiet użati waqt ċerimonji ta’ żwieġ, ċerimonji ta’ kremazzjoni u oħrajn. F’kull waħda nsibu żewġ taqsimiet. Taqsima Karma Kanda - titkellem fuq Artha u Kama. L-iskop tal-Karma Kanda hu – Artha, l-azzjoni mwettqa sabiex jiġi akkwistat il-ġid u s-sigurtà. Titkellem ukoll fuq – Kama, l-azzjoni mwettqa sabiex jiġi akkwistat il-pjaċir u s-sodisfazzjon. Din it-taqsima - Kanda tittratta dwar ix-xewqat tal-bniedem u l-aħjar mod li jitwettqu u għalhekk din it-taqsima tissejjaħ it-taqsima tal-Azzjoni – Karma Kanda. 75
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Kull azzjoni mwettqa għandha frott mhux biss li jitgawda fil-qrib iżda wkoll frott li jista’ jitfaċċa aktar ’il quddiem fiż-żmien. Meta l-azzjoni titwettaq skont id-dharma tal-bniedem, ir-riżultat jissarraf f’mertu li jħalli aktar frott tajjeb – punya, u twassal għat-tgawdija fil-futur qarib jew fil-futur imbiegħed. Dharma tfisser liġi, dover, karattru, vokazzjoni, drawwa tajba, drittijiet, għemil tajjeb. Meta l-azzjoni tmur kontra ddharma tal-bniedem tkun adharma, ir-riżultat ikun bla mertu u jissejjaħ - papa - iwassal għal frott qares filfutur. Il-bniedem jagħżel hu liema azzjoni jwettaq u b’hekk ikun hu stess li qed ifassal il-ħsad meta jkun ilwaqt – prarabdha – dak li tiżra’ taħsad. Ikollu opportunitajiet oħra fiż-żmien sabiex wieħed jagħżel lazzjonijiet tajba jew mhux tajba. Hu ferm importanti li wieħed isegwi d-dharma tiegħu, ikun ippreparat u b’saħħtu biżżejjed sabiex jgħaddi minn dak li għandu jgħaddi minnu – prarabdha. Sabiex xewqat ġodda jiġu akkwistati, faċilment li wieħed jiżbalja. L-aġir tiegħu ikun adharma xejn tajjeb. It-tgawdija li tiġi minn punya hi tal-mument u tnibbet aktar xewqat ġodda li tissarraf f’katina t’azzjonijiet li dejjem jiżdiedu bla waqfien. It-tgawdija mhix dejjiema iżda maż-żminijiet tinbidel u twassal għal ċiklu ieħor t’aktar azzjonijiet u aktar okkorrenzi bla waqfien. L-azzjonijiet kollha li twettqu fil-passat jiffurmaw il-prarabdha karma. Jeħtieġ li l-prarabdha karma tferra’ r-riżultati ta’ kull għemil imgħoddi issa fil-preżent jew aktar ’il quddiem fiż-żminijiet. Dwar ilprarabdha nsibu tixbiha fil-letteratura Vedantika.
© 2021 C.J. Muscat
86
Ekam EkamSat Sat
Tgħidilna li l-prarabdha, bħal vleġġa li l-arċier telaq mill-qaws, żgur qatt ma jista’ jsejħilha lura, jeħtieġ twettaq il-kors li mmira għaliha hu stess. Yogananada jgħidilna li meta l-aġir ma jsegwix iddharma tiegħek, tkun inti stess li tiġġudika lilek innifsek, u inti stess li tħallas ta’ għemilek. Wieħed għandu jinduna li t-tgawdija tant mixtieqa millazzjonijiet li wieħed iwettaq tispiċċa bħal ħolma fixxejn. Għin lilek innifsek, agħmel it-tajjeb u l-karma tgħinek tkun skont l-intenzjoni u l-għemil tiegħek. Il-kitbiet tal-Veda jibdew bl-oṃkāra, ilpranava, il-kelma li ssawwar kollox. Simbolu mistiku, li bis-Sanskritt jinkiteb . Il-glorja tal-kelma AUM, ilvibrazzjoni universali, il-barka eterna. Simbolu talkonoxxenza, l-unità advaita mhux tnejn jew aktar, leżistenza waħdanija, perfetta. Shabda-Brahman, ilħoss primordjali tar-Realtà multidimensjonali Brahman. OM mhux biss ħoss jew vibrazzjoni. Mhux biss simbolu. OM hu l-kożmos infinit, dak kollu li nistgħu naraw, immissu, nisimgħu u nħossu. Aktar minn hekk, OM jinkludi dak kollu li jaqa’ taħt ilperċezzjoni tagħna kif ukoll dak kollu li hu lil hinn mill-perċezzjoni tagħna. Vivekananda jgħidilna li l-prattika tan-nifs, flimkien mar-ripetizzjoni tal-mantra OM, filwaqt li tieħu n-nifs, kif ukoll meta tneħħi n-nifs, il-kliem mimli bil-mantra jkollu setgħa meraviljuża.
79
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
OM Vibrazzjoni Eterna Tidwi bla waqfien fis-silenzju. Jissawru kontinwament l-elementi. Il-ħlejqiet bla tarf jiġġeddu. Jissawwar u jintemm kollox f’waqtu. Il-widnejn le jisimgħu, l-għajnejn le jaraw. Vibrazzjoni Satvika, eżistenza qabel l-eżistenza. Tfawwar il-barka eterna - il-glorja ta’ kollox perfett. Issawwab mill-ħabba tal-qlub l-imħabba. Naqqas il-ħsejjes tal-ħsibijiet. Isma’ fis-Silenzju, Armonija u Paċi, Verità tal-Verità. OM
© 2021 C.J. Muscat
8 10
Ekam EkamSat Sat
Ir-Rishi
– Il-Mistiċi li rċivew il-Veda –
Il-Veda mhumiex filosofija, prodott ta’ moħħ ilbniedem, iżda ġew irrivelati lir-Rishi. Ma kien hemm ebda sorsi miktuba qabel il-Veda. Rishi hi kelma bisSanskritt, persuna li jkun għaraf il-Verità. Persuna li għaraf kulma hu essenzjali jingħaraf. Persuna mistika, għandu esperjenza diretta tal-Verità, jgħid biss ilverità, jipprattika tapasya (dixxiplini), inħall minn kull irbit u tendenzi vasana, irrinunzja kollox, joffri kollox bil-ferħ mhux b’sagrifiċċju, bla ma jistenna ebda merti, bhakti yogi devot biss lejn il-verità. Jingħata rispett għax ikun għaraf il-Verità, għalhekk insejħulu Rishi. It-terminu Rishi meħud mill-għerq rish li jfisser jara, ġieri, mexxej, ikaxkar, iġorr, iħaffef. Rishati jnānena samsāra-pāram, persuna li tagħraf il-verità f’kollox u tagħraf tgħaddi miċ-ċikli tas-samsara. Itterminu Rishi jintuża wkoll bħala turija li dik il-persuna akkwistat għarfien fuq xi fergħa partikolari ta’ ħsieb. Rishi jista’ jkun ukoll għax ikun ikkummenta fuq Skrittura Sagra tal-Veda. Rishi hu persuna li jisma’ u jara l-Verità. Jagħmel u jitkellem biss il-verità satyavachah. Sri Aurobino jgħidilna li Rishi jisma’ lvibrazzjoni kożmika (AUM) u għalhekk il-kitbiet tal-Veda meqjusa shruthi, irrivelati lir-Rishi, apaurusheya, mhux filosofija jew opinjoni, prodott ta’ moħħ il-bniedem. Rishi mogħni bid-doni li jużahom biss għall-ġid u le għad-deni bl-aktar mod ġust għallbenefiċċju ta’ kull min jersaq għandu. 9 11
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Insibu seba’ tipi ta’ mistiċi: Rajarishi, Kandarishi, Shrutarishi, Devarishi, Brahmarishi, Paramarishi u Maharishi. Jissejjaħ Rishi kull min qed jiġri lejn il-verità suprema. Ir-Rishi mistiċi huma meqjusin proġenituri li għarfu direttament il-verità meta kienu filmeditazzjoni, f’unjoni totali samadhi. Ir-Rig Veda ssemmi diversi mistiċi nisa, meqjusin Rishika. L-Upanishad isemmu doni li jitfaċċaw għand irRishi wara snin ta’ sadhana u tapasya, magħrufa bħala: Shukshmadrishti: jagħraf viżjoni wiesgħa tal-ħajja umana; Antardrishti: jagħraf il-kawża wara l-aġir moħbi ġewwa l-antahkaran; Divyadrishti: jagħraf ilpassat, il-preżent u l-futur fl-istess mument. Persuni Rishi jkunu mogħnija bis-Siddhi, doni li jidhru straordinarji. Ma jagħmlux użu mis-siddhi bħala turija ta’ setgħa, mirakli jew sabiex jiġu segwiti millfolol. L-użu xejn tajjeb tas-Siddhi jwassal għal konsegwenzi xejn tajba. L-età ta’ Rishi tkun twila sabiex ikun t’għajnuna u jkun jista’ jservi lil kull min jersaq għandu. Ixerred l-għarfien fuq il-verità, ma jħalli ebda memorja warajh tiegħu nnifsu. Persuna Rishi jsegwi d-Dharma. Ikun protett mid-Dharma. Huwa meqjus bħala Jivanmukti. Il-Veda jagħtuna eżempji ta’ kif jgħix fis-soċjetà persuna Jivanmukti. Jgħix fil-ħajja kuljum, iggwidat millgħarfien jnanam u mhux mis-sensi biss. Liberu minn kull xewqat. Sensittiv għall-biża’, imħabba, mibegħda. © 2021 C.J. Muscat
10 12
Ekam EkamSat Sat
Suġġett għas-sofferenzi tal-ġisem; iżda qalbu safja daqskemm hu pur l-akasha. Jipprattika dixxiplini tapasya, yoga, sadhana u oħrajn. Ma jweġġa’ qatt lill-ebda forma ta’ ħajja ahimsa. Jagħmel it-tajjeb u jgħin lil kulħadd. Joffri servizz yagna mill-qalb, bla ma jistenna xejn nishkam karma, ħlief il-ġid u l-ferħ ta’ kulħadd. Dejjem kuntent, kemm meta jiekol mal-kumpanija fil-villaġġi u fl-ibliet kif ukoll kuntent meta jkun waħdu.
Ekam Sat
Realtà Waħda, m’hemmx it-tieni. Ir-Rishi mistiċi huma l-proġenituri tal-Veda li semgħu l-pranav il-vibrazzjoni eterna, meta kienu f’unjoni totali savikalpa samadhi u għarfu direttament Brahman - Realtà Waħda, m’hemmx it-tieni. Kif ser tispjega dak li mhux possibbli tispjega? Il-kelma hi simbolu maħżuż jew ħoss imlissen li jipprova jikkomunika, jiddeskrivi idea jew ħsieb. It-terminu bisSanskritt Brahman toħroġ mill-għerq brha jew brhi, irRealtà Perfetta li mhix suġġetta għall-bidla, mhix suġġetta għall-mewt. Tfisser konoxxenza, eżistenza li teżisti perfetta u totali fiha nnifisha, m’hemmx ieħor ħlief Wieħed. Fih jisboq il-ħolqien, il-bniedem, lunivers, il-kożmos. Brahman tfisser Unità m’hemmx ieħor, Ekam Sat. Swami Sivananda jgħidilna li Brahmavidya hi x-xjenza tax-xjenzi, l-għarfien ta’ Brahman. 11 13
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Om purnam-adah purnam-idam Purnaat purnam-udachyate Purnasya purnam-aadaaya Purnam-eva-avashishyate Om shanti shanti shanti Dan hu perfett. Dak hu perfett. Mill-perfett joħroġ il-perfett. Jekk tnaqqas mill-perfett, kollox perfett jibqa’. Om Paċi, Paċi, Paċi. Il-Veda hawnhekk qed jgħidulna li kollox hu perfett. Brahman hu perfett, m’hemmx ieħor bħalu Ekam Sat. ’Il quddiem nitkellmu fuq l-iżball oriġinali li jwettaq kull bniedem mat-twelid. L-iżball li jinsa min hu tassew u jitfixkel mal-jien hu dan il-ġisem. ’Il quddiem nifhmu aħjar għaliex dan il-jien iħares lejn kulma jeżisti bħala dwaita, iħares lejn il-multipliċità, perċezzjoni duwalista. Nibdew nifhmu aktar kif leżistenza ta’ prakriti kollox hu perfett, iżda l-jien jara mċajpar. Jgħaddi t-tort lil xi ħallieq li wettaq kollox żbaljat, bla ma jinduna li l-iżball qiegħed ġewwa lviżjoni tal-jien stess! L-ego qed ifixkel il-perfezzjoni ta’ Brahman. Brahman hu perfezzjoni Om purnamadah purnam-idam kif tkellimna aktar ’il fuq. It-terminu bis-Sanskritt Brahman ma jfissirx Alla, ma jitkellimx fuq entità maskili moħbija, li tiġġudika u tippunifika. Xi entità li tinsab f’taqbida eterna mat-tieni entità rivali. Ekam evadvitiyam brahma. Silta meħuda miċ-Chandogya Upanishad tgħidilna li Brahman Wieħed, m’hemmx it-tieni. © 2021 C.J. Muscat
12 14
Ekam EkamSat Sat
It-terminu Brahman mhux xi pronom, iżda kelma, simbolu Sanskrittu li jindika Dak, jindika ‘ilKollox’, jindika ‘il-Wieħed’ li jinsab f’kollox, jindika r-Realtà multidimensjonali Waħda, il-barka oriġinali eterna, jindika dak li Hu wara l-varjetà ta’ namarupa, dak kollu li għandu isem u forma, il-kollox li jinsab flunivers, fil-kożmos, fik u f’kull ħolqien. Fil-bidu kien Brahman, miegħu kienet ilKelma, u l-Kelma kienet tassew Brahman. Rig Veda ’Il quddiem nispjegaw kif il-kelma Brahman tissinifika Trimūrti, it-Trinità suprema. Il-terminu Vedantiku trimurti ġie adottat minn reliġjonijiet oħra ferm wara l-Veda Dharma. Kollox jitnissel minn Brahman, kollox jgħix fi Brahman. Xejn minn Brahman ma jista’ jitnaqqas, jintrema, jinqered jew jitwarrab lil hinn imbiegħed għax Hu kollox bla limiti, m’hemmx it-tieni. Jinsab f’kollox, kollox jinsab fih, kollox jirtira għandu, xejn u ħadd ma jitwarrab. Tajjeb għalhekk li nirriflettu dwar it-tifsira tal-kelma Brahman sabiex nifhmu aħjar il-Veda. Tajjeb nirriflettu x’qed jirrivelaw il-Veda dwar Brahman. ’Il quddiem ser nerġgħu nirreferu għal din ilkelma/simbolu. Fil-Veda nsibu l-Omkara bħala simbolu ta’ Brahman. Bl-aktar mod sempliċi, qed nippruvaw infissru l-kelma Brahman li mhux tant faċli tfisser bil-limiti tal-lingwi. Kelma li mhux possibbli titfisser bil-kliem, iżda lanqas ma tista’ titfisser mingħajr kliem. 13 15
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-Veda jgħidulna li hekk kif in-nar jieħu forom differenti skont f’liema materjal jidħol, hekk ukoll Brahman jieħu suriet differenti għalkemm Hu jibqa’ Wieħed. Matul iż-żminijiet ferm wara l-Veda, irreliġjonijiet bdew jużaw diversi kelmiet: Alla, God, Deus. Kelma b’tifsiriet diversi, ibbażati fuq dwaita, duwalità, kollox bi tnejn jew aktar, il-jien distint. Duwalità, twemmin ibbażat fuq id-distinzjoni bejn Alla u l-kreazzjoni tal-jien. Il-kelma Alla nsibuha fillingwa Għarbija. Tfisser twemmin f’esseri maskili, moħbi, distint mill-kreazzjoni f’taqbid etern kontra lentità tal-ħażen. Intant insibu rakkonti, sagrifiċċji, wegħdi, talb, għall-maħfra tan-nuqqasijiet imwettqa. Insibu talb għall-ħniena, sabiex jingħata rigal tal-merti li jkunu twettqu. Bosta qed iħarsu lejn dan it-twemmin bħala mitoloġija. Tajjeb ninnutaw li l-kelma Alla tfaċċat eluf ta’ snin wara l-kelma Brahman. Il-perċezzjoni tal-bniedem ibbażata fuq duwalità. L-umanità tifhem realta ta’ forom u ismijiet, attività tal-jien, realtà t’għemejjel xejn mistennija. Fil-Punent ma żviluppawx l-għodda t’għarfien ta’ Brahman. Waqfu fuq kunċett duwalista li jissejjaħ Alla. Bosta bnedmin qed jaċċettaw kulma jisimgħu u jaqraw bla ma jistaqsu xejn. Il-falz sar veru, il-veru sar falz bla ma jistaqsu, bla ma jfittxu l-verità. Twaqqfu strutturi, twemmin u dommi. Bosta qed jitħawdu li qed iħawdu. Perċezzjoni duwalista ta’ fantasiji, arroganza, suppervja, dubji, diżappunti, qerq, diviżjoni, kontroll, sofferenzi u vjolenza. © 2021 C.J. Muscat
14 16
Ekam EkamSat Sat
Brahman tant hu sempliċi fil-kobor, jinsab filħolqien, fil-bnedmin, iżda l-bniedem ma jagħrfux. Mhux possibbli li jiġi deskritt għax mhux xi oġġett li għandu forma u isem, jew xi persuna li għandha isem, jew xi entità li tinsab lil hinn imbiegħed fil-ħajja ta’ wara din. Il-kliem hu wisq limitat sabiex jiddeskrivi dak li s-sensi la jaraw u lanqas jifhmu. L-Upanishads jispjegaw Brahman bħala sat-chit-anand jew aħjar verità - konoxxenza - kuntentizza. Ir-Rishi jgħidulna flUpanishads li Brahman hu l-essenza li tinsab f’kull materja, moħbija u siekta. Il-bniedem jista’ jiżviluppa l-għarfien ta’ Brahman bid-dixxiplina tal-atmajnana. Il-Katha Upanishad jgħidulna li l-kożmos jistrieħ fi Brahman, jeżisti fi Brahman u jirtira fi Brahman. It-tifsira tibda ssir aktar ċara, mhux biss billi lpersuna tipotizza, tinvestiga, tirraġuna, tesperimenta, targumenta, tispekola, tiffilosofizza, tikkalkula, tikkonkludi, iżda jeħtieġ tesperjenza direttament wara snin ta’ tapasya, dixxiplina, prattika tal-yoga sadhana. Tajjeb insemmu l-prattika tal-japa li tintuża sabiex wieħed jiġbor ħsibijietu fuq repetizzjoni ta’ mantra waħda li tispirah u tressqu lejn l-Infinit. Tintuża l-mala magħmula minn żerriegħa minsuġa fuq ħajta, sabiex anke s-swaba’ jkunu miġburin u flimkien malmanas (moħħ) jirrepetu mantra. B’hekk il-manas ikun aktar miġbur fuq kelma waħda biss u mhux imferrex fuq diversi ħsibijiet u ideat. Sabiex nifhmu aħjar Brahman, ’il quddiem ser nitkellmu wkoll dwar ilprattika tal-Maha Vakya. Il-Veda tisħaq fuq esperjenza diretta tal-Verità li twassal għall-għarfien ta’ Unità ta’ Brahman, espress fil-multidimensjonalità tar-Realtà. 15 17
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Fritjof Capra jgħidilna li l-espert tal-fiżika kif ukoll il-mistiku, it-tnejn jaslu għall-istess konklużjoni. Wieħed jibda minn ġewwa fih innifsu u l-ieħor jibda mid-dinja ta’ barra. Il-qbil bejn l-ideat tagħhom jikkonferma l-għerf tal-Veda, li Brahman, ir-realtà assoluta kif ukoll l-Atman, ir-realtà ta’ ġewwa fina nfusna, huma l-istess. Niftakru li l-perċezzjoni tal-bnedmin hi duwalistika, twassal għal twemmin duwalistiku. Ilkunċett Alla u l-kreazzjoni huma kunċett ta’ dvaita (duwalità). Il-verità hi unità waħda. Brahman wieħed, m’hemmx it-tieni. Ekam sat vipra bahudha vadanti. Il-verità waħda, l-għorrief isejħulha b’ismijiet differenti. Rig Veda
Il-Yogamarga
– It-Triq tal-Unità –
Il-kelma yoga toħroġ mill-għerq yuj li jfisser twaħħad, tunifika, tiġbor. L-iskop tal-prattika yoga hu li tunifika, tibbilanċja, tiġbor f’armonija kull aspett li jikkostitwixxi l-bniedem, dak mentali, fiżiku u spiritwali. Il-Yoga hi l-għodda prinċipali tal-Veda. Għaddiet lill-umanità mingħand diversi Rishi matul iżżminijiet. Kienet tiġi pprattikata għal eluf ta’ snin flIndja, infirxet u waslet fil-Punent fis-seklu għoxrin. Insibu diversi suriet tal-Yoga li wieħed jista’ jagħżel. © 2021 C.J. Muscat
16 18
Ekam EkamSat Sat
Insemmu xi wħud aktar ’il quddiem. Kollha għandhom għan wieħed, li jwasslu ’l-individwu f’unità interna kif ukoll f’esperjenza ta’ unità traxxendentali samadhi. Diversi studji xjentifiċi jikkonfermaw kemm il-Yoga għandha effetti terapewtiċi kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Il-metodi u d-dixxiplini tal-Yoga ġew mogħtija mill-għorrief Rishi sabiex il-bniedem jgħaddi mill-widien imqallba ta’ niket u sofferenzi talħajja. Bħal kull għodda oħra, insibu min jagħmel użu differenti mill-iskop ewlieni li semmejna. Il-metodi tax-xjenzi materjali jimirħu sal-konfini ta’ dak li hu viżibbli. Dak li ma jistax jitkejjel bi strumenti aktar sensittivi mis-sensi, jitqies li ma jeżistix. Veru li xxjenzi materjali ħadu qabża ’l quddiem fl-esplorazzjoni tal-univers, iżda ċertament għad fadal x’jiskopri dan id-daqsxejn ta’ moħħ quddiem il-kożmos infinit. Kif tista’ tesperjenza l-verità? Bil-fidi biss tibqa’ tittama, bid-dubju sat-tmiem tal-ħajja. Ir-Rishi għarfu u fasslu metodi u dixxiplini prattiċi sabiex wieħed japprezza aħjar l-ispettaklu meraviljuż tal-eżistenza kif ukoll iduq ittraxxendentali. Il-Veda joffru t-teknoloġija tal-Yoga li twassal biex isseħħ il-qabża lil hinn minn dak li hu materjali u jiġi żvelat x’hemm wara s-siparju ta’ namarupa. Nesperjenzaw l-ispettaklu inviżibbli li hemm wara l-ispettaklu viżibbli ta’ prakriti. Aktar ’il quddiem insemmu xi wħud mill-metodi użati sabiex jiġu għall-konoxxenza tagħna dimensjonijiet oħra tależistenza. Il-metodi tal-Yoga jidhru sempliċi, iżda jeħtieġ li wieħed ikun kuraġġuż, bla preġudizzji u jipprattika għall-benefiċċju tiegħu nnifsu. 17 19
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Bosta jitolbu, jistennew u jittamaw. Bil-prattika tal-Yoga tgħin lilek nnifsek tisseddaq, kemm fuq livell fiżiku kif ukoll mentali. Il-Yoga hi dixxiplina tal-ġisem kif ukoll dixxiplina tal-moħħ. Twassl għall-unjoni bejn il-konoxxenza individwali (jivatman) u l-konoxxenza universali (paramatman). Il-Yoga hi bilanċ kemm fis-suċċessi kif ukoll fid-diżappunti. Jeħtieġ tipprattika, tkun bieżel, tippersisti u tesperjenza. Il-Yogamarga mhix għal min jaqta’ qalbu. Tajjeb insemmu wħud mid-dixxiplini li nsibu fil-Yogamarga.
Yoga Vashishta
L-eqdem skrittura li titkellem dwar il-Yoga. Mgħoddija lill-umanità minn Rishi Vashishta lill-eroj tar-Ramayana. Rishi Vashishta jfisser lill-qalbieni Rama n-natura inċerta tad-dinja kif ukoll jurih it-triq tas-sewwa li twassal għall-esperjenza ta’ unità traxxendentali. Jgħaddilu l-għarfien tal-Vedanta mfisser bi stejjer u eżempji li jispjegaw l-aħjar metodi li wieħed jista’ juża sabiex jakkwista l-għarfien vidya u l-kuntentizza ananda li jwasslu għall-moksha l-għan waħdieni tal-ħajja. L-iskrittura Vashishta miktuba bilforma ta’ mistoqsija u tweġiba bejn Rama u Vashishta. Tikkonsisti minn 32,000 sloka. Il-mistoqsijiet jittrattaw il-problemi eżistenzjali tal-bniedem. Jittrattaw il-ħajja, is-sofferenza, il-ħażen, il-mewt, ittriq tas-sewwa u l-kuntentizza. Dawn jiġu mfissra minn Vashishta bi stejjer metafiżiċi taħt forma ta’ poeżiji. Vashishta jsostni li din l-iskrittura jibbenefika minnha kull min inħall minn irbit materjali u qed jixxennaq li jirrealizza l-verità. © 2021 C.J. Muscat
18 20
Ekam EkamSat Sat
Swara Yoga Xjenza rrivelata lir-Rishi u kienet meqjusa xjenza moħbija. Swara bis-Sanskritt tfisser tonalità, nota jew ħoss. Ix-xjenza tal-kurrent tan-nifs millimnieħer. Xjenza Tantrika li twassal għall-konoxxenza kożmika bl-użu tan-nifs ritmiku u regolat. Tispjega kif wieħed jalterna n-nifs minn naħa tal-imnieħer għannaħa l-oħra sabiex jibbilanċja s-sistema minn ħin għallieħor. Il-minħar tan-naħa tax-xellug jissejjaħ Ida. Dak tal-lemin jissejjaħ Pingala. L-imnieħer għandu kuntatt dirett mal-ipotalmu, man-nervituri sensorjali kif ukoll man-nadi. Il-prattika Swara Yoga tistabbilizza rrelazzjoni tan-nifs, l-attivitajiet li jseħħu fil-ġisem malpersonalità tal-individwu. In-nifs regolari jindika xejriet u ritmu li jinfluwenzaw l-attività mentali kif ukoll l-attività fiżika. Tosserva diversi xeħtiet li jieħu n-nifs, bħall-kwantità, pożizzjoni u distanza, direzzjoni u bosta fatturi oħra li normalment lanqas biss nindunaw bihom. Il-prattika ta’ Swara Yoga tinfluwenza n-nadi li jwasslu l-enerġija pranika madwar il-ġisem kollu. Meta wieħed jitgħallem kif jifhem u juża n-nifs tajjeb, jistabbilixxi sekwenza u armonija tan-nifs. Jirnexxilu jistabbilixxi armonija interna kif ukoll armonijia esterna. Meta n-nifs ikun ibbilanċjat isseħħ bidla fil-konoxxenza, il-konoxxenza titwessa’, tinfetaħ.
19 21
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Laya Yoga Forma ta’ meditazzjoni fuq diversi chakra li jinsabu matul l-ispina. Rishi Gorakshnatha għaddielna din il-prattika ta’ meditazzjoni. Jgħidilna li hemm ħames ċentri jew vortiċi ta’ enerġija pranika ’l isfel mill-għonq. Hemm ukoll tnejn oħra ’l fuq mill-għonq. Il-meditazzjoni Laya Yoga tidderieġi l-enerġija prana matul in-nadi mferrxa mal-ġisem kollu. Laya tfisser tindif tal-vritti, ta’ drawwiet u ostakli maħżuna millpassat. Jeħtieġ li l-jien aham jikkwieta sabiex jintlaħaq turiya, stat ta’ konoxxenza elevat. Din il-prattika tapplika metodi ta’ meditazzjoni li jiddirieġu l-enerġija pranika matul in-nadi mferrxin fil-ġisem sabiex jattivaw l-enerġija kundalini li tinsab imkebba fil-qiegħ tal-ispina. Il-kundalini tiġi attivata bil-prattika ta’ diversi Yogasana u Pranayama sabiex tkun iggwidata ’l fuq lejn is-seba’ chakra sahasrara li tinstab fir-ras. Bosta bnedmin jgħixu biss fl-ewwel tliet livelli ta’ konoxxenza, il-materjali, dak senswali u dak egoistiku. Laya Yoga twassalna aktar ’il fuq millewwel tliet livelli ta’ chakra. Jeħtieġ tippenetra r-raba’, il-ħames, is-sitt u tasal fis-seba’ chakra. Ċertament dan il-vjaġġ xejn mhu faċli li jintlaħaq.
© 2021 C.J. Muscat
20 22
Ekam EkamSat Sat
Kundalini Yoga Prattika li ssaħħaħ is-sistema nervuża, tibbilanċja s-sistema glandolari kif ukoll l-enerġiji mentali u emozzjonali. Kundalini hi enerġija mhux mittiefsa li tinsab rieqda fil-qiegħ tal-ispina. Kundalini hi l-konoxxenza fi stat sieket li tinsab f’kull bniedem. Maħżuna bħala enerġija shakti li meta tiġi attivata titla’ matul l-ispina sushumna sakemm tingħaqad ma’ sahasrara li tinsab fir-ras. Fi ftit kliem il-prattika talKundalini Yoga tgħinna nikkontrollow il-ħsibijiet u mhux il-ħsibijiet jiddominaw lilna. L-iskop aħħari talKundalini Yoga hu li twassal għal esperjenza ta’ unità traxxendentali.
Tantra Yoga
Prattika li teħtieġ l-attenzjoni regolari minn persuna Tantrika. L-aspirant sadhaka jingħata lgħodod neċessarji sabiex jippurifika l-ħames elementi li minnhom magħmul il-ġisem. L-għan hu li tintlaħaq armonija perfetta bejn l-enerġija kundalini, li tinsab imkebba fil-qiegħ tas-sushumna, u s-seba’ chakra sahasrara.
Kriya Yoga
Tipprepara l-ġisem għall-meditazzjoni. Prattika li tiddirieġi l-enerġija prana madwar il-ġisem kollu. Forma ta’ Pranayama, prattika antika tal-Veda li Mahavatar Babaji reġa’ introduċa fl-1861 lil Lahiri Mahasaya, fil-Himalayas. Il-prattika tal-Kriya Yoga tgħinek terġa’ tiskopri lilek innifsek, tgħinek tagħraf int min int tassew. 21 23
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Insibu li Swami Yogananda ta xeħta moderna lil din il-prattika ta’ Kriya Yoga. Il-Bhagavad Gita tgħidilna li meta n-nifs li nieħdu minn barra noffruh lin-nifs ’il ġewwa u n-nifs ta’ ġewwa noffruh ’il barra, b’hekk nibbilanċjaw l-enerġija prana fil-qalb taħt irrieda tagħna stess. Il-benefiċċji tal-Kriya Yoga jinħassu fiżikament, mentalment u spiritwalment.
Patanjali Yogasutra
Ġabra ta’ tagħlim minn Rishi Patanjali. Tikkonċerna l-manas (moħħ). Ippreżentata b’mod laktar preċiż u organizzat. Patanjali kien irċieva dan ittagħlim mingħand għalliem ferm avvanzat. Jgħidilna kif l-unjoni tista’ sseħħ bejn il-jivatman (ruħ) u lparamatman. L-unjoni tintlaħaq billi jiġu eliminati lvritti (modifikazzjonijiet, impressjonijiet mentali). Isostni li l-manas tista’ tiġi mseddqa bil-prattika ta’ diversi dixxiplini adattati. Jgħidilna li l-ostakoli li jinsabu fil-moħħ ifixklu l-prattika tal-Yoga.
Ayur Veda Xjenza tal-ħajja, tipprova tiżgura li l-bniedem ikun dejjem fi stat ta’ saħħa u tevita li ma jitħalliex jiddgħajjef u jimrad. Għalhekk hi xjenza tal-ħajja, aktar preventiva milli waħda li tfejjaq. L-Ayur Veda ma tikkumbattix is-sintomi tal-mard iżda tevita l-mard. Tirrestawra s-saħħa billi tagħraf u tuża mezzi u prodotti frott tan-natura. L-Ayur Veda tibbaża fuq l-Astanga Yoga, it-tmien idejn tal-Yoga.
© 2021 C.J. Muscat
22 24
Ekam EkamSat Sat
F’kull waħda minn dawn l-idejn insibu dixxiplini li wieħed jista’ jipprattika matul il-ġurnata tul ħajtu kollha. L-aħjar ħin li wieħed jipprattika hu sagħtejn u nofs qabel ma titfaċċa x-xemx. Dan hu ħin li bosta jkunu reqdin, inqas storbju u inqas attività. Perjodu ta’ ħin meqjus bħala brahma muhurta li jkun fil-milja ta’ sattwa, enerġija l-aktar pura u sottili. Ixxemx tkun fl-aktar angolu inklinat u għalhekk wieħed jilħaq jiġbor mill-aħjar tjubija sattvika, tar-raġġi ġentili tagħha. Ħin l-aktar ta’ benefiċċju milli f’ħinijiet oħra matul il-jum. Ħin li jgħinek tikkultiva l-enerġija, issaħħa, u t-trankwillità.
Raja Yoga
Meqjusa wkoll bħala Astanga Yoga. Prattika mifruxa fuq tmien dixxiplini, astanga – tmien idejn. Tajjeb li nsemmu liema huma dawn it-tmien dixxiplini: yama, niyama, yogasana, pranayama, pratyahara, dharana, dhyana u samadhi. L-aktar li saret popolari u l-aktar li tiġi pprattikata hi t-tielet dixxiplina, il-Hatha Yoga. Għalkemm il-yogasana hi dixxiplina fiżika esterna, iżda hemm ukoll dimensjonijiet sottili x’wieħed jiskopri. Id-dixxiplina tal-yogasana tressaqna sabiex wieħed jibda jsir familjari mal-ewwel erba’ dixxiplini. L-ewwel u t-tieni dixxiplini l-yama u n-niyama jeħtieġ li jiġu integrati fil-ħajja ta’ kuljum. Mingħajr il-yama u n-niyama d-dixxiplina talyogasana tiġi sempliċement eżerċizzju fiżiku u jintilef il-benefiċċju sottili li semmejna. Aktar ’il quddiem ser nitkellmu dwar il-ħames dixxiplini tal-yama u nniyama kif spjegati fil-Yoga Sutra ta’ Rishi Patanjali. 23 25
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Hatha Yoga
It-terminu hatha magħmul minn ha li tfisser xemx u tha li tfisser qamar. Ix-xemx tirrappreżenta laspett attiv u l-qamar jirrappreżenta l-aspett riċettiv. Liskop tal-Hatha Yoga hu proprju li twaħħad dawn iżżewġ kwalitajiet li jinsabu fil-bniedem. Il-Hatha Yoga hi l-aktar li saret popolari fil-Punent. Insibu tmien dixxiplini fil-Hatha Yoga, kif spjegati taħt Astanga Yoga. Fil-Punent aktar jiġu prattikati l-Yogasana sabiex jiġi allinjat il-ġisem, flimkien mal-Pranayama. Il-benefiċċju jkun flessibbiltà, jissaħħu l-organi interni u muskoli kif ukoll jiġi stabbilit bilanċ intern u estern.
Bhakti Yoga L-aktar segwita minn bosta fl-Indja. Tesprimi mħabba u devozzjoni lejn id-divin li jinsab f’kollox. Motivata biss minn imħabba bejn l-individwu u ddivin. Il-Bhakti Yoga m’għandha ebda biża’ li titwarrab mid-divin jew li ser tirċievi kastig. Għandha biss fiduċja fid-divin, m’għandha ebda biża’ mid-divin, tafda biss fid-divin. Taċċetta u tirrispetta kull ħlejqa u lil kulħadd. Tesprimi u twettaq atti ta’ mħabba lejn kull ħlejqa u lejn kulħadd bla ma tistenna xejn lura. Bhakti Yoga, deskritta bħala l-Yoga l-aktar ħelwa, kif ukoll ilYoga tal-Qalb. Sabiex tintlaħaq l-unjoni bejn lindividwu u d-divin jeħtieġ persistenza, paċenzja, determinazzjoni u devozzjoni. L-unjoni ma sseħħx bittalb u lanqas b’sagrifiċċji għall-akkwist ta’ merti. Lunjoni sseħħ bl-offerta tal-jivatman lill-paramatman. © 2021 C.J. Muscat
24 26
Ekam EkamSat Sat
Siddha Yoga
Siddha huwa persuna li laħaq perfezzjoni filprattika tal-Yoga. Tinduna li persuna hu Siddha millfrott siddhi li jagħti. Siddhi huma doni li, għalkemm jidhru sopranaturali, iżda jistgħu jiġu spjegati u aċċessibbli tant li kulħadd jista’ jwettaqhom. Jitfaċċaw bl-aktar mod naturali wara prattika u dixxiplini talYoga. Patanjali jgħidilna li persuna tista’ titwieled Siddha Yogi. Bil-prattika tas-Siddha Yoga kull persuna jagħraf id-divinità li tinsab f’kull persuna oħra. Tirrelata ma’ kull persuna xejn differenti milli tirrelata mad-divin li jinsab f’kull persuna. Insibu ċentri ashrama ta’ Siddha Yoga mferrxa fl-Indja, il-Kanada, il-Ġappun, il-Ġermanja u l-Amerika.
Jnana Yoga
Jnana Yoga (gnana yoga) hi kkonsidrata prattika l-aktar diretta iżda wkoll l-aktar diffiċli li twassal għall-għarfien tal-verità. Bis-Sanskritt jnana tfisser għarfien tal-verità. Għarfien li joħroġ wara esperjenza tal-verità u mhux sempliċement għerf teoretiku. Il-prattika tal-Jnana Yoga tibbaża aktar fuq il-manas, sabiex tiġi magħrufa l-verità. Jeħtieġ li manas ikun miftuħ fi stat ta’ yoga drishti. Li taċċetta twemmin u dommi mhux aċċettabbli minn Jnana Yoga. Jeħtieġ esperjenza tal-verità aktar profonda millintellettwali. Adi Shankaracharya jgħidilna li jeħtieġ preparazzjoni qabel ma wieħed jagħżel it-triq tal-Jnana Yoga. Jeħtieġ jirċievi tagħlim tal-Vedanta, jirrifletti, jifhem sewwa, jimmedita u fi stat ta’ yoga drishti jkollu esperjenza tal-verità. Il-prattika tal-Bhakti Yoga hi ferm t’għajnuna għall-Jnana Yoga. 25 27
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Nada Yoga
Nada Yoga tgħidilna li mill-iċken partiċella sa kulma jeżisti fil-kożmos jikkonsisti minn nada, vibrazzjonijiet varji ta’ ħoss mingħajr oriġini. Nada Yoga hi prattika li tagħmel użu minn reżonanzi varji sabiex jiġu alterati kundizzjonijiet fil-bniedem. Ittejjeb l-għarfien taċ-chakra kif ukoll issaħħaħ il-vibrazzjoni tagħhom. Nada Yoga tikkonoxxi żewġ realtajiet ta’ ħsejjes. Dak intern anahata kif ukoll dak estern ahata. Tgħidilna li meta s-smigħ ikun iffukat fuq ħsejjes talmadwar ahata, il-manas tikkwieta tant li tibda tisma’ wkoll il-ħsejjes ta’ ġewwa l-anahata. L-anahata jew aħjar iċ-chakra tal-qalb tirċievi ħoss interjuri b’mod differenti minn dak sensorjali. Insibu aktar dettalji tal-prattika Nada Yoga fit-trattat tal-Hatha Yoga Pratipika. Dan jgħidilna li l-użu ta’ diversi tonalitajiet tal-ħoss jelevaw il-konoxxenza. Insibu li bosta simboli ta’ divinità huma rrappreżentati bi strumenti mużikali bħalma huma l-flawt, il-veena, it-tabla u s-sitar. Il-prattika tibda billi tiffoka l-attenzjoni fuq mużika esterna. Gradwalment tirtira fuq dawk interni sakemm il-ħsejjes ta’ barra ma jibqgħux jinstemgħu aktar. Jinstemgħu aktar il-ħsejjes ta’ ġewwa l-ġisem, ilkurrent tad-demm għaddej jew l-enerġija fin-nervituri. L-iskop finali ta’ Nada Yoga hu li ħsejjes esterni, kif ukoll ħsejjes interni, iwasslu l-qalb għal vibrazzjoni profonda tal-eżistenza għall-konoxxenza unitiva.
© 2021 C.J. Muscat
26 28
Ekam EkamSat Sat
Chakra Yoga Titkellem fuq is-seba’ ċentri prinċipali ta’ enerġija pranika li jinfirxu fin-nadis matul il-ġisem eteriku. Bis-Sanskritt it-terminu chakra għandu tifsira ta’ vortiċi, rota. Jinsabu matul l-ispina tad-dahar. Kull chakra responsabbli minn funzjoni speċifika, funzjoni fiżjoloġika, kif ukoll funzjoni ta’ esperjenzi emozzjonali. Id-dixxiplini tal-Yoga jgħinu sabiex dawn is-seba’ chakra jinżammu miftuħin sabiex jiċċirkulaw l-enerġija pranika tant meħtieġa għallbniedem. Ser insemmu l-isem ta’ kull chakra, fejn tinsab u lfunzjoni li twettaq: 1. 2. 3. 4. 5. 6. 7.
Muladhara fl-għerq tal-ispina, fiduċja Svadisthana viċin il-milsa, kreattività u sesswalità Manipura viċin iż-żokra, setgħa Anahata viċin il-qalb, imħabba Visuddha viċin il-gerżuma, espressjoni Ajna bejn l-għajnejn, intuwizzjoni, ispirazzjoni Sahasrara qurriegħa tar-ras, għarfien, illuminazzjoni 27 29
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Chakra yoga tiġbor diversi dixxiplini tal-Yoga, li kkumbinati flimkien jistimulaw u jattivaw diversi chakra. Uħud mid-dixxiplini huma: yogasanas, sadhana, pranayama u mantrayoga. Chakra yoga tissejjaħ ukoll Kundalini yoga. L-enerġija ta’ kull chakra hi differenti kif murija hawn fuq. Diversi yogasanas li nsibu fil-Hatha Yoga jattivaw chakra differenti. Insibu meditazzjoni differenti għal kull chakra, fejn tiġi intonata vibrazzjoni bijamantra speċifika għal kull chakra differenti filwaqt li jkunu viżwalizzati yantra, waħda wara l-oħra. Meta jkun hemm żbilanċ bejn iċchakra, l-enerġija prana tkun restritta, ma tkunx qed tinfirex mal-ġisem eteriku u mal-ġisem fiżiku bl-aktar mod effikaċi. Bil-prattika wieħed isir aktar konxju miċchakra. Jinduna fuq liema chakra jeħtieġ jieħu ħsieb jittratta sabiex il-kurrenti tal-enerġija prana jkunu qed jiffunzjonaw aħjar. Ser nitkellmu ftit fuq kull chakra sabiex napprezzaw aħjar din is-sistema tant sottili u importanti li x’aktarx ftit huma konxji li l-bniedem għandu.
Muladhara Chakra
l-ewwel chakra Bis-Sanskritt mula tfisser għerq, għeruq, adhara tfisser bażi. Muladhara hi l-bażi li tagħti lbniedem sens ta’ stabbilità, sigurtà u sopravivenza. Jeħtieġ li nikkultivaw bilanċ fuq din l-ewwel chakra qabel ma naħdmu fuq is-sitta l-oħra. Żbilanċ filmuladhara chakra jista’ jirriżulta f’uġigħ tad-dahar u saqajn.
© 2021 C.J. Muscat
28 30
Ekam EkamSat Sat
Jista’ wkoll juri żbilanċ emozzjonali bħal ansjetà, nuqqas ta’ ikel jew ikel żejjed. Bosta persuni li kellhom nuqqas ta’ sigurtà/stabbilità/imħabba fittfulija, jistgħu jesperjenzaw żbilanċ fil-Muladhara chakra ’l quddiem fil-ħajja. Insibu espressjonijiet bilMalti relatati mas-sinsla tad-dahar: ‘dak bniedem ta’ sinsla’ u oħrajn.
Svadhisthana chakra
it-tieni chakra Bis-Sanskritt tfisser fejn jgħammar il-jien. Iċċentru tal-enerġija sesswali. Din hi r-rota talkreazzjoni, mhux biss bijoloġika, iżda wkoll tiġġenera l-ideat, l-invenzjoni, l-oriġinalità. Sabiex svadhisthana tkun ibbilanċjata, jeħtieġ li wieħed ikollu ħajja sesswali bil-għaqal, ifejjaq xi trawma li seħħet fil-passat u jżomm relazzjoni emozzjonali nadifa u rispettabbli. Loppost ta’ dan ifisser li svadhisthana mhix ibbilanċjata u l-enerġija prana mhix tiffunzjona tajjeb.
Manipura chakra
it-tielet chakra Bis-Sanskritt tfisser żokra u tinsab viċin iżżokra (solar plexus). Relatata mal-element tan-nar, wieħed mill-ħames mahabhuta. Meta jkollna manipura bbilanċjata, ikollna għan ċar fil-ħajja, inkunu motivati u jkollna fiduċja fina nfusna. Fiżikament ikollna sistema diġestiva bbilanċjata. Meta l-manipura ma tkunx ibbilanċjata, x’aktarx ikollna nuqqas ta’ fiduċja fina nfusna, mhux tant motivati, diffiċli sabiex naslu għal deċiżjoni kif ukoll ikollna problemi ta’ diġestjoni. 29 31
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Anahata chakra ir-raba’ chakra
Bis-Sanskritt anahata tfisser il-qalb. Tinsab fiċċentru, bejn it-tlieta t’isfel (tendenzi simili għal dawk tal-annimali) u t-tlieta ta’ fuq (tendenzi nobbli u divini). Iċ-chakra tal-qalb tgħaqqad it-tliet chakra t’isfel mat-tliet chakra ta’ fuq. Din iċ-chakra tunifika, twaħħadna ma’ kulħadd, mal-ħolqien u mal-kożmos. Anahata chakra, relatata mal-qalb, malpulmuni u mas-sider. L-element tal-anahata chakra hu l-prana vayu u vyana vayu. L-enerġija prana li tiċċirkola madwar is-sider kollu tiġi stimulata bilyogasanas bħall-ustrasana, urdhva mukha svanasana, filwaqt li tipprattika l-pranayama relatata mas-sider. Meta tkun fi stat ibbilanċjat, il-persuna tkun ħanina, tħobb, qalbha miftuħa, taħfer u taċċetta lil kulħadd. Meta tkun fi stat xejn tajjeb, il-persuna tħoss rabja, biża’, għira, mibegħda u mingħajr xejn empatija jew emozzjoni. Jiżviluppa mard relatat mal-qalb bħallpressjoni għolja u oħrajn. Meta anahata tkun magħluqa, wieħed iżomm spallejh magħluqin ’il quddiem sabiex jirtira u jipproteġi l-qalb. Jeħtieġ li nħobbu lilna nfusna, nirrispettaw u nħobbu. Insibu frażijiet interessanti bil-Malti li jitkellmu fuq il-qalb, ngħidu ‘bla qalb’, ‘qalbu talġebel’, ‘qalbu ħażina’, kif ukoll ‘qalbu ħanina’, ‘qalbu tajba’, ‘fejn tmur il-qalb jimxu r-riġlejn’ u oħrajn. Ilqalb hi spazju fejn min iħobb jiltaqa’ mal-maħbub/a. © 2021 C.J. Muscat
30 32
Ekam EkamSat Sat
Vishuddha chakra il-ħames chakra
Tressaqna lil hinn minn dak li hu fiżiku. Tressaqna aktar ’il fuq lejn dak li hu pur u brillanti. Relatata mal-gerżuma, l-għonq, il-ħalq, l-ilsien. Meta vishuddha tkun miftuħa, faċli nesprimu lilna nfusna, nitkellmu l-verità bla biża’ kif ukoll nisimgħu lilloħrajn. Din iċ-chakra tiddependi fuq kemm nikkultivaw l-enerġija taċ-chakra li semmejna qabel. Meta ma tkunx ibbilanċjata, x’aktarx nibqgħu lura milli nitkellmu, nitilfu l-vuċi u nirtiraw aktar lejn iċchakra t’isfel.
Ajna chakra is-sitt chakra
Tinsab bejn iż-żewġ għajnejn. Meqjusa filYoga bħala l-għajn li tmur lil hinn mill-għarfien avidya. Ċentru ta’ enerġija li jgħinna nivviżwalizzaw u nużaw l-intuwizzjoni lil hinn mill-fiżiku. Meta nsibu lispazju ta’ din iċ-chakra nkunu aktar riċettivi. Tkun magħluqa meta ninjoraw il-fakultà intuwittiva. Meta lintuwizzjoni tkun traskurata, il-manas ma jkunx ċar, inħossuna konfużi, lanqas ma nafdaw l-intuwizzjoni tagħna stess.
31 33
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Sahasrara chakra is-seba’ chakra
Tinsab viċin il-qurriegħa tar-ras. Tkellimna kif il-Yoga tagħraf li kollox relatat, interdipendenti, nisġa waħda ta’ diversità. Hekk ukoll il-bniedem, interrelatat mal-ħolqien u mal-kożmos. Sahasrara tkun miftuħa meta nħossu li qegħdin interkonnessi mal-konoxxenza universali. Meta din iċ-chakra tkun fgata, inkunu inqas jew xejn konxji mid-dimensjoni spiritwali. Sahasrara tinfetaħ meta ċ-chakra ta’ taħt ikunu kollha bbilanċjati. Tinfetaħ bil-prattika regolari ta’ antarmauna, mantrayoga, sadhana, paċenzja u persistenza. Waqt mumenti ta’ sadhana nduqu ftit mumenti ta’ kuntentizza straordinarja li xejn mhu faċli niddeskrivu. Inħossu affinità mal-konoxxenza waħdanija. Is-sistema taċ-chakra tikkonsisti minn seba’ chakra prinċipali li jinfirxu mal-ġisem eteriku li jiddi, f’nisġa ta’ enerġiji vibranti, imsejħa nadi. Aktar ma niffukaw, aktar ma nkunu sensittivi għal din is-sistema tant sottili tan-nadi, aktar nidentifikaw liema chakra għandna bżonn nikkultivaw sabiex inkunu bbilanċjati u nseddqu l-funzjoni tal-ġisem fiżiku wkoll.
© 2021 C.J. Muscat
32 34
Ekam EkamSat Sat
Astanga Yoga Kif tkellimna fil-paġni ta’ qabel, Astanga Yoga hi prattika mifruxa fuq tmien dixxiplini – astanga – tmien idejn. Dawn it-tmien dixxiplini huma: yama, niyama, yogasana, pranayama, pratyahara, dharana, dhyana u samadhi. Importanti li wieħed jipprattika regolarment l-ewwel erba’ dixxiplini esterni qabel ikun possibbli jasal għall-aħħar erba’ dixxiplini interni: pratyahara, dharana, dhyana, samadhi. It-tmien dixxiplini flimkien jistabbilixxu bilanċ bejn il-fiżiku u l-manas. Għandhom iwasslu wkoll għal esperjenza ta’ unità fejn wieħed ikun aktar stabbli, kuntent u f’armonija interna u esterna.
Yama
Prattika t’astinenza li wieħed jeħtieġ isegwi. 1. Ahimsa: 2. Satya: 3. Asteya:
tastjeni li tweġġa’ jew toqtol. tastjeni li tgħid nofs verità.
tastjeni li tixtieq dak li mhux tiegħek. 4. Brahmacharya: tastjeni li taħli l-ħajja, tippreserva l-oja, l-enerġiji naturali, li tirċievi kif titwieled. 5. Aparigraha: tastjeni li ma takkumulax aktar milli għandek bżonn. 33 35
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Niyama
Prattika t’osservanzi li wieħed jeħtieġ isegwi. 1. Saucha: 2. Santosha: 3. Tapasya:
Indafa tal-ġisem, fil-ħsieb u fil-qalb. Kuntentizza ġewwa fik.
Awsterità mingħajr ma tikkaġuna ħsara lilek innifsek. 4. Swadhyaya: Agħraf min int tassew billi tirrifletti, tistaqsi, timmedita u tesperjenza. 5. Ishwarapranidhana: Ftakar biss f’Dak li Hu, Om Tat Sat.
Yogasana Asana tfisser li wieħed ikun mistrieħ f’pożizzjoni dinamika. Tkun tant komdu u flessibbli li tista’ ddum kemm trid bla ma tegħja jew tħossok anzjuż. It-terminu asana ma jfissirx eżerċizzju, ċaqliq veloċi tal-muskoli b’tensjoni li tispiċċa aktar għajjien u bla nifs. It-terminu yogasana jfisser li meta wieħed ikun qiegħed f’dik l-asana jħossu mistrieħ, kalm u f’unità. Jikkomunika ma’ kull organu tal-ġisem, jikkultiva u jistimula prana ma’ kull sistema tal-ġisem. Iħoss unità kemm fiżikament kif ukoll mentalment.
© 2021 C.J. Muscat
34 36
Ekam EkamSat Sat
Hemm numru konsiderevoli t’asana li jimitaw pożizzjoni jew xebh t’oġġetti li nsibu fin-natura bħal siġra, ħabel, qattus, fenek, fjura tal-lotus, dgħajsa, rota, xemx, iljun, kobra u bosta oħrajn. Kollha għandhom ismijiet Sanskritt. Insibu asana fejn wieħed ikun fuq sieq waħda, rasu baxxuta, idejh flimkien, bilqiegħda mal-art, mimdud wiċċu ’l fuq, jew mimdud wiċċu ’l isfel, saqajn imsallbin, dahru mdawwar lura, saqajh ittnejn ’il fuq, rasu mal-art. Dawn kollha għandhom benefiċċji speċifiċi sabiex jistimulaw, jirregolaw u jibbilanċjaw l-enerġija tal-ħajja prana f’diversi organi u sistemi tal-ġisem bħal metaboliżmu, inaddfu limpuritajiet tossiċi, ċirkulazzjoni, nervituri, jilħqu kull rokna tal-ġisem. Il-benefiċċji tal-yogasana huma bosta: flessibbiltà, nifs aħjar, ċirkulazzjoni tad-demm nadifa, viżjoni tal-għajnejn, aktar ċarezza mentali, osservazzjoni tal-ħsibijiet kif ukoll esplorazzjoni talispazju intern, paċi u kuntentizza. Jeħtieġ li tikkombina l-prattika ta’ pranayam, asana, yama u niyam flimkien regolarment. Jeħtieġ li tintegrahom fil-ħajja ta’ kuljum. Il-yogasana jgħinuk tgħin lilek innifsek aktar milli tistenna minn ħaddieħor li jagħmel xi ħaġa għalik. Tkun verament ħieles internament bla ma tiddependi fuq ħniena minn barra taħt xi forma jew oħra. Ilyogasana jgħinuk iżżomm fi stat ta’ saħħa aktar milli huma intenzjonati li jfejqu. Jintużaw is-sistemi talġisem u ċirkulazzjoni ta’ prana aktar milli tiddependi fuq mezzi intrużivi u artifiċjali, minn barra. Aktar ma tipprattika regolarmnet tiskopri dimensjonijiet aktar sottili tal-yogasana li jgħinuk tkun f’unità mal-ħolqien u mal-kożmos. 35 37
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Pranayama
Id-dixxiplina tal-yogasana tipprepara u ssaħħaħ issistema nervuża u l-organi interni, bi preparazzjoni għad-dixxiplina rigoruża tal-pranayama. Dixxiplina fejn wieħed jitgħallem kif jiċċirkula l-enerġija prana, l-enerġija universali, matul il-kurrenti nadi mferrxa f’kull parti tal-ġisem. L-enerġija prana tiddistingwi ġisem ħaj minn ġisem bla ħajja. Sabiex nissimplifikaw it-terminu prana ngħidu arja, iżda tajjeb nifhmu li lprana mhix l-arja/ossiġnu, jew sustanza artifiċjali, iżda tinsab f’kull forma ta’ ħajja. Mingħajr il-prana l-ġisem ma jkunx attivat, ikun ġisem uman mejjet. Il-pranayama hi prattika li nkunu konxji tan-nifs u nidderieġu l-prana skont fejn jeħtieġ. Il-pranayama tgħin sabiex il-yogasana jkunu verament effettivi. Jeħtieġ li wieħed jitgħallem jagħti kas tannifs, isegwi n-nifs, jikkultiva n-nifs, itejjeb in-nifs, jiċċirkula n-nifs, jivviżwalizza n-nifs. Ikun f’unità man-nifs universali, japprezza l-glorja tan-nifs li jwaħħad il-ħolqien flimkien. Bil-prattika regolari talpranayama jipprepara l-manas sabiex ikun aktar sensittiv, ċar u miftuħ għal esperjenzi sublimi aktar milli transitorji. Insibu erba’ stadji tal-pranayama: 1. Puraka tieħu n-nifs 2. Abhyanatara kumbhaka iżżomm in-nifs ’il ġewwa 3. Rechaka tneħħi n-nifs 4. Bahya kumbhaka iżżomm in-nifs ’il barra © 2021 C.J. Muscat
36 38
Ekam EkamSat Sat
Insibu diversi proporzjonijiet ta’ dawn l-erba’ stadji li jintużaw sabiex iseddqu s-sistemi kemm tal-ġisem kif ukoll tal-manas. Bil-prattika, wieħed isir sensittiv tal-enerġija tiegħu stess kif ukoll jinduna bl-enerġija ta’ min ikun fil-viċin jew fil-bogħod minnu. Niftakru li flunivers kollox relatat, xejn mhu iżolat jew insulat. Niftakru li t-tieni element tal-mahabhuta hu vayu. Larja hi t-tieni element tal-mahabhuta. Bil-prattika talpranayama sadhana nkunu konxji mill-pranavayu permezz tal-arja. Fil-Purana, it-tieni element vayu ġie mfisser bħala Deva Vayu u nsibu diversi leġġendi sabiex jispjegaw dan il-fenomenu naturali tant potenti. Il-Yoga tispjega l-vayu skont il-funzjonijiet li jeħtieġ iwettaq fil-ġisem: 1. Prana Vayu: l-enerġija pranika li tiċċirkula fiżżona tar-ras li tirċievi l-arja, l-ikel, kif ukoll informazzjoni mis-sensi u l-ħsibijiet. 2. Apana Vayu: l-enerġija pranika li tiċċirkula fiżżona ta’ taħt il-qadd sabiex ittejjeb id-diġestjoni, ilfunzjoni tal-imsaren u tal-organi riproduttivi. 3. Vyana Vayu: tiċċirkula fiż-żona tal-qalb, pulmuni, kif ukoll tgħin lill-vayu oħrajn. 4. Udana Vayu: tiċċirkula fiż-żona tal-gerżuma. 5. Samana Vayu: tiċċirkula madwar iż-żaqq, iż-żokra bħala ċ-ċentru, relatata mad-diġestjoni tal-ikel u diġestjoni tal-ħsibijiet. Kif titlaq il-prana, il-ġisem jispiċċa ġisem uman bla ħajja, bla użu, jitwarrab. Mingħajr il-prana l-ħsibijiet jieqfu. Il-prattika tal-pranayama ssaħħaħ il-ġisem fiżiku u dak mentali, issaħħaħ il-ħajja. 37 39
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Pratyahara Meta s-sensi jiġu eċitati, tintilef ħafna enerġija li tant hi meħtieġa għall-meditazzjoni kif ukoll fil-ħajja ta’ kuljum. Is-sensi kontinwament jiġu stimulati u jfittxu dak li jeċitahom fid-dinja esterna. Jasal mument li jiġu eżawriti tant li jkun meħtieġ l-irqad. Iżda lmanas jibqa’ attiv, iberren bil-ħsibijiet, bl-inkwiet, bixxewqat. Dan iwassal li l-manas ikun stimulat tant li jkompli għaddej anke meta tkun rieqed u għalhekk tqum għajjien u muġugħ. Ikollok telf kontinwu ta’ enerġija li tiġi espressa f’għeja fiżika, kif ukoll f’għeja psikika. Tajjeb għalhekk li wieħed jipprattika lpratyahara sabiex is-sensi jinġabru fis-skiet, jirtiraw, jistrieħu u jerġgħu jiġġeneraw l-enerġija interna, li tkun tista’ tissarraf f’attività esterna meta jasal il-bżonn. Ilpratyahara turina kif nidderieġu l-konċentrazzjoni u lenerġija tal-ġisem ’il ġewwa u mhux tintilef ’il barra f’attività li apparentement tidher eċitanti iżda b’konsegwenzi xejn tajba. Din il-prattika l-inqas li tiġi mogħtija importanza. Tinsab fil-ħames post u għalhekk ferm ċentrali. Tajjeb wieħed josserva li l-ewwel erbgħa, yama, niyama, asana, pranayama huma kollha prattiki esterni. It-tlieta li jmiss ta’ wara huma prattiki interni, dharana, dhyana u samadhi. Il-prattika tal-pratyahara tgħinna kif mill-prattika esterna nimxu għall-prattika interna fl-ispazju tiegħek ta’ ġewwa. Mhux faċli li miċċaqliq u movimenti ta’ ritwali, kant, ċapċip u talb tasal għall-prattika interna fil-kamra tiegħek ta’ ġewwa. © 2021 C.J. Muscat
38 40
Ekam EkamSat Sat
In-nifs u s-sensi huma l-ħolqa bejn il-ġisem u lmanas. Aktar ’il quddiem nitkellmu fuq manas sabiex nifhmu aħjar xi tfisser fit-terminoloġija tal-Veda. Sabiex kemm il-ġisem u l-manas ikunu kkwitati jeħtieġ li jiġu prattikati kemm il-pranayama kif ukoll il-pratyahara. Bil-prattika tal-pranayama nkunu aktar konxji mill-prana, l-enerġija vitali u attiva ta’ ġewwa l-ġisem. Bil-prattika tal-pratyahara nikkwitaw is-sensi kif ukoll il-manas, milli jiġġerrew ’il barra. Dawn ittnejn abbinati huma ferm importanti sabiex wieħed jipprattika l-Jnana Sadhana (meditazzjoni). Qegħdin naraw kif il-Yoga toffri diversi dixxiplini sabiex wieħed itejjeb lilu nnifsu fuq kull livell. It-terminu pratyahara hu kompost minn prati u minn ahara. Itterminu ahara jfisser ikel, dak kollu li jidħol ġewwa fina minn barra. Il-Veda tqis bħala ikel dak kollu li jidħol fil-ġisem u fil-manas. It-terminu prati jfisser lil hinn, titbiegħed. It-terminu Vedantiku bis-Sanskritt pratyahara jfisser ‘tirtira minn kull attività esterna’. It-tagħlim talVeda jxebbah il-pratyahara ma’ kif tagħmel fekruna: tirtira s-saqajn, dirgħajha u rasha ’l ġewwa ġo qoxritha. Bil-prattika tal-pratyahara wieħed jirtira s-sensi u lmoħħ ’il ġewwa. Jidħol ġo qoxortu, ġol-kamra ta’ ġewwa. Il-Veda tispjega erba’ prattiki ta’ pratyahara: Indirya pratyahara, Prana pratyahara, Karma pratyahara, Mano pratyahara. L-ikel li naċċettaw minn barra jieħu forma ta’ impressjonijiet: messaġġi vjolenti, attività xejn kreattiva, messaġġi qarrieqa, ikel mhux naturali, ikel mejjet, arja mniġġsa, ħsejjes negattivi, ħasil tal-moħħ, dawn kollha jitqiesu bħala ikel tossiku. Nitkellmu aktar dwar il-vritti fil-paġni li jmiss. 39 41
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Min jixtieq l-aħjar f’ħajtu tajjeb li jkompli jitgħallem aktar u jipprattika dawn l-erba’ aspetti talpratyahara. Hemm ħafna aktar x’jintqal u jeħtieġ li wieħed jiddedika aktar ħin għall-prattika ta’ kull waħda mill-erba’ pratyahara indikati hawn fuq. Faċli tittama u titlob sabiex jingħata lilek kulma tixtieq, tistenna mirakli meta fl-istess waqt tixxennaq u tikkonsma tant ‘ikel’ tossiku. Jeħtieġ li ssegwi dixxiplina, tgħin lilek innifsek b’attività tajba, sabiex ikollok konsegwenzi tajba.
Vicharana
Bid-dixxiplina vichara, wieħed jibda jfittex ilverità. Jibda jagħraf dak li hu sat u dak li hu asat. Jibda jagħraf dak li apparentement jidher veru, iżda mhux veru. Vichara, issegwi tliet proċessi: ~ Sravana ~ Manana ~ Nididhyasana Sravana – Tisma’ Il-bniedem imżejjen bil-fakultajiet esterni li jisma’, jara u jħoss sabiex jifhem u jirċievi l-kelma. Proprju jissejħu l-jnanendriya, l-istrumenti li jakkwistaw l-għarfien. Sa minn qabel il-kitba, il-kitbiet tal-Veda kienu jiġu mgħoddija permezz tal-kelma, mill-fomm għall-widna. Dan l-ewwel proċess isir billi wieħed jisma’ jew jaqra u jifhem lil min ikun qed jgħaddilu l-kelma Upanishad. Il-proċess li tisma’ lkelma jissejjaħ sravana.
© 2021 C.J. Muscat
40 42
Ekam EkamSat Sat
Manana – Tirrifletti Il-bniedem imżejjen bil-fakultà interna talkarmendriya l-istrument intern li jixtarr, jomgħod, jgħarbel il-kelma li jkun sema’. Jeħtieġ li waħdu filkwiet, jirrifletti b’moħħu. Importanti ferm li wieħed jitgħallem dan il-proċess ta’ djalogu intern, taħseb bejnek u bejn qalbek jew kif ingħidu tħaddem rasek, taħseb b’rasek, tiftaħ moħħok. Manas hi l-fakultà interna, fejn jiġu proċessati l-ħsejjes forma ta’ kliem minn barra. Strument interjuri li bit-terminu Vedantiku jitqies bħala manas. Tajjeb li nsibu l-ekwivalenti billingwa Maltija (bl-Ingliż mind). Permezz ta’ din ilfakultà jiġu ċċarati d-dubji. L-istrument manas jaġixxi bejn l-istrumenti esterni jnanendriya u buddhi lintellett. Jeħtieġ ħafna żmien ta’ prattika fil-kwiet sabiex wieħed jibda jkollu aktar għarfien tar-Realtà Unittiva. Dan il-proċess li tirrifletti waħdek fuq ilkelma jissejjaħ manana. Nididhyasana – Tagħraf bla kliem Wara riflessjoni jeħtieġ mumenti ta’ skiet intern. Il-ħsibijiet ta’ waqt ir-riflessjoni jeħtieġ jisktu, u jkun hemm esperjenza ta’ silenzju intern - antar mauna. Silenzju mimli bl-għarfien. Silenzju ta’ mistrieħ. Silenzju sabiex jiċċara ċ-ċpar kollu tal-ħajja u jasal mument li jseħħ l-Għarfien tar-Realtà Unittiva. Din l-esperjenza tissejjaħ Nididhyasana. Il-kulminu tal-vicharana għad irid jintlaħaq.
41 43
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Saksatkara dan iseħħ biss meta l-perċezzjoni tas-sensi u l-konoxxenza interna jitħaddnu flimkien. Meta ma jkunx hemm aktar dubju, kunflitti, argumenti, spekulazzjoni, thewdin. Din esperjenza mistika, ferm diffiċli tiddeskriviha bil-kliem jew bil-kitba. L-aħjar bis-silenzju. Il-jivatman bħal taqtira ilma li tinħall floċean. Il-jivatman jintreħa fil-paramatman.
Dwaita u Adwaita - Duwalità u Unità -
Il-Veda tfakkarna li l-ħajja hi adwaita, unità waħda. Silta meħuda miċ-Chandogya Upanishad tgħidilna Ekam evadvitiyam brahma. Brahman Wieħed, m’hemmx it-tieni. Tfakkarna li l-perċezzjoni tal-jien hi dvaita, duwalista, għalhekk il-bniedem jara l-multipliċità fil-ħajja, namarupa. Tispikka limpressjoni tad-differenzi, il-verità tintilef taħt l-għata tad-duwalità. Naraw namarupa, l-advaita tal-forom u ismijiet. Naraw inqas jew xejn, l-unità tal-ħajja ladvaita. Il-Veda tgħidilna li dan hu stat ta’ avidya, għarfien nieqes mill-verità, jinjora l-verità (injoranza), asat realtà mċajpra. Sabiex nippruvaw nifhmu aħjar, meta jkun imsaħħab ngħidu li x-xemx m’għadhiex tidher. Meta jasal il-lejl ix-xemx tintesa, kollox jinħeba, jitgħatta bid-dlam.
© 2021 C.J. Muscat
42 44
Ekam EkamSat Sat
Il-verità li x-xemx għadha teżisti, tintesa mallejl. Xi frażijiet li huma bbażati fuq perċezzjoni duwalista (eż. sagrifiċċju) huma estrani għall-Veda. Iljien tal-bniedem jitkellem bi frażijiet duwalisti, frażijiet li jesprimu dvaita duwalità. Bil-perċezzjoni duwalista dvaita, tipproġetta diversi taqsimiet u klassijiet soċjali kif juruna ż-żminijiet. Normalment hekk jaraha r-realtà l-bniedem, jara l-pari opposti, jara aberrazzjoni tar-realtà mhux ir-realtà sħiħa kif inhi.
Din hi dwaita. Duwalità.
Il-Veda tirrispetta l-individwalità tal-jien partikolari, kif ukoll l-unità tal-bnedmin bħala familja waħda, unità universali. Il-Veda ssostni li l-Verità hi waħda. Il-Verità tgħaqqadna bħala familja waħda. Tfakkarna li l-bniedem jeħtieġ isegwi r-regoli ta’ prakriti, tal-ħajja. Fil-ħolqien hemm id-diversità iżda lunità tinsab fid-diversità wkoll. Kollox relatat, interdipendenti, nisġa unita ta’ diversità. Kull dixxiplina li nsibu fil-Yoga tirrispetta l-unità tależistenza, l-unità ta’ purusha/prakriti, l-unità talħolqien, tal-universali. Mhux faċli li wieħed jifhem kif jaħdmu r-regoli universali tan-natura. Kull xewqa espressa ta’ kull bniedem tħalli marka, impressjoni mentali. Limpressjonijiet mentali ma jinqerdux, iżda jeħtieġ li jitwettqu. Jiżdiedu matul iż-żminijiet u jakkumulaw. Jinħażnu fil-memorja, jissejħu vritti. Meta tinżera’ xewqa bil-ħsibijiet dawn jiġu mmarkati fil-memorja. Bħal żerriegħa jinbtu reazzjonijiet differenti matul diversi żminijiet. 43 45
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Wieħed jista’ jifhem u jikkontrolla l-vritti fuq livell mentali (inviżibbli) kif ukoll fuq livell fiżiku (viżibbli). Din id-dinamika sseħħ f’kull persuna bla distinzjoni ta’ razza, kultura u twemmin. Ir-Rishi jisħqu fuq l-unità tal-eżistenza, l-unità tar-realtà multidimensjonali, viżjoni wiesgħa u sħiħa. L-unità tal-eżistenza hi l-għanja tal-ħajja, ir-rikkezzi ta’ varjetà, ta’ namarupa, bnedmin, foresti, ħlejqiet, pjaneti li jżejnu l-kożmos. Kull mhu possibbli naraw u nisimgħu hu turija tal-unità eterna ta’ Brahman, wieħed, m’hemmx it-tieni. Sabiex nagħraf u napprezza ftit il-meravilja tal-kożmos il-kbir, tajjeb li nifhmu fuq skala iżgħar, il-meravilja tal-kożmos iż-żgħir. L-akash universali hu l-istess akash partikolari. L-ispazju universali hu l-istess spazju li jinsab ġo tazza ċkejkna. Il-jivatman (ruħ) li jinsab ġol-bniedem hu l-istess Brahman. Il-Katha Upanishad jgħidulna li hekk kif nar wieħed jieħu forom differenti skont f’liema materjal jidħol, ukoll Brahman jieħu suriet differenti għalkemm hu wieħed. Brahman tant hu sempliċi fil-kobor, li jinsab fil-ħolqien, fil-bniedem, iżda l-bniedem ma jagħrfux. Faċli titkellem dwar l-unità tal-eżistenza, iżda mhux tant faċli li tgħixha fil-prattika. Faċli li tirrispetta lil min hu viċin tiegħek, lil min għandek x’takkwista minnu. Forsi wkoll tirrispetta s-siġar, ilpjanti, il-baħar, il-ħolqien. Mhux tant faċli li tirrispetta lil min qed ifixkel, insetti li tistmerr, ħlejqiet moqżieża, xejn ta’ użu għalina. Aktar u aktar lil min ixerred biss ħsara u taħwid. Il-Veda ssostni li dawn ukoll varjetajiet differenti li jinsabu fl-istess eżistenza waħda.
© 2021 C.J. Muscat
44 46
Ekam EkamSat Sat
L-atman li hemm fija u l-atman li hemm fik, sew jekk il-jien tiegħi u l-jien tiegħek jidhru differenti, iżda l-essenza hi waħda. Hekk tfisser it-tislima simbolika namaste. Isha Upanishad ifakkruna li min jara lilu nnifsu fl-oħrajn u f’kollox, u kollox fih innifsu, żgur li jħobb lill-oħrajn bħalu nnifsu. Ifakkruna li min jara l-unità f’kollox, m’hemmx għalfejn jitnikket jew ikun imqarraq. Il-perċezzjoni duwalistika tagħti lok għal viżjoni distorta, imfarrka, diviżjoni, separazzjoni. Jinbet in-niket, il-biża’, suspetti meta bis-suppervja ninġibdu fil-jien, ’il barra mill-unità kożmika li tħaddanna. Brihadaranyaka Upanishad jgħidulna li hemm biża’ meta jkun hemm it-tieni. Is-sens ta’ perċezzjoni dvaita tnissel fina sens ta’ separazzjoni, illużjoni mċajpra u tfixkilna milli naraw l-unità tal-ħajja. Vivekananda jgħidilna li meta l-jien ikun f’unjoni malħajja, mal-eżistenza, mal-univers, tassew jesperjenza ferħ bla qies. Meta l-jien iħoss separazzjoni, jesperjenza dulur u niket bla qies. Fost it-tagħlim talVeda Dharma nsibu l-prattika tal-Yoga Sadhana. Lgħodda li tikkoreġi l-viżjoni mċajpra tar-realtà. Tajjeb li min jixtieq l-aħjar f’ħajtu, jiddedika ħin għallprattika tal-Yoga. Donnu li ftit huma li jsegwu xi dixxiplina fil-ħajja li twassal għal Unità. Il-Yoga hi dixxiplina unittiva li twaħħad, mhux eżerċizzju fiżiku, twemmin, passatemp jew eżerċizzju akkademiku/intellettwali. Il-Yoga hi dixxiplina ta’ benefiċċju għal kulħadd, ta’ kull età. Kull min iħaddan xi reliġjon jew oħra għandu x’jibbenefika mill-Yoga. M’hemmx barrieri ta’ razza jew status jew klassi u kultura. Il-Yoga tfisser unità fil-pluralità. 45 47
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Tfisser armonija interna bejn il-ġisem, il-ħsieb u l-konoxxenza. Tfisser armonija bejn il-bnedmin, isseddaq unità fost l-umanità. Tajjeb li wieħed jakkwista ftit għarfien dwar il-Yoga sabiex jiskopri lbenefiċċji kemm tal-ġisem kif ukoll dawk mentali li lYoga toffri f’ħajjitna u fir-relazzjoni ma’ xulxin. IlYoga tista’ tiġi applikata għal diversi dixxiplini bħala użu prattiku sabiex ittaffi l-uġigħ kif ukoll sabiex ittaffi l-ansjetà. Tiġi applikata sabiex wieħed jesplora ċchakra, għejun inviżibbli li jiċċirkulaw kurrenti ta’ enerġija prana, madwar il-ġisem kollu. Wieħed jitgħallem jibbilanċja u jikkultiva l-enerġija prana għall-benefiċċju mentali kif ukoll tal-ġisem. Insibu għanja meħuda mis-Satapatha Brahmana fejn tiddeskrivi l-benefiċċji meta wieħed jistudja lVeda. Tgħidilna li t-tagħlim tal-Veda hu ferm ta’ fejda. Min isegwi t-tagħlim tal-Veda, jisseddaq bil-ferħ meta jinġabar fil-kwiet. Min ma jibqax fil-jasar tas-sensi jaf li jkollu kulma jeħtieġ, ikun mistrieħ u kuntent. Tassew ifejjaq lilu nnifsu, jagħmel it-tajjeb lil kulħadd. Il-Yoga tirrispetta l-unità tal-eżistenza, tal-ħolqien, talumanità, tal-kożmos. Il-Ħajja ta’ kull ħlejqa għandha tkun rispettata bid-dinjità u bil-kompassjoni. Din hi Yoga Adwaita.
Il-Yoga tal-Unità.
© 2021 C.J. Muscat
46 48
Ekam EkamSat Sat
Vritti, vasana, karma, samsara Il-Veda titkellem dwar il-vritti. Kull azzjoni li titwettaq il-manas fuq livell fiżiku tiġi mqanqla millvritti li bħal żerriegħa għandhom il-potenzjal li jiġu espressi f’azzjoni. Il-manas taġixxi skont il-ħażna talvritti. Kull azzjoni viżibbli hi effett tal-vritti maħżuna, li huma l-kawża inviżibbli. Il-proċess tal-vritti tant hu sottili li ma jistax jitkejjel. Għalkemm il-vritti jiġu rreġistrati fiċ-chitta, dawn jintesew mill-konxju iżda qatt ma jispiċċaw. Jistgħu jiġu magħrufa konxjament u jistgħu jitfaċċaw fil-mumenti ta’ sadhana. Il-Yoga xxebbah il-vritti ma’ mewġ trankwill fiċ-chitta, iżda meta jasal il-waqt, jitfaċċaw mill-ħażna u jirvillaw f’mewġ qalil u anke perikoluż. Ebda xewqa ma tintilef, tant li meta tiżra’ xewqa, taħsad azzjoni, meta tiżra’ azzjoni, taħsad drawwa, meta tiżra’ drawwa, taħsad futur. Il-Yoga tirrikonoxxi li kull maħluq jitwieled b’diversi vritti sabiex ikun jista’ jfendi fl-ewwel ġranet u snin ta’ ħajtu. Il-vritti jsawru l-attività mentali tal-bniedem, ilkulur mentali tal-bniedem. ’Il quddiem nitkellmu ftit dwar: triguna, dharma, purushartha. Il-Yoga tirrikonoxxi li kull individwu għandu maħżun fiċ-chitta mijiet ta’ vritti. Il-ġisem hu magħmul skont il-vritti maħżuna fil-manas. Uħud millvritti huma ħarxa u neċessarji għall-preservazzjoni talħajja bħal qilla, biża’, rabja, aggressjoni. Filwaqt li dawk l-aktar sottili jiggwidaw u jistimulaw lill-manas lejn attività aktar imdawla. 47 49
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-mewġ imċaqlaq tal-ħsibijiet jinbidel, jonqos, jinġabar, jiċċara, meta jiskot tant, jiġu riflessi l-paċi u d-dawl tal-Verità. Jekk dan ma jseħħx, il-verità qatt ma tiġi esperjenzata. Li tipprova tifhem il-manas talbniedem mhux tant faċli, jekk mhux impossibbli. Ikun hawn diversi li jippruvaw jagħmlu dan, mhux biex jiżviluppaw xi doni speċjali, iżda sempliċement sabiex jagħrfu aħjar in-natura tas-sensi. B’hekk ma jkunux ilsiera tas-sensi. Jagħrfu l-iskop tal-ħajja, u l-ħajja tkun aħjar. It-terminu samsara bis-Sanskritt joħroġ millgħerq sri li tista’ tfisser: tnibbet, taħrab, titlaq. Meta tiġi marbuta mal-prefiss sam joħroġ it-terminu samsri li jfisser titferrex, tgħaddi minn fażi għal oħra. It-terminu samsara jfisser fenomenu ċikliku, li jirrepeti sakemm jiġi espress. Kull persuna twettaq azzjoni bħala l-aġent, lahamkara, il-jien li wettaq dak l-għemil: “Din għamiltha jien.” Kull azzjoni jkollha reazzjoni. Dan hu fatt ta’ prakriti, tan-natura, osservat ukoll mill-fiżika, li kull azzjoni li sseħħ ser ikollha xi forma ta’ effett. Riżultat li jeħtieġ iseħħ xi darba jew oħra. Illum ixxjenza tal-bijoloġija qed titkellem fuq il-kodiċi tadDNA. Tajjeb niftakru li kulma jeżisti, jista’ jinbidel iżda ma jistax jiġi meqrud. Dan il-fenomenu ċikliku li kull azzjoni għandha reazzjoni, għandha konsegwenzi, jissejjaħ karma bis-Sanskritt. Kull azzjoni tiġi segwita b’xi forma ta’ riżultat, karma (kon-segwenza). Hekk kif il-bniedem jarmi l-ħwejjeġ qodma u jilbes ħwejjeġ ġodda, il-jiva tal-bniedem jarmi l-ġisem qadim u jilbes ieħor ġdid. Bhagavad Gita 2.22 © 2021 C.J. Muscat
48 50
Ekam EkamSat Sat
Sakemm persuna tibqa’ tagħraf il-jien bħala aġent t’għemilha, tibqa’ takkumula l-karma, l-effetti li jeħtieġ isegwu u jiġu espressi xi darba jew oħra bħala konsegwenzi. Il-jien tajjeb li jsegwi dixxiplina sabiex jikkultiva ħiliet utli u meħtieġa biex jiggosta l-ħajja. Skont l-għemil li jwettaq ikun il-jien, skont il-jien ikun l-għemil. Ngħidu li hu twajjeb jew li hu t’azzjonitu ħażina. Nagħmlu użu minn tixbihat u ngħidu dak anġlu jew dak xitan. Skont il-vasanas tal-vritti, skont ittendenzi tal-vritti jkun l-għemil li jitwettaq mill-jien. Il-jien hu espressjoni tal-vritti maħżunin fiċ-chitta. Iljien jista’ jkun ahamkara jew ahambrahmasi. L-aktar li jiddomina fil-bniedem hu l-egoiżmu ahamkara, iljien falz, espressjoni ta’ suppervja, narċisiżmu. Kull mibdi mitmum? Sakemm kull azzjoni mibdija mill-jien ma tinħelisx, ma tiġix konkluża, jibqgħu jakkumulaw l-effetti samskara. L-effetti talvritti jistgħu jieħdu diversi xeħtiet: pjaċiri, niket, sofferenzi, dak li jogħġbok u dak li tistmerr. Kull persuna hu l-aġent ta’ għemilu. Yatha icchasi tatha kuru. Wettaq kulma tixtieq. Kull azzjoni mwettqa, responsabbiltà ta’ dak jew dik il-persuna. Kull persuna għalxejn tipprova teħles mill-konsegwenzi t’għemilha. Agħmel it-tajjeb u insieh. Agħmel il-ħażin u ftakar fih. Kulma jseħħ minn persuna fil-ħajja, hu konsegwenza tal-istess persuna. 49 51
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Yogananada jgħidilna li meta l-aġir ma jsegwix id-dharma, tkun inti stess li tiġġudika lilek innifsek, u inti stess li tħallas ta’ għemilek. Ippruvajna nifhmu d-dinamika tal-kelmiet vritti, vasana, samsara u karma, li x’aktarx għadhom nieqsa mill-konoxxenza ta’ diversi kulturi. Mhux tant faċli tifhimhom u lanqas tant faċli li tispjega dwarhom. Għalhekk jeħtieġ li wieħed jieqaf ftit, jirrifletti, jinvestiga u josserva hu stess il-metodi tant fini u sottili kif taħdem prakriti fin-natura. Meta dan l-għarfien ikun nieqes mill-konoxxenza, il-bniedem jirrikorri għal xi twemmin popolari, jaċċetta, iħaddan u jemmen bla ma jistaqsi xejn. Christmas Humphreys jgħidilna li l-qofol talkarma hu l-bilanċ. In-natura tistinka kontinwament sabiex terġa’ tistabbilixxi bilanċ kull meta l-għemil tal-bniedem jiddisturba dan il-bilanċ. Meta l-persuna jidħol f’xi saram ta’ samsara, jagħti t-tort lil xi aġent ieħor (xitan). Bis-suppervja, iljien jinnega l-azzjonijiet xejn tajba li jkun wettaq, jinħeba u jilgħabha tal-vittma innoċenti. Ikompli jżid maċ-ċiklu ta’ samskara. Sakemm jitgħallem jaġixxi b’mod tajjeb, b’mod ġust, skont id-dharma ta’ bniedem li hu, l-istess lezzjonijiet jibqgħu jiġu f’ħoġru. Jeħtieġ jagħmel it-tajjeb u jista’ jagħmel li jrid. Agħmel kulma tixtieq yatha icchasi tatha kuru, jgħidulna lVeda.
© 2021 C.J. Muscat
50 52
Ekam EkamSat Sat
Wieħed għandu jwettaq id-doveri tiegħu sabiex ikun t’għajnuna kemm individwalment kif ukoll filkomunità, bla ebda rbit, mingħajr ma jistenna ebda merti, b’mod ġust, skont id-dharma ta’ bniedem li hu. Meta wieħed jaġixxi bl-intenzjoni sabiex jakkwista merti taħt forma jew oħra, jeħtieġ li jistenna xi konsegwenzi taħt forma jew oħra, bil-ferħ jew sofferenzi, skont l-għemil li jkun wettaq. Bosta żmien jgħaddi sabiex kulma beda hu stess, jeħtieġ li jtemm hu stess. Kull individwu hu responsabbli t’għemilu. Kull mibdi jinbidel, sakemm fiż-żmien imbiegħed jew viċin jirnexxilu jinħeles miċċiklu ta’ samsara, jinħeles mill-ħażna tal-vritti. Il-bniedem qatt ma jista’ jimmodifika r-regoli ta’ prakriti. Il-Veda titkellem fuq dimensjoni ta’ żmien ċikliku bla bidu u bla tmiem. Titkellem fuq l-Atman li hu xrara ta’ Brahman, id-Dija li hemm fil-qalb ta’ kull bniedem. L-Atman mhux suġġett għall-prakriti, bla bidu u bla tmiem. Meta nirreferu għall-bidu u t-tmiem qed nirreferu għal jagat, kulma għandu forma u isem bħalma hu l-ġisem tal-bniedem. Il-jagat, dak li hu suġġett għall-bidla, ċaqliq, moviment tal-atomi u lkożmos. Brahman satyam jagat mitya, jivo brahmaiva naparah.
51 53
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Vritti u Triguna - Il-nisġa tal-ħajja -
Il-Yoga tagħraf possibbiltajiet indefiniti tat-triguna li jikkonsistu minn diversi kombinazzjonijiet bejn satva guna, raja guna u tama guna. It-terminu guna nistgħu ngħidu li bil-Malti jfisser potenzjal, enerġija jew forza. • Satva guna - armonija, bilanċ, purità, trankwillità, dawl, intelliġenza, l-ogħla potenzjal satviku. • Raja guna - attività, moviment, ħeġġa, kreattività, invenzjoni, l-ogħla potenzjal ta’ ħajja. • Tama guna - stabbilità, dlam, distruzzjoni, l-ogħla potenzjal materjali. Il-vritti huma espressjoni ta’ kull possibbiltà ta’ dawn it-triguna. Tliet potenzi li flimkien jitqiesu misSamkhya Yoga bħala prakriti. Dak kollu li jeżisti u kulma jseħħ fil-kożmos meqjus mis-Samkhya Yoga bħala prakriti. Prakriti tfisser il-funtana ta’ kull eżistenza. Prakriti, ma tfissirx Alla. Prakriti tfisser ilpotenzjal li jsawwar l-elementi, l-enerġija, il-materja li biha magħmul kollox. Prakriti hi l-għajn pura ta’ setgħa siekta li tfawwar kull possibbiltà ta’ eżistenza, ta’ kull forma li lbniedem jista’ jagħti isem. Fi stat kwiet u trankwill tkun tant sottili u inviżibbli għas-sensi.
© 2021 C.J. Muscat
52 54
Ekam EkamSat Sat
Prakriti issir viżibbli meta tieħu diversi forom, tinsab moħbija f’kollox. Tant moħbija li tintesa għax ma tidhirx, iżda jidher biss l-effett li twettaq. Il-kożmos effett ta’ prakriti. Kull ħlejqa espressjoni ta’ prakriti. Prakriti tant hi sottili, fina, pura li tesprimi l-akaash, li hu tant importanti sabiex iżomm ġo fih kollox. Aktar ’il fuq semmejna li t-triguna huma tliet potenzi li flimkien jitqiesu mis-Samkhya Yoga bħala prakriti. Dan l-ispettaklu ta’ prakriti, bla bidu, bla tmiem, ta’ dimensjoni estensiva u espansiva bla limiti, kontinwament jiġġenera bla waqfien, jesprimi xeħtiet u forom, ilwien, ċaqliq, ħsejjes, fenomeni tant sottili li s-sensi tal-bniedem le jaraw u lanqas jisimgħu u lanqas ifissru. Dan l-ispettaklu hu l-Liila ta’ prakriti, il-Liila tal-ħajja. Il-logħba sublimi, iż-żifna suprema tależistenza universali. Il-logħba ta’ prakriti, li daqqa tidher u daqqa tinbidel u terġa’ titfaċċa taħt suriet oħra bla waqfien. Meravilji bla tarf, tant li l-bniedem, kollu stagħġib, ilu żmien jipprova jħokk l-iskutella ċkejkna ta’ moħħu sabiex jaqbad jifhem xi nitfa, u għad fadallu x’jiskopri quddiem il-Liila ta’ Brahman. Nikola Tesla jgħidilna li kull materja li nistgħu nipperċepixxu ġejja minn oriġini primarja, jew minn materja ta’ ċokon lil hinn mill-kapaċità tal-bniedem sabiex jikkonċepixxi. Kull materja timla l-akasha, lispazju li jiġi attivat bil-prana, l-enerġija kreattiva li tagħti l-ħajja, li toħloq kull eżistenza, f’ċikli bla tarf ta’ kollox u ta’ kull fenomenu.
53 55
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Asato Ma Sadgayama
Qabel kull Satsang jew qabel kull prattika talYoga, tiġi mtennija mantra minn kull min ikun preżenti sabiex ikun aktar miġbur. Mantra bi tliet sentenzi biss, iżda waħda mill-aktar mantras profondi tal-Veda. Mantra li taspira l-aktar Għoli. Asato Ma Sadgayama Tamaso Ma Jyotirgamaya Mrytor Ma Amritamgamaya Asato Ma Sadgamaya Mexxini minn dak li jinbidel għal dak li hu Veru. Mexxini mid-Dlam għad-Dawl. Mexxini mill-jasar tal-mewt għall-Ħajja ta’ Dejjem. Asat dak li mhux. Dak li hu temporali, jinbidel, jitmermer asat; iwassal għal niket u sofferenza. Min qed itenni din il-mantra, ifittex biss Sat, dak li hu lverità. Min qed ifittex il-verità, jixtieq iqum millħolma, jixtieq joħroġ mid-dlam tamaso, u qed ifittex id-dawl tal-Verità satya. Qed jagħraf min hu tassew. Dal-ġisem hu biss strument asat. Qed jaspira li jagħraf lilu nnifsu tassew u jistenbaħ għall-ħajja ta’ dejjem. Min qed itenni din il-mantra induna li l-ferħ u s-sliem ma jsibhomx f’dak li jinbidel asat iżda f’dak li dejjem Hu satyam. Adi Shankara jitkellem fuq l-għan suprem tal-bniedem. Jgħidilna li l-bniedem jitwieled mhux għall-gosti tas-sensi iżda biex igawdi l-ferħ ta’ Jivanmukti f’din il-ħajja. L-Upanishad ikomplu jgħidulna li mbierek hu dak li jqum mid-dlam u jgħix fid-dawl tal-ħajja ta’ dejjem. © 2021 C.J. Muscat
54 56
Ekam EkamSat Sat
Jnana Kanda
- Għarfien tal-Verità L-iskop aħħari tal-Jnana Kanda hu l-għarfien tal-Verità fih innifsu. Il-verità tal-verità. Taqsima iżgħar li tittratta xewqa waħda biss moksha. Ix-xewqa tal-ħelsien min-nuqqas t’għarfien. Ix-xewqa tal-ħelsien mid-dlam għad-Dawl. Wieħed jeħtieġ li mhux biss iwettaq azzjoni sabiex jakkwista dak li jixtieq iżda jeħtieġ l-għarfien vidya, sabiex ma jibqax fi stat ta’ dalma avidya. Hekk kif jagħmel min jivvaluta ddjamanti. Bil-prattika u bit-tagħlim tas-sengħa tgħallem jiddistingwi djamant ta’ veru minn imitazzjoni falza ta’ djamant. Il-Veda tqis dak kollu li hu suġġett għall-bidla u jintemm bħala asat, ta’ veru għal ftit taż-żmien iżda jinbidel lura fl-elementi, trab kont u trab issir. Bħal żinġla tal-fuħħar li meta tinkiser, titfarrak, u ssir trab tat-tafal, il-forma spiċċat, iż-żinġla spiċċat. Il-Verità, sat, tibqa’ Verità dejjem u kullimkien, mhix suġġetta għall-bidla, ma tistax tinqered jew tintemm. Tixbiha oħra tal-Veda, ħafna ġarar tal-fuħħar imferrxa mal-art, mimlija bl-ilma. Kull waħda tirrifletti x-xbieha sabiħa tal-qamar mimli. Kull ġarra mimlija bl-ilma għandha limmaġni tal-qamar li tidher fuq wiċċ l-ilma. Meta xi ġarra tinkiser u l-forma ssir trab, l-ilma jitferrex u limmaġni tispiċċa wkoll. Il-qamar jibqa’ qamar. Ilverità waħda, ma tispiċċa qatt. Il-Veda tiddistingwi bejn żewġ kwalitajiet t’għarfien. Bejn l-għarfien sat u l-għarfien asat. L-għarfien veru u dejjiemi, għarfien sat. 55 57
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
L-għarfien li mhux tant veru, kif tispiċċa lforma l-għarfien ukoll jispiċċa, għarfien asat. Ittaqsima li tissejjaħ Vedanta telabora fuq satyam lgħarfien li jtemm kull tfittxija għall-verità. Telabora wkoll fuq asat, l-għarfien ta’ dak li apparentement jidher minnu, iżda wara tul ta’ żmien ma jidhirx aktar. Persuna li jkun rieqed, dak li joħlom jidher minnu iżda kif iqum ma jidhirx aktar. Persuna miexja fid-dlam, tilmaħ serp imkebbeb, tersaq lura, bil-biża’ taħrab. Filgħodu tgħaddi mill-istess post u tinduna li dak kien ħabel imkebbeb, mhux serp. Dan hu asat. Il-Jnana Kanda, ta’ kull waħda mill-erba’ fergħat tal-Veda tissejjaħ Vedanta. It-terminu Vedanta jikkonsisti minn Veda, għarfien, u Anta, tmiem. Flimkien ifissru ‘It-Tmiem tal-Għarfien’ Vedanta. Tissejjaħ it-tmiem, għax permezz ta’ yogatapasya, sadhana, u esperjenza diretta, ma jifdal ebda dubji, misteri, bżonn li temmen jew bżonn ta’ provi. Wieħed jista’ jasal fi stat li jagħraf il-verità, mhux għax qalulu, mill-qari jew għax jemmen, iżda għax irrealizza, esperjenza hu stess. Għalhekk din it-taqsima tissejjaħ Jnana Kanda, meqjusa wkoll bħala Upanishad. LUpanishad huma teżor t’għarfien satyam li ġie mgħoddi lill-umanità mingħand il-mistiċi Rishi. Għal min jixtieq ikompli jfittex hemm aktar tifsiriet tal-kelma Upanishad. Semmejna aktar ’il fuq kif kull Veda għandha żewġ taqsimiet, il-Karma Kanda u l-Jnana Kanda. Kull Veda terġa’ tinqasam u nsibu sezzjoni ta’ samhita/mantra u sezzjoni ta’ Brahmana. © 2021 C.J. Muscat
56 58
Ekam EkamSat Sat
Fit-taqsima ta’ Brahmana nsibu żewġ diviżjonijiet oħra meqjusa bħala l-aranyaka u lupanishad. Meta nirreferu għall-Veda qed nirreferu għall-għarfien, mhux għall-kitbiet tal-Veda. L-għarfien tal-Veda jnanam ibbażat fuq l-unità tal-eżistenza mhux biss fuq il-perċezzjoni duwalista tal-bnedmin. Il-bniedem jibbaża fuq il-limiti u kwalifiki ta’ żmien u spazju. Il-bniedem ma jagħrafx ir-realtà permanenti satyam. Ir-realtà tagħna l-bnedmin hi realtà apparenti asat. Nagħmlu dan billi nużaw lorgani esterni, is-sensi li dejjem jiġru ’l barra, sabiex idawlu u jgħidulna x’inhuma l-oġġetti li hemm madwarna fid-diversità tal-forom differenti u ismijiet differenti namarupa. L-organi meqjusa bħala deva, kelma li ġejja mill-għerq div li jfisser tiddi, iddawwal. Mingħajr issensi mhux possibbli li l-antahkarana, il-jien, ikun konxju mill-jagat. Mingħajr is-sensi l-bniedem ma jarax l-oġġetti hemm barra, siġar, muntanji, ħlejqiet u pjaneti mbiegħda. L-organu intern antahkarana jinkludi l-fakultà ta’ deliberazzjoni, immaġinazzjoni, il-fakultà li tiddeċiedi, il-konoxxenza tal-jien. Ilbnedmin jitkellmu u jifhmu f’termini ta’ jien u int – duwalità, bi tnejn u aktar, multipliċità. Kull diskors, attività, kritika, li l-bniedem jagħmel insibu fihom differenzi, diviżjoni, livelli, dikotomiji, sofiżmi, paraguni dwar id-dinja esterna talforom u ismijiet. Il-bniedem jipperċepixxi, jaħseb u jitkellem dwar il-pari opposti. 57 59
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-bniedem jara kollox bi tnejn, duwalità li x’aktarx twassal għal nuqqas ta’ ftehim, suspetti, suppervja, qerq, egoċentriżmu, sfiduċja, diviżjoni soċjali, preġudizzju, razziżmu, min jibni u min ifarrak, min iħobb u min joqtol… kollox għemil tal-jien talego. Dan iseħħ għax uħud jinsew jew iwarrbu l-unità dejjiema, l-unità universali. Jixtiequ l-jien differenti. Ifittxu d-differenzi fid-diversità aktar milli l-unità fiddiversità. L-Upanishad jirrikonoxxu d-diversità, iżda wkoll l-Unità li s-sensi le jaraw. Jitkellmu fuq ir-realtà waħda li hi minsuġa mad-diversità li aħna naraw. Bħal ħarira moħbija li qed tinseġ il-girlanda ffjurita talumanità. It-tagħlim tal-Upanishad hu ffukat proprju fuq l-għarfien tar-Realtà Waħdanija, m’hemmx it-tieni. Il-perċessjoni duwalista li biha jħarsu l-bnedmin, ma tarax l-unità fl-eżistenza. Unità li tinseġ kull diversità f’armonija ta’ sbuħija dejjiema. Il-kożmos hu d-dramm etern ta’ Brahman, żifna ta’ enerġiji, il-glorja ta’ Om, ċelebrazzjoni tal-ħajja.
Rasa Liila
- il-Logħba Eterna ta’ Brahman -
© 2021 C.J. Muscat
58 60
Ekam EkamSat Sat
Neti... Neti... Espressjoni bis-Sanskritt li tfisser mhux din... lanqas din... Il-mantra neti, neti, tmur lura aktar minn ħamest elef sena. Tintuża fid-dixxiplina Jnana Yoga kif ukoll fl-Advaita Vedanta. Għodda intuwittiva sabiex wieħed ifittex l-oriġini ta’ kollox. Għodda fejn il-manas jiddistingwi dak li jaqa’ taħt is-sensi minn dak li s-sensi le jaraw. Kulma jaqa’ taħt is-sensi asat huwa biss temporanju, jispiċċa daqslikieku qatt ma kien. Yoga Drishti fejn twarrab kulma jfixkel, tistaqsi aktar, tiffoka biss fuq il-verità. Neti... neti... tidentifika dak kollu li hu anatman. Din il-prattika tal-Yoga tgħin lil sadhaka (aspirant) sabiex jinduna li hu lil hinn millpersonalità, mill-ħsibijiet, lil hinn mill-ħbieb, familja u qraba. Neti... neti... nistgħu nfissruha wkoll bħala lil hinn minn kull anatman. Il-metodu Vedantiku ta’ neti... neti... hu wieħed mill-għodda prinċipali sabiex tinvestiga l-verità. IlJnani jelimina asat, dak li mhux il-verità, sakemm jasal biex jagħraf u jesperjenza satyam, il-verità. Jgħarbel u jnaddaf l-okkorenzi li għadda minnhom, neti... neti... Fil-paġni ta’ qabel rajna kif il-manas jixxennaq sabiex jingħaqad mar-realtà esterna li s-sensi jaraw fl-oġġetti tad-dinja. Itiegħem, imiss, jara u jxomm dak kollu li tant jixtieq, neti… neti… jitlob, jixxennaq, neti… neti… bla ma qatt jikkuntenta, jitlob aktar sigurtà, pjaċiri, fama... neti... neti... mhux din, lanqas din, jiżbarazza kollox, ikompli jistaqsi... jien min jien?
59 61
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Neti, lanqas din... neti... neti... jippersisti u jwarrab kull ħsieb, jitlaq kollox… ma jaċċetta ebda risposta, ikompli jistaqsi u jfittex. Josserva biss u jkompli jistaqsi... neti... neti... sakemm il-manas jibda jikkwieta, jibda jiċċara neti... neti... kun għassies tajjeb tal-ħsibijiet... u tara xi jkun qed iseħħ... bla stennija ta’ xejn. Kompli fittex, bħal meta taqra ktieb, hekk ukoll taqra l-ħsibijiet sakemm il-manas isib biss satyam.
Viveka, Vayragya, Shadsampat, Mumukshutva L-erba’ ħiliet
Sabiex wieħed ikollu l-għarfien intuwittiv, tajjeb li jkollu dawn l-erba’ ħiliet: Viveka, Vayragya, Shadsampat, Mumukshutva. Ħiliet li jeħtieġ li wieħed jikkultiva sabiex jibda jagħraf l-unità minsuġa fiddiversità tal-ħajja. Tajjeb ngħidu ftit fuq kull waħda minn dawn il-ħiliet. Viveka – dixxerniment bejn dak kollu li hu temporanju Jagat u dak li hu etern Atman. Vayragya – dispożizzjoni mentali fejn wieħed ikollu kontroll fuq il-gosti tas-sensi. Jeħtieġ l-ewwel il-viveka biex tinbet il-vayragya sabiex tiżviluppa wkoll shadshampat.
© 2021 C.J. Muscat
60 62
Ekam EkamSat Sat
Shadshampat – ġabra ta’ sitt virtujiet li ser insemmu: Sama, Dama, Uparati, Titiksha, Shraddha, Samadhana. Jeħtieġ l-ewwel tlieta sabiex jifdal biss xewqa waħda. Mumukshutva – xewqa qawwija għall-verità lil hinn minn kull xewqat oħra. Ftit huma li jikkultivaw l-erba’ ħiliet li semmejna. Bosta huma li jibqgħu jduru fi ċrieki ta’ argumenti, dibattiti, azzjonijiet, piki, ġlied, firdiet li jirrepetu u jerġgħu jirrepetu kif l-istorja tixhed matul bosta żminijiet bħal ċiklu li dejjem għaddej. Iċ-ċiklu ta’ samsara, matul iż-żmien li wieħed ikollu sabiex iwettaq ix-xewqat li jiggosta jagħmel. Jgħaddi żmien jiġġerra bil-għamad tal-avidya; ġo dan il-wied ta’ bidla kontinwa, wied sabiħ ta’ dmugħ u sofferenzi. Sakemm xi darba fiż-żminijiet jitnaddaf mill-prarabdha bilproċess naturali ta’ maya. Ftit huma li jkomplu jikkultivaw l-erba’ ħiliet li semmejna sabiex ikollhom l-għarfien dirett tar-realtà unittiva, Adwaita. Kien għalhekk li matul iż-żminijiet il-Veda ġiet imlibbsa b’mod sempliċi sabiex tasal viċin kulħadd b’diversi modi. Il-mistiċi Rishi ppruvaw ifissru l-Veda permezz ta’ leġġendi, tixbihat, letteratura, skultura, arti, arkitettura, drammi, mitoloġiji, għanjiet spiritwali, filosofija, ritwali, matematika, simboli, grammatika. Ilkotra x’aktarx li tieqaf biss fuq l-aspett estern, fuq ritwali u talb sempliċi li jifhmu. Ftit huma li japprofondixxu aktar minn hekk. 61 63
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Oħrajn jirrikorru għal diversi xjenzi sabiex jippruvaw jifhmu l-univers fi stat kontinwu ta’ moviment – Jagat. It-terminu Jagat – jirreferi għaddinja li aħna qegħdin ngħixu fuqha bħala pjaneta, kif ukoll l-univers kollu li kontinwament jinbidel. Jagat jinkludi fenomeni tan-natura, ħlejqiet, oġġetti, ċaqliq naturali, epidemiji, tibdiliet tal-klima, mard, ġlied fost il-popli, ċaqliq ġewwa l-atomu, ċaqliq tal-pjaneti, ċaqliq tal-art u tal-ibħra, dak kollu li qiegħed f’moviment kontinwu. Wieħed jistaqsi: “Għaliex ilħażen? Għaliex il-mard, għaliex is-sofferenzi, min jippermetti dana kollu?” Meta ma nsibux risposta, nieqfu nistaqsu u ngħidu: “Dan misteru.” Il-Veda tfisser Jagat bħala effett, tixbah mewġ jew sħab li kontinwament jinbidel – bħal ħolma. Brahman Satyam Jagat Mitya. L-infinit Brahman, bla bidu u bla tmiem. Mantra ferm sabiħa li nsibu flUpanishad dwar is-sensi tgħidilna li fid-dinja tas-sensi kollox jinbidel, iżda Hu mħabba li qatt ma tinbidel. Tħeġġiġna nqumu mill-ħolma ta’ separazzjoni billi nintreħew fih, nimmeditaw fih. Bil-prattika neti neti wieħed jistaqsi: din hi l-verità? In-niket, il-mard... u jkompli jistaqsi... neti... neti… u lanqas dan… għal bosta snin... sakemm jesperjenza l-Verità hu stess – Om Tat Sat. L-Upanishad jiġbru fihom il-milja ta’ esperjenzi mistiċi u jilħqu lil hinn minn kull analiżi, spekulazzjonijiet jew twemmin. Miftuħin għal kull min iħabrek u jibqa’ jfittex… neti… neti… sakemm jesperjenza l-Verità.
© 2021 C.J. Muscat
62 64
Ekam EkamSat Sat
Meta wieħed ikun naddaf il-manas u jkun ippreparat bl-erba’ ħiliet li semmejna, żgur li jitqarreb sabiex jifhem l-Upanishad aktar. Huma ftit dawk li jkomplu jistaqsu bla waqfien. L-Upanishad mhumiex tant mifhuma bħalma huma segwiti mill-bosta tant xjenzi, mogħdija taż-żmien, qari popolari, storja, akkwist tal-ġid, akkwist akkademiku jew attivitajiet oħra tant popolari, li jissodisfaw għal xi żmien lillħames organi tas-sensi. L-ahamkara, il-jien (ego) magħluq u kburi bil-limiti tal-akkwisti tiegħu nnifsu, jgħaddas rasu, ikompli jinjora l-verità (injoranza). L-aspirant sadhaka, jipprova jinfetaħ għaddawl tal-Verità, bħall-fjura tal-lotus li tikber bl-għeruq ġol-ħama tal-qiegħ, il-weraq f’wiċċ l-ilma u l-fjura miftuħa għad-dawl tax-xemx, għad-dawl tal-Verità.
Il-Veda
- dejjem relevanti Il-konoxxenza tal-bniedem tiddependi skont illimiti, twemmin u biżgħat li fil-passat xettel hu stess ġewwa fih. Skont il-vista tal-konoxxenza; hekk tkun irrealtà li l-bniedem jipperċepixxi. Aktar ma twessa’ lkonoxxenza, aktar tinduna kemm il-Veda hija relevanti llum. Dan iseħħ jekk tfittex aktar... neti... neti... mhux din... lanqas din... neti... neti... Sakemm tiskopri dimensjoni aktar sottili minn dik asat, minn dik materjali. 63 65
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Ma tibqax marbut fil-limiti tal-jien li kif ingħata ġisem ġie mogħti lilu wkoll isem, bħal kull ħlejqa u oġġett ieħor. Meta twessa’ l-konoxxenza, tinduna li lVeda dejjem relevanti. Fil-paġni ta’ qabel, tkellimna li Brahman hu perfett, bla bidu, bla tmiem, mhux suġġett għat-twelid jew għall-mewt. Satyam, dak li Hu verità, wieħed, m’hemmx it-tieni. Il-Veda hija relevanti llum u għal dejjem. Brahman relevanti llum u għal dejjem. Il-bniedem jitkellem fuq l-anatman dak li jitfaċċa għal tul ta’ żmien iżda suġġett għall-bidla asat. Il-bniedem jesplora u jista’ jistudja l-anatman permezz ta’ diversi xjenzi. L-għodod antiki li kien juża tejjibhom u saru bil-bosta avvanzati. Dan hu tassew ta’ benefiċċju għall-umanità. Il-bniedem jidher li sar aktar intelliġenti. Kemm żviluppa d-doni li żejnitu bihom prakriti? It-teknoloġija li żviluppa, aktar qed tintuża biex tjassar, tgħakkes, toqtol miljuni ta’ Ħlejqiet kuljum, bħala sagrifiċċji għall-konsum mill-bniedem. Il-bniedem aktar qed jagħżel tendenzi negattivi, vasana tant li nisimgħu bosta ġrajjiet fl-istorja ta’ qtil, qerq, massakri, diviżjonijiet ta’ popli. Il-Veda titkellem fuq kif il-bniedem jista’ jitnaddaf minn tendenzi negattivi. Toffri għodda u ħiliet sabiex jitnaddaf mit-trab li qed jgħammad iddawl brillanti tal-Atman. Bħal dik il-lampa li ma tidhirx il-fjamma qabel jitnaddaf it-trab li jgħammadha. Trab ta’ vjolenza, għira, twemmin li jifred, kilba għassetgħa.
© 2021 C.J. Muscat
64 66
Ekam EkamSat Sat
Il-Veda toffri metodi u dixxiplini ta’ yogatapasya sabiex l-għodda tal-manas titnaddaf, tkun pura u ħielsa minn vasanas, tendenzi negattivi. Il-Veda tfakkarna fl-iżball oriġinali tal-bniedem, meta jidentifika mal-ġisem temporali, jinsa l-valur dejjiemi tal-Atman. Il-bniedem jeħtieġ li jakkwista l-għarfien vidya sabiex jinħeles minn dan l-istat ta’ dlam asat. Stat mifxul, diviżjoni, stat imfarrak, stat antik ta’ taħwid, stat ta’ injoranza, avidya, stat nieqes millverità. Meta l-bnedmin jimmaturaw dawn iż-żewġ valuri, is-soċjetà tassew tevolvi. It-tagħlim li jispjegaw il-Veda Dharma bil-bosta huwa relevanti llum tant li żżminijiet urewna kemm xorbu minnhom diversi filosofiji, reliġjonijiet, kif ukoll diversi xjenzi li tfaċċaw eluf ta’ snin wara. Ta’ min insemmu l-fundaturi tal-Quantum Mechanics, Bohr u Schrödinger. Kienu jaqraw u jsegwu t-tagħlim tal-Veda regolarment. Infittex fl-Upanishads sabiex nistaqsi mistoqsijiet. Niels Bohr (1885-1962) L-unità u l-kontinwità tal-Vedanta jinsabu riflessi fl-unità u l-kontinwità tal-wave mechanics. Dan hu konsistenti mal-kunċett Vedantiku li kollox hu wieħed. Erwin Schrödinger (1887-1961)
65 67
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Maha Vakya
- L-erba’ sentenzi Il-Maha Vakya huma seba’ sentenzi qosra li jintużaw fil-prattika tal-kontemplazzjoni. Il-prattika tal-Maha Vakya tirrevela direttament it-tifsira tagħhom. It-terminu maha jfisser kbir, u l-kelma vakya tfisser sentenzi. Jinsabu fil-Jnana Yoga. Erbgħa minnhom huma kif ser nispjegaw fil-qosor. Sarvam khalvidam Brahman. Kollox hu Brahman. Aham brahmasmi. Jien ukoll Brahman. Tat tvam asi. Int hekk ukoll. Ekam evadvitiyam Brahman. Brahman wieħed, m’hemmx ittieni. Il-Maha Vakya mhumiex talb jew xewqat. Huma veritajiet mistiċi rrivelati lir-Rishi. Jistgħu jiġu abbinati mal-meditazzjoni mistika tal-Yoga, jitlissnu bħala mantra. Ferm hu importanti li tipprattika waħdek fil-kamra tiegħek ta’ ġewwa fis-silenzju, kif ukoll waqt kull attività tal-ġurnata. Meta wieħed jimmedita fuq waħda minn dawn il-Maha Vakya, l-għarfien tal-Veda jsir aktar ċar, aċċessibbli u jiftiehem aħjar. Jeħtieġ li wieħed josserva lilu nnifsu kif ukoll l-attività mentali. Il-Maha Vakya mhumiex xi forma ta’ fidi jew twemmin. Hu meħtieġ yogadrishti sakemm iseħħ lgħarfien dirett. © 2021 C.J. Muscat
66 68
Ekam EkamSat Sat
Il-Veda xxebbah lill-manas ma’ żiemel li finnatura tiegħu jiċċaqlaq bla waqfien, anke meta jkun rieqed. Qabel il-prattika tal-kontemplazzjoni jeħtieġ li wieħed ikun ippreparat fiżikament u mentalment sabiex ikun aktar miġbur. Ejja nsemmu xi punti ta’ għajnuna: • Tajjeb li tkun mistrieħ fuq siġġu b’dahrek dritt jew f’xi asana komda għalik, li tgħinek iżżomm viġilanti. • L-aħjar li l-ġisem ikun fil-padmasana. Iċ-ċaqliq talġisem konsegwenza ta’ ċaqliq mentali. Osserva lattività tal-manas. • Irrepeti sentenza waħda, b’hekk il-manas josserva, jirrifletti, jifhem sakemm jilmaħ il-Verità bil-kwiet u fis-silenzju. • It-tendenza tal-manas hi li jirreżisti u jiddevja lattenzjoni. Jaħrab bħalma jagħmel żiemel jiġġerra ’l barra, ma’ kullimkien. Żomm iffukat fuq dik issentenza biss. • Il-manas jeħtieġ jikkwieta, ikun iffukat fuq sentenza waħda biss, sabiex jasal għall-mument ta’ kwiet, ħieles minn preġudizzji, dubji u konflitti. • Wieħed irid ikun persistenti, viġilanti sakemm ilperċezzjoni ta’ sentenza waħda li jkun qara jew ġiet mogħtija lilu bil-fomm, tiġi trasformata u abbinata mal-għarfien kontemplattiv. Meta wieħed jinqabad f’analiżi, jitlef ilkonċentrazzjoni, il-ħsibijiet jiġru xi mkien ieħor. Jitlef il-fil, jintilef f’attività intellettwali differenti, bla ma jkun wasal fis-silenzju kontemplattiv antar mauna, li jwasslu għall-għarfien dirett ta’ dik is-sentenza. 67 69
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Waqt il-mumenti ta’ kontemplazzjoni fuq xi waħda minn dawn is-sentenzi, jeħtieġ li tagħraf int stess ilverità li tkun qiegħda quddiemek. Mhux lakemm tipprattika l-kontemplazzjoni. Il-preparazzjoni hi ferm importanti, tkellimna dwar l-Astanga Yoga. Hemm bosta aktar x’jista’ wieħed jitgħallem mit-tagħlim talVeda dwar il-Maha Vakya. Il-qofol tal-kontemplazzjoni għad irid jintlaħaq. Dan iseħħ biss meta l-perċezzjoni tas-sensi u lkonoxxenza jitħaddnu flimkien Saksatkara. Kull dubju, kunflitt u diffikultà jispiċċaw. Din esperjenza mistika, ferm diffiċli tiddeskriviha bil-kliem, aħjar bissilenzju. Il-Maha Vakya qed jippruvaw jgħidulna li rRealtà hi verament reali milli dik li tinbidel u tispiċċa. Ifakkruna l-ewwel f’dak li hu temporanju: ħlejqiet, bnedmin, oġġetti, siġar, pjaneti, dak li għandu forma u isem. Ifakkruna li hemm Realtà Eterna li mhix suġġetta għall-bidla u lanqas għat-tmiem. Qed jistednuna li nagħrfu direttament l-eżistenza, il-konoxxenza u l-beatitudni li fl-essenza jagħmlu bniedem. Dan ma jfissirx li terħi d-doveri u l-interessi tiegħek fil-ħajja. Dan lanqas ma jfisser li tkun skjav ta’ kull attrazzjoni jew fantasija, skjav tal-influwenzi popolari. Dan jgħinek tkun fid-dinja, tgħix ħajja normali, iżda ma tkunx skjav tad-dinja. Meta tagħraf ir-realtà tad-dinja u r-Realtà Eterna flimkien, tkun verament ħieles. Ħieles minn kull dubji li jnikktuk, li jħawduk, li jdallmuk.
© 2021 C.J. Muscat
68 70
Ekam EkamSat Sat
Purushartha
L-erba’ għanijiet tal-ħajja Il-bniedem għandu erba’ għanijiet sabiex jilħaq tul ħajtu. Dawn huma Artha, Kama, Dharma u Moksha. Jissejħu purush għax l-erbgħa flimkien jappartjenu lill-bniedem. L-ewwel tnejn jitkellmu fuq l-akkwist tal-ġid (artha) u l-akkwist tal-pjaċir (kama). L-ewwel tnejn huma komuni għall-ħlejqiet li huma mmexxija mill-istint aktar milli minn għażla ta’ xewqat. Kemm il-bniedem kif ukoll l-annimal ifittex sigurtà u pjaċir fil-ħajja. L-istorja turina li bosta jsegwu biss Artha u Kama, b’konsegwenzi li l-individwi jaslu jkunu vjolenti għall-akkwist tal-ġid u l-pjaċir f’ħajjithom. It-tieni tnejn jiddistingwu lill-bniedem. Ilbniedem konxju tiegħu nnifsu, għandu l-kapaċità li jaħseb, li jagħżel, li jippjana. Għandu tendenzi li dejjem jixtieq iżid aktar il-ġid, il-pjaċir, is-setgħa, ilfama. Għandu xewqat u valuri li jinbidlu skont iżżmien, il-lokalità u r-relazzjoni ma’ persuni li jiġi f’kuntatt magħhom. Tkellimna diġà dwar lapplikazzjoni ta’ Dharma fit-twettiq ta’ kull azzjoni għall-akkwist ta’ Artha u Kama. Il-Veda tpoġġi Dharma fl-ewwel post sabiex tiggwida Artha u Kama f’din l-ordni. Dik is-soċjetà li timxi skont id-Dharma, tkun aktar ċivili u inqas vjolenti. Dawn it-tlieta huma ferm meħtieġa sabiex il-bniedem jaċċerta l-eżistenza tiegħu. 69 71
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Meta xi bnedmin jilħqu b’xi mod l-ewwel tliet għanijiet, jirrealizzaw il-limiti tagħhom. Jibdew ikabbru x-xewqat u l-isforzi tagħhom sabiex isiru bnedmin aħjar. Din il-passjoni twassal biss għal aktar xewqat. Il-bniedem jiddedika ħajtu sabiex ikattar ilġid, kif ukoll sabiex ikattar aktar pjaċir fil-ħajja. Hawnhekk l-individwu jinduna li wasal f’punt fejn għalxejn iżid aktar, jinduna li xorta baqa’ kif kien. Bħal meta ndendlu ċoff tas-satin mat-tarf ta’ xkupa. Nistgħu wkoll niddekorawha b’xi djamanti. Inħarsu ftit minn distanza ’l bogħod, x’qed naraw? L-ixkupa baqgħet xkupa! Għalkemm inkabbru l-ġid/artha u nżidu lpjaċir/kama skont id-Dharma, xorta l-bniedem iħoss li mhux kuntent bil-kwalifiki u l-limitazzjonijiet tiegħu. Bosta jibqgħu skjavi u jibqgħu jiġru wara l-ġid, issetgħa, il-fama, wara l-pjaċir (kull forma ta’ gosti) bla limitu. Uħud, iggwidati mid-Dharma, jakkwistaw kemm ġid kif ukoll kull pjaċir li toffri l-ħajja. Ftit jirrealizzaw li l-ġirja wara l-ġid u wara l-pjaċiri ssir aktar lotta bla waqfien, b’aktar diżappunti, frustazzjonijiet u aktar sofferenzi. L-istorja turina diversi ħajjiet ta’ suċċess li persuni popolari akkwistaw kulma riedu, spiċċaw f’diżappunti u anke wettqu traġedji. Meta persuna jinduna bil-limitazzjoni tiegħu, jinduna li maħkum mill-ġibdiet tas-sensi. Il-bniedem iwettaq l-iżball oriġinali, jieħu l-identità tal-jien, jinsa min hu tassew. Iħossu li mhux komplut, nieqes, qatt sodisfatt. © 2021 C.J. Muscat
70 72
Ekam EkamSat Sat
Kulħadd jipprova jfittex soluzzjoni billi jissodisfa x-xewqat li semmejna, iżda kollu għalxejn, xorta jħoss li mhuwiex komplut, iħoss li għadu ma fehemx min hu tassew, lanqas l-iskop tal-eżistenza tiegħu stess. Kull akkwist jimplika wkoll telf u limitu. Jissodisfa għal ftit taż-żmien biss. Il-bniedem jaqta’ nifsu fil-lotta kontinwa għall-akkwist tal-ġid u talpjaċiri. Dan il-proċess iwassal lill-persuna għallmaturità jew għall-qerda tiegħu nnifsu. Persuna li tasal biex tinduna b’dan l-iżball oriġinali tibda tfittex li tinħeles minn kull ħakma, tibda tfittex it-triq tas-sewwa, tfittex biss xewqa waħda. Xewqa waħda li bit-terminoloġija Vedantika tissejjaħ moksha. Bil-Malti ngħidu ħelsien min-nuqqas t’għarfien, mill-ħakma tal-injoranza, mill-ħakma taddlam. L-ewwel tlieta jirrendu l-bniedem skjav u għalhekk isiru sekondarji. Il-Veda ssostni li moksha għandu jkun l-iskop ewlieni fil-ħajja tal-bniedem, laktar importanti. Asato Ma Sadgayama, Tamaso Ma Jyotirgamaya, Mrytor Ma Amritamgamaya, Asato Ma Sadgamaya.
71 73
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Moksha
- L-għan prinċipali tal-ħajja Tkellimna dwar il-Purushartha u kif il-bniedem jipprova jilħaq l-ewwel tliet skopijiet matul il-vjaġġ ta’ ħajtu Artha, Kama u Dharma. Ikun hawn min jilħaq lewwel tlieta, iżda xorta jħoss nuqqas ta’ sodisfazzjon. Kull sforz li għamel kien siewi u ta’ benefiċċju, iżda baqa’ jħoss vojt kbir. Jinduna li għadu mhux bniedem sħiħ, għadu mhux komplut. Jibda jistaqsi, jirrifletti, janalizza x’qed jagħmel b’ħajtu. Il-Mundaka Upanishad jgħidulna li meta persuna jasal f’dan il-punt, jieqaf, jersaq ftit lura millġirja biex iżid l-akkwisti u l-pjaċiri fil-ħajja. F’dan ilpunt ta’ ħajtu jirrealizza li din il-ġirja hi bla tmiem u ser jibqa’ jdur fir-rota ta’ samsara, ta’ niket u pjaċiri, fir-rota ta’ akkwisti u ta’ telf, fir-rota ta’ fantasija, suċċessi u diżappunti. F’dan il-punt iħossu diżilluż, jipprova jfittex l-għarfien u jibda jfittex li jitgħallem kif ser jinħeles mill-ħakma ta’ din il-ġirja li m’għadhiex tagħmel tant sens aktar fil-ħajja. L-għarfien talMundaka Upanishad jurina li, f’dan il-punt, lindividwu tinbet ġewwa fih xewqa waħda, dik talmoksha. Xewqa li jkun ħieles minn kull irbit li jissarraf biss għal mument ta’ pjaċir, mument ta’ ferħ iżda jispiċċa f’dispjaċir. Persuna li jasal f’dan l-istadju talħajja jissejjaħ mumukshu, jixtieq biss li jsir bniedem sħiħ. Ikun irrealizza li l-ewwel tliet skopijiet mhux biżżejjed. Jonqos ir-raba’ skop fil-ħajja, dak talmoksha. F’dan il-mument tal-ħajja, il-moksha tiġi lewwel prijorità u mhux aktar ir-raba’ skop fil-ħajja. © 2021 C.J. Muscat
72 74
Ekam EkamSat Sat
Iljuni maqbudin fil-magħluq Komunità ta’ ljuni kienet miżmuma f’ġonna żooloġiċi. Kienu draw il-ħajja fil-magħluq. Kellhom jadattaw għax kienu maqbudin. La setgħu jimirħu filforesti u lanqas jakkwistaw il-priża bil-ħila tagħhom naturali. Ġabulhom iljun ġuvnott kollu ħeġġa u qafluh magħhom. Immedjatament ħass stmerrija għall-ħajja maqfula. Esprima r-rabja li kellu ma’ sħabu. Qalulu li aħjar jinsa u jadatta għall-ħajja fil-jasar. M’hemmx raġuni tgerger għall-ħajja fil-ġonna maqful. L-ikel jasal għandek! L-iljun żagħżugħ kien determinat li jaħrab ’il barra. Ħarstu kienet dejjem fuq iċ-ċint għoli. Ħsiebu kien biss jhewden kif ser imur għan-naħa ta’ barra. Xejn ma kien jissodisfah fil-ġonna żooloġiċi. Sħabu għaddewh biċ-ċajt. Kien isostni li dik mhix ħajtu, iħossu priġunier! Tkun kemm tkun komdu hemm ġew iżda tibqa’ priġunier. “Irrid naħrab... neti... neti... irrid neħles minn dan il-jasar.” Hekk kien jirrepeti kull ħin u kull mument. Il-bnedmin hekk ukoll, maqbudin fil-ġonna tależistenza. Adattajna għall-ħajja komda, ikel, rikkezzi, pjaċiri, xejn ma jonqosna, insejna l-vera ħajja ħielsa. Kulħadd jiċċelebra n-niket, imdawrin bil-ġid u bilġlied. Kuntenti mbeżżgħin. Jeħtieġ li nkunu bħall-iljun żagħżugħ. Jeħtieġ nirrealizzaw li l-ħajja tkun ħajja billi tagħżel u mhux tkun imjassar bis-sensi u bilkonfużjoni mentali. Jeħtieġ inkunu determinati sabiex inkunu bnedmin kompluti, bnedmin ħielsa mid-dlam, bnedmin ġodda. Dan hu l-għan suprem tal-ħajja. 73 75
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-ġisem strument meraviljuż Meta nirreferu għall-bniedem, l-ewwel ħsieb li jifforma f’moħħna hu l-ġisem fiżiku għax dak li jidher. Il-ġisem fiżiku tal-bniedem għandu limiti, għandu bidu, maż-żmien jiddeterjora sakemm jinbidel fi trab. Il-Yoga tgħidilna li l-bniedem hu aktar minn dan il-ġisem fiżiku li nistgħu naraw u mmissu. Nistgħu ngħidu li l-ġisem fiżiku hu strument, magna bijoloġika. Struttura t’għadam marbutin flimkien bil-ġogi, kollox jiċċaqlaq bil-muskoli. Qafas magħmul mill-għadam sabiex iżomm u jġorr l-organi ta’ ġewwa. Kollox jiffunzjona b’sistemi ta’ likwidi, demm u nervituri. Dan biss li jara l-bniedem u jittama li jgawdih għal ħafna snin. Il-Yoga titkellem dwar il-ġisem viżibbli, sharira. Struttura komposta mill-elementi naturali, ilmahabhuta. Il-ġisem bħalhom suġġett għal sitt modi ta’ bidla: twelid, żvilupp, żgħożija, maturità, xjuħija, u tmiem. Biż-żmien l-elementi jidbielu, jinbidlu, jibdew ċiklu ieħor taħt forom oħra. Il-ġisem hu bażi fejn issensi jiġu f’kuntatt mal-oġġetti li għandhom namarupa, forma u isem. Il-ġisem hu d-dar tal-pjaċiri, id-dar tal-uġigħ. Strument li bih il-jivatman (ruħ) jiggosta u jiċċelebra lħajja. L-Upanishad jgħidulna li l-ġisem jagħmel dan bil-għajnuna tal-jnanaindriya, tal-karmindrija u talantahakarana. L-ewwel tnejn jgħoddu ħames organi għal darbtejn u l-antahakarana jgħodd organu wieħed. Għalhekk il-ġisem għandu total ta’ ħdax-il organu tassensi. L-ewwel ħamsa għandhom id-dover li jiġbru informazzjoni minn barra. © 2021 C.J. Muscat
74 76
Ekam EkamSat Sat
It-tieni ħamsa għandhom id-dover li jwettqu azzjoni skont id-direzzjoni tal-antahakarana. Is-sensi indriya huma strumenti li jidentifikaw il-karatteristika ta’ kull oġġett li għandu forma u isem, bħal frotta qarsa, qmis ikkulurita, warda li tfewwaħ. Jissejħu wkoll maatra għax ikejlu, kulur ċar, riħa qawwija, togħma pikkanti. L-indriya huma strumenti li jkejlu maatra. Lorgani meqjusa bħala deva, kelma li ġejja mill-għerq div li jfisser tiddi, iddawwal. Mingħajr is-sensi mhux possibbli li l-antahkarana, il-jien, ikun konxju milloġġetti hemm barra, siġar, muntanji, ħlejqiet u pjaneti mbiegħda. Il-Kathopanishad jiddeskrivi s-sensi bħala aswa żwiemel, il-ħin kollu bla kwiet, jiċċaqalqu. Jixxiebhu bħal żwiemel, għax ukoll dawn il-ħin kollu bla kwiet, mhux lakemm tikkontrollahom. Is-sensi għandhom idDharma speċifika tagħhom. Għandhom doveri partikolari u kapaċità limitata. L-imnieħer jintuża biex ixomm biss, ma jistax jara. Id-dover tal-imnieħer hu li jkejjel bix-xamm sabiex il-persuna jinduna jekk dak likel huwiex ta’ benefiċċju għall-ġisem jew le. Is-sensi dejjem jixtiequ aktar u qatt mhuma xebgħana. Dan japplika għal kull indriya li qiegħed hemm sabiex iħares lill-ġisem u b’hekk il-ġisem jinżamm fi stat b’saħħtu. Is-sensi bħal għaxar żwiemel aswa. Ilbniedem jeħtieġ ikun jaf kif jikkura tajjeb u jikkontrolla tajjeb. Jeħtieġ li s-sensi jintużaw skont idDharma speċifika sabiex wieħed inaqqas l-ostakli bħal mard, uġigħ u niket. Jekk wieħed jagħmel użu ħażin mis-sensi adharma, dawn jistgħu jimirdu. Jekk wieħed ma jkollux kontroll fuq is-sensi, dawn bħal żwiemel imorru jfittxu l-oġġett li jogħġobhom. 75 77
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Is-sensi għandhom tendenza vasana, li jiġru għal kull biċċa informazzjoni. Il-bniedem aktar ikollu jiġri kull fejn jimirħu s-sensi milli s-sensi jservu lilu. Il-Veda tagħti importanza lill-prattika tal-Yoga sabiex wieħed igawdi armonija bejn is-sensi kollha u s-sistemi tal-ġisem. Igawdi wkoll armonija f’kull attività li jwettaq għall-benefiċċju tiegħu stess. Il-kontroll taljnanindriya kif ukoll tal-karmindriya jiddependi fuq lantahkarana. Mingħajr dixxiplina tas-sensi, jiżdiedu ttaħwid u s-sofferenzi. Il-Veda tgħidilna li l-ġisem hu strument li bih ilbniedem jimxi t-triq tad-Dharma. Tgħidilna li l-ġisem hu tempju qaddis. Min ikebbes id-dawl ġewwa fih, ikollu dawl tal-verità li ma jintemm qatt. Il-fjamma qaddisa ta’ ġewwa t-tempju, dejjem tiddi. L-esperjenza ta’ Unità hi l-milja tal-umanità. Il-misteri tal-ħajja jsiru magħrufa. Ramana Maharishi jfakkarna li l-ġisem imut, iżda l-jivatman ma jmut qatt. Ifakkarna li l-akbar żball li jwettaq il-bniedem hu meta jsostni li hu dgħajjef, li hu midneb. Id-drawwiet, ix-xewqat u l-ħsibijiet tiegħu huma dgħajfa, mhux hu fih innifsu. Importanti li wieħed jiftakar li l-bniedem mhux biss dan il-ġisem fiżiku, limitat f’realtà apparenti. Il-bniedem mhux biss sustanza intelliġenti. Il-bniedem jikkonsisti minn dimensjonijiet lil hinn mill-ġisem apparenti.
© 2021 C.J. Muscat
76 78
Ekam EkamSat Sat
Pancha Kosha - Il-ħames saffi -
Il-prattika tal-Yoga tgħin sabiex niskopru x’hemm aktar mill-ġisem fiżiku li jidher. Tgħinna niskopru min hu l-veru jien. Tgħidilna li bil-prattika jeħtieġ nikxfu ħames saffi ta’ konoxxenza sabiex niskopru verament lilna nfusna. Insibu li bil-Malti ngħidu ‘idħol ġo qoxortok’, ‘dak għandu qoxra xierfa’, idħol ġol-kamra tiegħek ta’ ġewwa nett, ngħidu wkoll ‘idħol daħla fik innifsek’. Il-Yoga tgħidilna li hemm ħames saffi, ħames qoxriet, ħames velijiet li qed jostru l-jivatman. Itterminu bis-Sanskritt pancha jfisser ħamsa. It-terminu kosha jfisser għata, velu, qoxra. Tajjeb insemmu liema huma dawn il-ħames qoxriet li qed jostru l-jivatman. Ir-realtà apparenti maya, taħbi r-realtà permanenti li ma tidhirx. Annamaya kosha bis-Sanskritt tfisser ikel li jista’ jiġi kkunsmat. Ikel li jsostni u jiġi sostnut. Dan is-saff, kosha, l-aktar saff materjali, magħmul millħames mahabhuta. Il-ġisem fiżiku, kif tkellimna aktar fid-dettall qabel, jeħtieġ l-ikel u meta jintemm iservi wkoll ta’ ikel għal ħlejqiet oħra jew jiġi kkunsmat min-nar u l-arja. Importanti l-prattika tal-Hatha Yoga. Ilyogasana jseddqu s-sistemi bijoloġiċi u fiżjoloġiċi talġisem.
77 79
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Pranamaya kosha bis-Sanskritt tfisser enerġija vitali tant meħtieġa għall-eżistenza ta’ kull oġġett filħajja. It-tieni kosha tikkonsisti min-nifs tal-ħajja, mhux l-ossiġnu jew l-arja. Kosha eterika u inqas materjali. Il-prana, l-enerġija vitali, tiċċirkola fin-nadi ossillazzjonijiet imferrxa fil-ġisem praniku li jestendi barra mill-ġisem fiżiku. L-eżistenza tal-ġisem fiżiku tiddependi fuq il-prana. Kif titlaq il-prana l-ġisem jispiċċa, bla użu, jitwarrab. Mingħajr il-prana l-menti jieqfu. Il-prattika tal-pranayama ssaħħaħ il-ġisem fiżiku u dak mentali. Importanti tkun regolari filprattika tal-pranayama. Manomaya kosha, it-tielet kosha tal-manas tifforma l-personalità tal-ahamkara. Kosha aktar eterika minn ta’ qabel. Tiffunzjona bil-ħsibijiet, emozzjonijiet, memorji, istinti, perċezzjonijiet. Tista’ tkun ferm t’għajnuna kif ukoll ta’ tfixkil. Hawnhekk tinħoloq l-impressjoni li l-jien hu l-ġisem, li l-ġisem hu jien. L-iżball oriġinali li jwettaq kull bniedem mattwelid. Manomaya kosha tipproġetta l-jien separat, distint, uniku. Il-ħsibijiet u l-azzjonijiet iseħħu bla kontroll u malajr għall-protezzjoni u s-sigurtà talġisem fiżiku stess. Insibu espressjonijiet fil-Malti, ‘tkellem bla ħsieb’, ‘għaġġel fil-ħsieb’, ‘ħu ħsieb’, ‘kif ħasibha fattarha’. L-ewwel tliet kosha huma interdipendenti. Ngħidu ġisem b’saħħtu jiddependi minn menti b’saħħithom, kif ukoll menti b’saħħithom jiddependu minn ġisem b’saħħtu. Hawnhekk jinħażnu l-vritti, vasana u samsara li tkellimna diġà dwarhom. Importanti l-prattika tal-pratyahara kif ukoll il-prattika sadhana. © 2021 C.J. Muscat
78 80
Ekam EkamSat Sat
Vijnanamaya kosha, wasalna fir-raba’ kosha tal-intellett, rieda, dixxerniment u determinazzjoni. Kosha responsabbli mill-iżvilupp tal-persuna. Tissorvelja l-iżvilupp etiku/morali. Tasal aktar millperċezzjoni u tfittex l-għarfien aktar milli biss informazzjoni. Tidher li għandha affinità mal-konoxxenza iżda le għax tinbidel, limitata u mhix kostanti. Hawnhekk insibu s-sens t’unità u mhux ta’ separazzjoni kif insibu fit-tielet kosha. Tiddependi fuq il-kosha ta’ qabel u lprattiki relevanti li semmejna. Twassal għal aktar imħabba ġenwina, rispett lil kulħadd u lil kull ħlejqa. Isservi bil-ferħ bla ma tistenna xejn lura. Importanti lprattika tal-Yama, Niyama u Antarmauna. Anandamaya kosha, il-ħames kosha Anandam, bil-Malti ngħidu hena. L-aktar kosha li hi sattvika, laktar mistura ’l ġewwa, interdipendenti fuq l-erbgħa ta’ qabel. Mifruxa fl-erba’ kosha ta’ qabel. Tinsab mistura taħt l-erba’ kosha ta’ qabel fil-kamra ta’ ġewwa nett. M’hemmx sofferenzi, niket. Hemm biss relazzjoni bla differenzi, unjoni universali, imħabba universali mhux partikolari jew individwali. Tinstab biss jekk tippersisti tfittex il-verità. Esperjenza ta’ hena u paċi, imħabba universali, unità universali. Mhux esperjenza ta’ xewqat emozzjonali, imħabba selettiva u partikolari, xewqat karnali. Mhux esperjenza ta’ ftit mumenti biss. Ma tintlaħaqx bil-kontroll tal-moħħ jew bit-talb. Il-kliem ma jfissirhiex. Tixxiebah ma’ esperjenza taċ-ċkejknin għal mument biss. 79 81
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Jeħtieġ li din l-aħħar qoxra tinkixef ukoll sabiex naslu fiċ-ċentru waħdieni tal-veru ‘Jien Hu’. L-atman li jwaħħadna mal-Wieħed li bħalu m’hemmx it-tieni. Ftit huma li jfittxu din il-mixja eċitanti mimlija sfidi, debbolizzi, vasana mistura fil-jien. Jeħtieġ li wieħed jinduna bl-isfidi minn ġewwa sabiex jissaħħaħ u jilqa’ l-isfidi ta’ barra. L-atman mhux ir-ruħ midinba, il-jien falz, ilpersunalità li nippreżentaw, lanqas il-moħħ mimli dubji sat-tmiem. L-atman la għandu bidu u lanqas tmiem, bla tebgħa, mhux suġġett għall-mewt. Fil-Veda nsibu diversi kliem ieħor għal Atman. Insibu Jivatman, Param Purusa, Maha Atma, Brahman li wieħed jibda jifhem aħjar, aktar ma jaqra, jirrifletti, jimmedita u jipprattika. Kull bniedem jirrifletti l-Atman. Lesperjenza ta’ Unità hi l-milja tal-umanità. Il-misteri tal-ħajja jsiru magħrufa. Tajjeb napprezzaw li l-esplorazzjoni talkonoxxenza ġiet ferm avvanzata fil-kultura tal-Indja sa minn żminijiet imbiegħda. Fil-paġni ta’ qabel tkellimna dwar l-antahakarana, li jikkonsisti minn erba’ strumenti: manas, buddhi, chitta u ahamkara. Ser nitkellmu dwarhom fil-paġni li jmiss.
© 2021 C.J. Muscat
80 82
Ekam EkamSat Sat
Manas
- L-għodda tal-ħsieb Fil-prattika tal-Yoga nsibu li l-aktar ċentrali hu proprju l-manas. Bil-Malti ma nsibu ebda kelma għallmanas. Sabiex inkomplu ser nużaw il-kelma moħħ jew menti. Manas jipproċessa u jikkonsisti minn ħsibijiet. Id-dover ta’ manas hu li jiddubita, li jistaqsi, li jargumenta. Il-Veda mhux biss hi xjenza iżda mod sabiħ ta’ ħajja kif wieħed ikun f’unità mal-konoxxenza kożmika. It-terminu manas fis-sens miftuħ jiġbor fih intelliġenza, perċezzjoni, rieda, konjezzjoni. Strument intern li jiġbor informazzjoni mingħand is-sensi ta’ barra u għalhekk assoċjat mal-ġisem u distint mill-Atman. Fil-Vedanta ferm relatat mal-qalb hridaya; mal-għajn cskshus; man-nifs vayu. Relatat ma’ riflessjoni, affezzjoni, xewqa, immaġinazzjoni, invenzjoni, opinjoni, burdata, intenzjoni, inklinazzjoni. Fis-Sanskritt insibu manu, il-ħlejqa li taħseb. Manu l-missier tar-razza umana. Insibu wkoll manu r-raġel li fassal ir-regolamenti lill-umanità. Manu fil-Purana tfisser il-proġenitur tar-razza umana. Il-kliem bisSanskritt manush kif ukoll manava jfisser bniedem uman. Il-kelma bl-Ingliż man x’aktarx għandha l-għerq proprju mill-kelma manah bniedem li għandu moħħ. Manah jew manas ma jfissrux l-istess bħal kif tintuża l-kelma mind fix-xjenzi moderni.
81 83
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Manas ikkonsidrat mill-Veda bħala s-sid tas-sensi. Manas jidderieġi s-sensi u jsegwihom sabiex jiġbru informazzjoni mid-dinja tal-oġġetti namarupa. Manas hu l-ogħla tatvas ta’ prakriti ’l fuq mill-elementi u ’l fuq mis-sensi. Il-Vedanta tgħidilna li manas jinbidel, ivarja u malajr jintrabat u jixxennaq. Għalhekk manas hu lgħajn ta’ sofferenzi, tibdil u konflitti. Il-prattiki diversi tal-Yoga intenzjonati sabiex jistabbilizzaw il-manas, sabiex ikollu perċezzjoni adwaita, unita aktar milli dik duwalista. Waqt l-irqad il-manas ma jkunx tant okkupat bissensi li jkunu fi stat inattiv. Il-manas ikun assorbit fih innifsu. Meta l-manas ikun fi stat meditattiv, ikun aktar trankwill u inqas disturbat minn attività esterna. Bilprattika regolari tal-meditazzjoni, il-manas isir aktar stabbli u miġbur. Il-Bhagavad Gita tgħidilna li hekk jeħtieġ tkun persuna sabiex tagħraf it-triq tas-sewwa, u tinħeles mid-dlam li jostor il-verità mid-dlam talinjoranza. Il-Veda tqis il-manas bħal element tal-arja filġisem tal-bniedem. L-Upanishad jgħidulna li l-partijiet l-aktar sattviki tal-ikel jittrasformaw u jsostnu lillmanas. Dak li tiekol, hekk issir. Ikel tamasiku, manas tamasiku. Ikel sattviku, manas sattviku. Meta l-manas ikun sattviku, jirrifletti l-verità u l-ogħla għarfien jnanam. Waqt mumenti ta’ meditazzjoni, b’menti safja, tagħraf lilek innifsek aktar milli tidentifika ma’ ġismek. © 2021 C.J. Muscat
82 84
Ekam EkamSat Sat
Fil-paġni ta’ qabel semmejna li l-manas jifforma lmanomaya kosha. Hawnhekk jiġu maħżuna l-vritti u samskara li jiġu trasportati wara li jintemm il-ġisem fiżiku. Il-manas ikun l-aktar attiv waqt li nkunu mqajmin. Ikun inqas attiv waqt il-ħolm. Waqt l-irqad fil-fond bla ħolm ikun inattiv. Waqt stat meditattiv traxxendentali, il-manas ikun totalment assenti. Ilvritti dejjem jakkumulaw u jintesew, jiżdiedu u jinħażnu bħala samskara. Xi darba fiż-żmien jitfaċċaw bħala tendenzi vasanas u jiġu espressi f’azzjoni tajba dharma jew azzjoni inqas tajba adharma. Fil-paġna li jmiss ser naraw kif innaddfu, kif innaqqsu l-vritti li jwasslu għal aktar sofferenzi u niket. Bil-prattika tal-Vippasana, il-manas jitnaddaf u jsir aktar sattiviku. Ifittex aktar li jagħraf dak li hu satyam, milli jixxennaq wara dak li s-sensi jiggustaw. Ittendenza tal-manas hi li tinterpreta dak li tirċievi mingħand is-sensi aktar milli tifhem eżatt u ċar. Ilmanas jifformula impressjonijiet xejn eżatti tar-realtà. Jimtela b’informazzjoni mċajpra tar-realtà. Il-menti jintefgħu f’wied ta’ niket u jimtlew b’imbarazz tossiku. Il-prattika tal-Vippasana tgħinna sabiex innaddfu u niżbarazzaw il-menti, nikkultivaw paċenzja u fiduċja li jwasslu għal riflessjoni tal-verità u mhux interpretazzjoni tar-realtà. Insibu erba’ stati ta’ konoxxenza avasthas li flimkien jissejħu manas (ilmenti, il-moħħ). Dawn huma: • • • •
Jagrat – meta nkunu mqajmin Svapna – meta nkunu reqdin u noħolmu Sushupti – meta nkunu reqdin mingħajr ħolm Turiya – meta nkunu f’estasi 83 85
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Fi stat ta’ konoxxenza jagrat, il-manas jokkupa l-moħħ, jagħraf oġġetti esterni skont kif jinfurmawh ilħames sensi. Il-konoxxenza jagrat tidentifika malġisem, li hu oġġett estern ukoll. Il-menti fi stat jagrat jiddependu fuq l-impressjonijiet li jwasslulu s-sensi mill-medda esterna ta’ perċezzjoni. Meta l-menti jkunu fi stat ta’ svapna, toħloq limpressjonijiet u perċezzjonijiet mill-memorja u ideat li tiftakar mill-jagrat. Hekk kif il-menti jirritornaw fi stat ta’ jagrat, iqumu, il-ħolm jgħosfor fix-xejn. Fi stat ta’ svapna l-ħolm ikun realtà għall-menti. Fi stat ta’ jagrat ukoll tkun ir-realtà li tkun qed tiġi osservata. Jidher ċar li r-realtà teżisti f’kull stat possibbli ta’ konoxxenza. Iżda, għalkemm is-sensi jintemmu u l-menti ma jirċievu ebda impressjonijiet minn barra, l-oġġetti jibqgħu jeżistu. L-oġġetti jeżistu sakemm il-menti jeżistu. Kull min għaraf u pprattika l-Yoga jaf li d-dinja materjali hi biss frugħa li tinbidel, tispiċċa bħal ħolma. Meta Yogi jasal li jirrealizza din il-verità jinħall minn kull irbit mal-oġġetti li jinsabu fid-dinja materjali.
Jesperjenza ferħ bla qies matul ħajtu kollha.
© 2021 C.J. Muscat
84 86
Ekam EkamSat Sat
Buddhi
L-għarfien tal-verità In-natura ta’ buddhi hi espressjoni materjali ta’ prakriti bħalma hi l-manas. It-tnejn suġġetti għattriguna li tkellimna dwarhom fil-paġni ta’ qabel. Buddhi għandu d-dover li jiddistingwi sat minn asat. Jagħmel distinzjoni bejn dak li hu sat u dak asat. Iddover ta’ buddhi hu li jagħraf il-verità. Kliem ekwivalenti għal buddhi ma nsibux bilMalti u lanqas bl-Ingliż. Mhux tant faċli tispjega lil min mhu xejn familjari mal-Veda. Buddhi jinsab f’kull persuna u jgħin sabiex nieħdu deċiżjoni intelliġenti. Bħal manas jitqies wieħed mit-tattvas kif tispjega liskola Samkhya. Il-Vedanta tagħmel distinzjoni bejn intelliġenza qawwija u intelliġenza sottili. Tal-ewwel tikshna buddhi tanalizza b’mod xjentifiku u tiskopri ħafna sakemm tinduna li fadal ferm aktar xi tfittex. Importanti nikkultivaw it-tieni eukshma buddhi li tipprova tintegra aktar milli taqsam u tanalizza. Li tagħraf l-unità fid-diversità, mhux tant li tanalizza lpartikular fid-diversità. Il-Veda tfakkarna li buddhi jirrifletti l-glorja tal-Atman. L-istrument intern buddhi jagħżel x’inhu tajjeb u x’mhux tajjeb għalina. Buddhi hu dehen, għaqal, intelliġenza, għerf, komprensjoni, razzjonalità kollha jaħdmu flimkien sabiex inżommu kuntatt mad-dinja u nagħrfu bl-aktar mod għaqli kif nirrelataw ma’ kull sitwazzjoni li tinqala’. 85 87
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Buddhi hina hu terminu użat sabiex jindika persuna nieqes mill-buddhi li jwassal għal bosta problemi fil-ħajja. Buddhi x’aktarx li jiċċajpar bixxewqat tas-sensi, jitħawwad u jħawwad lill-manas. Jitlef kull kontroll fuq il-manas. Jgħaddi minn sofferenzi li jinħolqu min-nuqqas ta’ armonija bejn is-sensi, il-manas u l-oġġetti namarupa, li tant jixxennqu għalihom is-sensi. Il-Katha Upanishad jagħtina eżempju ta’ karozzin li fuqu riekeb passiġġier. Immexxi millkuċċier li juża r-riedni sabiex jiddirieġi ż-żwiemel. Jekk il-kuċċier ma jikkontrollax ir-riedni, iż-żwiemel jitħawdu u jmorru kull fejn jixtiequ. Il-karozzin jirrappreżenta l-ġisem, ir-riedni jirrappreżentaw ilmanas, iż-żwiemel huma l-għaxar sensi, il-passiġġier hu l-Jiva. Id-destinazzjoni hu l-atman li qatt ma jintlaħaq jekk il-kuċċier ikun deluż, fis-sakra għallakkwisti u l-pjaċiri. Sabiex il-buddhi jkun jista’ jiddelibera, jeħtieġ li jkun kalm, miġbur, fi stat sattviku mingħajr tfixkil mill-manas. Sabiex il-buddhi jħaddem il-vivek jeħtieġ li l-manas ikun pur fi stat nadif u fil-paċi. Jekk ilbuddhi ma jkunx fil-libertà li jiddixxerni bil-kwiet, ma jikkontrollax tajjeb il-manas u lanqas is-sensi. Tinħoloq konfużjoni u l-jiva jibqa’ jdur u jagħqad fuq il-karozzin maqbud fir-rota ta’ samsara.
© 2021 C.J. Muscat
86 88
Ekam EkamSat Sat
Chitta Vritti
Impressjonijiet li jxekklu Chitta hu wieħed mill-erba’ aspetti ta’ antahakarana. Kelma ekwivalenti ma nsibux għal chitta. L-aktar viċin il-kelma ngħidu sentiment jew memorja. Chitta tista’ tmur ’il barra kif espressa milljien. Bil-Malti ngħidu sentiment ta’ mħabba, sentiment ta’ fidi. Chitta tista’ tmur ukoll ’il ġewwa, lejn konoxxenza elevata, espressa minn kwalitajiet interni ta’ bhakti u shanti. Rishi Patanjali jgħidilna li l-Yoga tinnewtralizza s-sentimenti, aktar milli teqridhom, Yogas chitta vritti nirodha. Bil-prattika tal-Yoga wieħed jesperjenza l-kurrenti vritti qawwija ta’ xewqat, ġibdiet u sentimenti, bħala wiċċ imqalleb taloċean. Fil-ġisem tal-bniedem, chitta tinsab fil-qalb. Bil-Malti ngħidu ‘sentimenti tal-qalb’, ‘għandu qalbu sentimentali ferm’, ‘sentimenti ta’ ferħ’ u oħrajn. Chitta vritti huma spjegati fil-Yoga Sutra ta’ Rishi Patanjali bħala mewġ, ċaqliq li jillimitaw, impressjonijiet distorti li jxekklu milli wieħed jipperċepixxi l-verità dwar id-dinja kif ukoll il-verità dwaru stess. Il-mewġ, iċ-ċaqliq tal-vritti ta’ chitta jista’ jkunu kemm ta’ ferħ kif ukoll ta’ niket, ta’ biża’. Dawn itellfu milli tagħraf u tesperjenza l-verità. Il-prattika tal-Yoga tgħin sabiex chitta vritti jikkalmaw u jonqsu tant, sabiex tintlaħaq l-esperjenza tal-jivatman. 87 89
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Ahamkara
Il-jien maħluq Ahamkara, kelma li toħroġ mill-għerq aham bilMalti ‘jien’ marbuta ma’ kara li tfisser ‘maħluq’. Ahamkara qed tirreferi għall-‘jien maħluq’. Bilprattika tal-Yoga nibdew nifhmu aktar eżatt xi tfisser ahamkara. Terminu tas-Sanskritt Vedantiku, użat għal aktar minn tlett elef sena ilu. Wieħed mill-istrumenti interni tal-antahkarana. Dwar it-tlieta l-oħra manas, buddhi u chitta tkellimna aktar qabel ’il fuq. Il-jien maħluq, l-ahamkara jista’ jwassal għall-mibegħda, għira, suppervja. Jista’ jkun ta’ xkiel fit-triq lejn ilverità u s-sewwa. L-ahamkara jħares lejn id-dinja b’żewġ aspetti, ‘tiegħi’ u ‘mhux tiegħi’. Bi żball, lahamkara jidentifika mal-oġġetti esterni namarupa. Bi żball, il-jiva jidentifika mal-oġġetti esterni. Lahamkara jidentifika mal-ġisem u jgħid ‘dan hu ġismi’. Proprju dan hu l-iżball oriġinali li jwettaq lahamkara mat-twelid tal-ġisem. L-ahamkara, bi żball jidentifika mal-ġisem aktar milli mal-jivatman (ruħ). Iwarrab, jinsa totalment il-jivatman u bi żball jgħid ‘dan il-ġisem hu jien’. Iħossu separat, differenti millunità tal-ħajja. Meta l-ahamkara jabbina mal-memorji ta’ chitta, toħroġ ir-reazzjoni tal-jien maħluq. Lahamkara jitwieled bil-karma tal-ġisem individwali, suġġett għall-pjaċir, niket u sofferenzi. L-ahamkara, bi żball, jinsa min hu tassew. Il-jivatman josserva biss. Kull bniedem jirreferi għall-jien. F’kull bniedem jinsab il-jien. Il-jien maħluq, min hu tassew? © 2021 C.J. Muscat
88 90
Ekam EkamSat Sat
Bil-prattika tal-Yoga l-aspirant jirrealizza min hu tassew. Jitgħallem jespandi l-konoxxenza tiegħu lil hinn mil-limiti tal-jien, mil-limiti tal-ġisem. Sabiex jagħmel dan il-viveka (dixxerniment), jeħtieġ jiġi ggwidat mill-buddhi. L-ahamkara jitgħallem ikompli jiggosta jgħix fid-dinja, bla ma jkun marbut mad-dinja. Fl-istess waqt il-jivatman jesperjenza kemm ilpartikolari kif ukoll l-universali. Liberu mid-delużjoni tal-ahamkara, tal-jien maħluq, liberu mill-frugħat taddinja. Bil-prattika tal-Yoga wieħed jasal sabiex lantahakarana jiġi miġbur f’unità u armonija interna. Jinħeles mid-dubji u konflitti interni bejn il-manas, ilbuddhi, iċ-chitta u l-ahamkara. Iżda kif ser iwettaq din il-bidla tant radikali? Kif ser jasal għal esperjenza tant mixtieqa tal-verità?
Vippassana Viżjoni ċara
It-terminu bis-Sanskritt vippassana jikkonsisti minn vi li tfisser qawwi u passana li tfisser viżjoni. Ilprattika vippassana hi teknika ta’ meditazzjoni użata fil-kultura tal-Indja minn bosta sa minn żminijiet imbiegħda. Waqt il-prattika vippasana jiġi osservat issilenzju. Xejn diskors jew forom ta’ komunikazzjoni oħra. Il-manas ma jkun qed jirċievi xejn minn barra. Josserva l-ħsibijiet interni biss, xejn minn barra. Ilmanas jingħata l-opportunità li jeħles minn imbarazz antik li jkun xkiel, ostakolu bla bżonn. 89 91
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Waqt il-prattika vippassana ma jkollok ebda materjali sabiex tikteb, tisma’ xi mużika jew tikkuntattja d-dinja esterna. Ma jsir ebda talb għal aktar xewqat. Waqt il-prattika tal-vippassana jeħtieġ li jiġu eliminati d-distrazzjonijiet. Jeħtieġ li jiġi kkultivat ambjent intern adattat għall-osservazzjoni interna, manana riflessjoni interna. Fl-ewwel ftit ġranet wieħed tajjeb josserva n-nifs naturali. Il-Yoga tqis kemm innifs hu viċin ferm tal-manas sabiex jikkalma, ikun miġbur għall-prattika tal-vippassana. Id-dinja tippreżenta bosta distruzzjonijiet li jfixklu l-attenzjoni tal-manas. Il-bniedem qiegħed jagħmel użu xejn tajjeb mit-teknoloġija ċibernetika li jista’ jkun mod ieħor distruttiv u tossiku għall-manas. Ċertament li l-prattika vippassana mhix magħrufa minn bosta. Il-valur tal-manas għadu mhux tant apprezzat. Tajjeb li tibda minn ftit minuti ta’ prattika kuljum u ttawwal il-ħin bl-aktar mod naturali u komdu għalik. Osserva u identifika xi jwasslek li tħoss tensjoni u niket. Tippruvax telimina, tisforza jew twaqqaf ilħsibijiet. Osserva l-attività mentali biss. Il-manas jitgħallem josserva bil-kalma u xejn ma jiddisturba lkwiet. Waqt vippassana, titgħallem waħdek kif tbiddel id-drawwiet negattivi tal-manas. Titgħallem kif tikkultiva aktar drawwiet tajba u mhux distruttivi. Bilpaċenzja u persistenza miegħek innifsek tasal biex taġixxi fil-ħajja b’aktar mod trankwill u razzjonali. Bl-osservazzjoni tan-nifs, bl-osservazzjoni talmanas, bl-osservazzjoni tal-ġisem, tinduna kemm kollox fil-kożmos jinbidel, kollox tranżitorju, kollox jagat mitya. Titgħallem waħdek kif tkun impenjat filħajja b’aktar kalma. © 2021 C.J. Muscat
90 92
Ekam EkamSat Sat
Titgħallem tikkultiva attitudni bla estremi, la negattiv estrem u lanqas attitudni pożittiva esaġerata. Titgħallem waħdek tagħraf kollox kif verament hu. Tibda tirrelata fil-ħajja b’aktar imħabba sinċiera, bilkalma u b’rispett. Mhux faċli tneħħi d-drawwiet, ilvritti li jkunu suxxettibbli għan-niket. Filwaqt li tosserva l-manas, titgħallem waħdek kif tkun paċenzjuż. Matul l-ewwel tentattivi li tosserva n-nifs, tinduna b’kulma għandu jippreżentalek il-manas. Tiskopri listi sħaħ ta’ xewqat, memorji antiki, proġetti mhux konklużi, diżappunti. Aktar ma taħrab min-nuqassijiet tal-passat, aktar tħossok anzjuż, titlef il-paċenzja, tkun qed iżżid inti stess is-sofferenzi. Osserva kull ħsieb fis-skiet. Yogananada jgħidilna li meta l-aġir ma jsegwix iddharma, tkun inti stess li tiġġudika lilek innifsek. Tkun inti stess li tħallas ta’ għemilek. Waqt il-mumenti ta’ meditazzjoni tibda tisseddaq bil-paċenzja u bilpersistenza. Min jipprattika, jitgħallem josserva lvasanas, tendenzi tal-manas. Jitgħallem fil-ħajja jirrelata bil-għaqal aktar milli bl-impulsi. Fuq kollox jistabbilixxi relazzjoni aktar ta’ fiduċja mal-aktar persuna importanti fil-ħajja, fiduċja fih innifsu. IlBhagavad Gita tfakkarna li ‘Inti biss l-aqwa ħabib tiegħek innifsek. Inti biss l-akbar għadu tiegħek innifsek’. Vippassana tgħinek tagħraf ir-realtà kif inhi. Meta tidra tapplika din il-ħila, tibda tafda dak li tosserva int stess. Wara tul ta’ żmien, żgur li ma tabbandunax din il-prattika għax tinduna min int tassew. Il-Bhagavad Gita tgħidilna li min għandu viżjoni tajba, jara tajjeb. 91 93
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
L-aħjar li tkun iggwidat minn persuna matura fil-prattika tal-vippassana. Ikun ferħan bil-progress tiegħek, bla ma jfittex xejn merti. Bosta qed jakkwistaw kwalifiki fuq il-karta sabiex jgħallmu lYoga, sempliċement għall-akkwist finanzjarju. Jeħtieġ tipprattika regolari, l-aħjar fi grupp ċkejken satsang. Ilprattika tal-Yoga hi teknika ferm antika, ferm affidabbli. Ilha tiġi pprattikata minn bosta fl-Indja, sa minn żminijiet imbiegħda. Ix-xjenzi qed jitgħallmu u japprezzaw ferm it-teknoloġija tal-Yoga. Il-prattika tal-vippassana mhux vjaġġ intellettwali iżda esperjenza personali tiegħek innifsek.
Dharma
- It-triq tas-sewwa Il-Veda tkellimna dwar id-Dharma. Kelma li ġejja mill-għerq dhri li jfisser iżżomm flimkien, tgħaqqad, tirfed, issostni. Kelma qrib nistgħu ngħidu liġi eterna, dawk il-prinċipji eterni li jsostnu l-kożmos, in-natura, il-ħlejqiet, il-bnedmin, l-univers. Il-Veda titkellem fuq Sanatan Dharma. It-terminu Sanatan jindika dak li m’għandux bidu, Anandi. Kif ukoll anantha, dak li m’għandux tmiem. Dharma nifhmu dak li hu naturali, mhux magħmul mill-bniedem, dak li hu minn dejjem u etern. © 2021 C.J. Muscat
92 94
Ekam EkamSat Sat
F’ebda lingwa ma nsibu kelma waħda għallkelma Dharma. Kliem ieħor li flimkien jipprova jfisser Dharma huwa ordni, armonija, doveri, it-triq tas-sewwa, tal-verità. Dharma ma tfissirx reliġjon, fidi, twemmin, kredu jew domma. Dharma hi mod ta’ ħajja, gwida li toffri viżjoni wiesgħa ta’ kif wieħed jgħix, bla ebda inklinazzjoni ta’ ideoloġija jew istituzzjoni reliġjuża li torbot. Dharma tinkludi u tirrispetta kull mod ta’ ħajja. Ma teskludi l-ebda twemmin. Tajjeb insemmu xi punti oħra sabiex nippruvaw nifhmu aħjar il-kelma Dharma: • Tinkludi l-partijiet kollha, kif ukoll it-totalità ta’ kollox. • Imħabba f’kulħadd, ma teskludi lil ħadd. • Iċċentrata fuq il-verità, mhux fuq illużjoni. • Bla ebda fundatur. • Mhux twemmin iżda esperjenza. • Tad-dinja, kif ukoll lil hinn mid-dinja. • Ma twaqqfet minn ebda bniedem. • Tinsab f’kulma jidher, kif ukoll tinsab f’dimenjonijiet sottili li mhumiex tant viżibbli għall-bniedem. • Xejn ma jiġi mix-xejn. • Mhix aħjar, jew alternattiva għar-reliġjonijiet. Ma teskludi l-ebda twemmin. • Kienet minn qabel kull reliġjon, filosofiji jew liġijiet imwaqqfa mill-bniedem. 93 95
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Sri Aurobindo jgħidilna li Dharma tirregola lenerġiji kollha li jeżistu. Tinkludi l-konoxxenza, tinkludi l-eżattezza f’kollox, eżattezza fil-ħsibijiet, flgħarfien, eżattezza ta’ kull attività li jwettaq ilbniedem. Dharma ma tfissirx biss li nwettqu lazzjonijiet tagħna b’mod etiku u morali. L-aspett sempliċi u prattiku ta’ Dharma jinqasam fi tnejn. Għemil tajjeb, dharma li wieħed għandu jwettaq. Għemil xejn tajjeb jew inqas tajjeb, adharma li wieħed għandu jaħrab li jwettaq. Tixbiha sabiħa tgħidilna li Dharma hi bħal siġra tal-frott. L-għeruq huma l-Veda u l-Vedanta. Iz-zokk hu simbolu tal-esperjenzi mistiċi ta’ diversi Rishi. Ilfriegħi jirrappreżentaw diversi espressjonijiet ta’ twemmin. Il-frott ta’ kull daqs u għamla huwa l-bosta reliġjonijiet. Diversi studjużi jsostnu li Dharma hi l-eqdem fost it-tradizzjonijiet li għadhom jiġu pprattikati sal-lum. Bosta reliġjonijiet żviluppaw ferm wara, adattaw listess tagħlim taħt ismijiet u forom differenti. Rishi Jaimini jgħidilna li Dharma huwa dak kollu li tfisser il-Veda sabiex twassal għall-ogħla tjubija.
© 2021 C.J. Muscat
94 96
Ekam EkamSat Sat
Avidya u Vidya
Żewġ tipi t’Għarfien L-Upanishad jitkellmu fuq Avidya kif ukoll fuq Vidya. L-għarfien avidya jiddependi fuq il-perċezzjoni tas-sensi, perċezzzjoni duwalista. L-Upanishad jitkellmu l-aktar fuq Vidya, għarfien li s-sensi ma jarawx. Jitkellem fuq l-għarfien dirett tal-Konxju Universali – Atman. L-għarfien Avidya hu nieqes millgħarfien tal-Atman, għalhekk meqjus bħala għarfien li jinjora l-Atman. Meta ngħidu għarfien fil-ħajja ta’ kuljum nifhmu b’termini materjali. Mhux faċli nifhmu lgħarfien intuwittiv, spontanju, mingħajr l-użu tassensi. L-għarfien Vidya hu għarfien imdawwal, diffiċli tispjegah bil-kliem. L-għarfien avidya jiġi akkwistat mill-manas, permezz tas-sensi. Is-sensi dejjem jiġru ’l barra sabiex jiġbru d-dejta, l-ikel, l-informazzjoni mirrealtà viżibbli. Meta jseħħ il-kuntatt bejn is-sensi u loġġetti li jinsabu fid-dinja, ta’ kull forma u isem namarupa, il-moħħ jinterpreta duwalità, jinterpreta diviżjoni. Proprju għalhekk avidya, għaliex huwa għarfien nieqes mid-dawl ta’ vidya. It-tagħlim li wieħed jakkwista mill-qari talVeda nieqes minn esperjenza diretta tal-Atman ikun għarfien avidya. Diversi għalliema jgħidulna li bilkotba biss mhux possibbli jkollna vidya, l-għarfien sħiħ. Isostnu li aktar faċli wieħed, b’moħħ safi, jidħol fi stat ta’ sadhana – esperjenza diretta mal-Atman, milli moħħ mgħobbi b’kunċetti, akkwisti, teoriji li jwasslu għal esperjenzi ta’ niket, ftit ferħ, jispiċċaw fix-xejn. 95 97
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Rishi Shankaracharya jgħidilna li l-bniedem ma jarax ir-realtà kompluta, kif inhi. Il-Yoga tiddirieġi lmanas sabiex il-perċezzjoni tkun aktar iffukata u bla disturbi. Tnaqqas id-difett tal-avidya sabiex il-menti jaġixxu b’mod korrett. Il-perċezzjoni avidya tas-sensi toskura ċ-ċarezza tal-moħħ. L-għarfien avidya jidentifika l-aham (il-jien maħluq) mal-ġisem. B’suppervja, bi żball, jeskludi, iwarrab lill-jivatman. Għarfien avidya jista’ jferraħ kif ukoll itaqqal il-moħħ bin-niket. Jeħtieġ li bil-prattika tal-Yoga, is-sensi kif ukoll il-manas, fil-waqtiet talmeditazzjoni, jirtiraw minn kull xewqa u minn kull attività. Jeħtieġ li aham, jiskot. L-unika xewqa tkun li jagħraf min hu tassew. Dan hu l-għarfien vidya meta laham jistenbaħ u jinduna bil-verità. Dan hu stat li jintlaħaq biss minn Jivanmukti. L-Upanishad isostnu li kemm avidya kif ukoll vidya għandhom l-istess importanza fil-ħajja. Iddixxiplina avidya ssaħħaħ il-ġisem, tippurifika l-manas u b’hekk id-dixxiplina vidya tagħraf l-Atman. Kull individwu jeħtieġ li jagħraf hu stess l-ogħla skop li jixtieq jilħaq, ma jistenna xejn minn ħaddieħor. LUpanishad ifakkru li Brahman mhux xi oġġett li jistgħu jifhmu s-sensi tal-ġisem u lanqas bil-moħħ. Ilvidya hu l-ogħla għarfien. Avidya huwa għarfien akkwistat minn kuntatt bejn l-oġġett u l-jien. Għarfien ta’ realtà duwalista. Avidya jittratta għarfien dwar Saguna Brahman. Filwaqt li Vidya huwa għarfien fejn la hemm oġġett u lanqas hemm il-jien. Vidya huwa għarfien mingħajr ebda distinzjoni bejn l-oġġett u l-jien. M’hemm ebda duwalità. L-għarfien Brahman Vidya hu għarfien dwar Nirguna Brahman. © 2021 C.J. Muscat
96 98
Ekam EkamSat Sat
Vidya huwa dehen li jittraxxendi ’l fuq minn aham, ’il fuq mill-oġġetti li għandhom forma u isem. Imur lil hinn minn kull dwaita, minn kull duwalità. Wieħed jeħtieġ li jmur lil hinn mill-organi ta’ perċezzjoni. Imbierek il-bniedem li jara bla għajnejn u jisma’ bla widnejn. Ikun tassew esperjenza l-Brahman f’din il-ħajja. Fi stat ta’ duwalità fil-ħajja normali, mhux possibbli li wieħed jiddeskrivi esperjenza ta’ Brahman. Waqt il-meditazzjoni bil-prattika tal-pratyahara, issensi jirtiraw u sseħħ esperjenza ta’ unità samadhi tant mixtieqa minn kull aspirant. Wara l-meditazzjoni, mhux possibbli li tiftakar jew tiddeskrivi l-esperjenza tant profonda. Dan hu l-paradoss ta’ esperjenza mistika.
Shanti-mantra Sejħa għall-Paċi
L-Upanishad inkitbu bil-forma ta’ djalogi bejn l-għalliem u l-aspirant li resaq viċin biex jitgħallem. Bejn il-guru u x-shishya. Il-kelma guru bis-Sanskritt tikkonsisti minn żewġ partijiet – gu li tfisser tneħħi jew tkeċċi. It-tieni parti – ru tfisser mudlam. Il-kelma guru tfisser dak li jneħħi d-dlam, dak li jurik id-dawl. Insibu li fost bosta mill-Upanishad ma jissemmiex l-isem talguru u lanqas l-isem tax-shishya li talab biex jitgħallem l-għarfien fuq Brahman. 97 99
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
It-tagħlim Brahma Vidya jibda mal-ewwel. Dan hu tagħlim dwar l-Għarfien ta’ Brahman. Meta wieħed isegwi l-mistoqsijiet u t-tagħlim, jibda jifhem aħjar ittagħlim tal-Brahman Vidya li jinsab f’diversi Upanishad. Kull Upanishad jibda bil-mantra għallpaċi – shanti-mantra. Il-mantra għall-paċi tvarja skont l-Upanishad u titkanta mill-guru u x-shishya flimkien qabel jibda d-djalogu bejniethom. Tajjeb induqu waħda minn dawn l-għanjiet tant sbieħ li tinsab flUpanishad ta’ Shukla Yajurveda: Om saha nāvavatu, saha nau bhunaktu, saha vīryaṁ karavāvahai, tejasvi nāvadhītamastu, mā vidvisāvahai. Om shāntiḥ shāntiḥ shāntiḥ Om. Kemm l-istudent kif ukoll l-għalliem ikunu protetti. It-tnejn nirċievu l-enerġija tant meħtieġa. Naħdmu flimkien bil-ħeġġa kollha. Sabiex dak li qed nitgħallmu jkun ta’ fejda. Sabiex ma jkun hemm xejn li jifridna. Om – Paċi – Paċi – Paċi – Om. Om, l-intonazzjoni AUM, simbolu tar-Realtà Suprema. Isawwab barka lil kull min qed ifittex Jnana, l-għarfien traxxendentali.
© 2021 C.J. Muscat
98 100
Ekam EkamSat Sat
Saha nāvavatu, talba ta’ protezzjoni għall-guru kif ukoll għax-shishya. It-tnejn jeħtieġ li jkunu f’saħħithom sabiex ma jkunx hemm xkiel għat-tagħlim u l-istudju. Jeħtieġu wkoll saħħa mentali sabiex ikun hemm attitudni nobbli bejn min qed jgħallem u min qed jitgħallem. Saha nau bhunaktu, sabiex it-tnejn flimkien jibbenefikaw mill-proċess tat-tagħlim kif ukoll jibbenefikaw mill-frott tal-għarfien. Saha vīryaṁ karavāvahai, sabiex ikun hemm rieda qawwija mit-tnejn, jeħtieġ li jsir sforz sabiex l-għarfien vidya jkun ikkomunikat tajjeb u jkun hemm il-veru ferħ tat-tagħlim. Tejasvi nāvadhītamastu, sabiex l-għarfien ikun qawwi u brillanti. Dan ifisser li l-għarfien vidya jittrasforma, itejjeb il-ħajja u jeħles minn kull niket. Min jirċevih iħoss tassew li hu ānanda-svarūpaātman, li hu stess inkarnazzjoni tal-ferħ. B’hekk tkun seħħet tassew it-trasformazzjoni tal-għarfien li jista’ jiġi applikat fil-ħajja. Mā vidvisāvahai, sabiex ma jkunx hemm nuqqas ta’ ftehim bejn l-għalliem u l-istudent. Ikun hemm relazzjoni ta’ rispett u mħabba. Nuqqas ta’ ftehim iwaqqaf il-proċess ta’ trażmissjoni tal-għarfien. Om shāntiḥ shāntiḥ shāntiḥ. L-invokazzjoni għallpaċi, paċi, paċi, tingħad tliet darbiet. 99 101
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-bniedem suġġett għal diversi tfixkil kemm minn forzi mistennija kif ukoll tfixkil minn forzi moħbija, kemm minn ġewwa fih stess, kif ukoll minn barra. Tfixkil minn forzi viżibbli jista’ jkun gwerer, rewwixti, protesti vjolenti u oħrajn. Tfixkil minn disturbi moħbija jista’ jkun terremoti, għargħar, diżgrazzji naturali oħra. L-akbar tfixkil iseħħ minn ġewwa. Nuqqas ta’ fiduċja fl-imgħallem, nuqqas ta’ fiduċja fittagħlim tal-Upanishad. Mingħajr fiduċja kull tagħlim mitluf. Shanti-Mantra tista’ tiġi applikata fil-ħajja bisskiet, fejn hemm relazzjoni bejn tnejn u aktar.
Guru – Shishya
- Rispett bejn l-imgħallem u l-aspirant Min jersaq viċin il-guru biex jitgħallem jissejjaħ shishya aspirant. Matul iż-żminijiet sa minn qabel listorja miktuba, diversi Rishi-guru fl-Indja jgħaddu lgħarfien vidya lill-aspiranti tal-Yoga, ġenerazzjoni wara l-oħra, bil-kelma tal-fomm. Guru Shishya Parampara hi tradizzjoni użata fil-kulturi tal-Indja. Jnana, l-għarfien hekk kien jiġi trażmess qabel ma beda jiġi mniżżel bil-kitba għall-ġenerazzjonijiet ta’ wara. Fil-prattika jingħad li min kien jersaq biex jitgħallem l-aspirant kien jgħix regolarment mal-guru. L-għarfien jnana (gnana), kien jiġi trażmess bejn guru u shishya, fuq livell emozzjonali, intellettwali kif ukoll intuwittiv. © 2021 C.J. Muscat
100 102
Ekam EkamSat Sat
L-użu tal-kelma ‘għarfien’ u ‘għerf’ applikabbli għal preċiżjoni duwalista. Ma jirriflettux il-kelma Sanskritt jnanam. Il-guru jiggwida aktar milli jgħallem lill-aspiranti matul il-mogħdija tal-għarfien. L-istudent jeħtieġ ikun ubbidjenti u devot lejn il-guru. Ir-rispett lejn il-guru hu ferm magħruf fil-kultura tal-Indja. Issuċċess li għamlu diversi persuni fl-istorja tal-Indja kien iseħħ b’dan il-mod ta’ guru-shishya parampara. Fil-kultura tal-Indja, il-guru meqjus bħala dak li juri ttriq tad-dawl. Mhux kif qed jiġi meqjus fi żminijietna bħala ‘espert’ jew ‘konsulent’ f’xi qasam temporali ajnana. Ir-relazzjoni ta’ guru-shishya hi relazzjoni ta’ rispett fuq livell t’għarfien traxxendentali vidya. Relazzjoni mhux daqstant fuq livell akkademiku avidya. Il-kelma guru bis-Sanskritt tfisser litteralment tqil, mgħobbi, jew venerabbli. Fit-tradizzjoni Hindu Dharma, il-kelma guru tfisser għalliem mgħobbi bl-għarfien jnanam, rispettat bid-devozzjoni, jiggwidak u jurik id-dawl tal-Verità. Il-mixja mal-imgħallem tibda minn asat għal dak li hu sat. Tibda minn dak li hu apparenti għal dak li hu permanenti. Tibda minn dak li hu avidya għal dak li hu vidya. Tibda minn dak li hu partikolari għal dak universali. Tibda minn dak li hu viżibbli għal dak li hu inviżibbli. Tibda minn dak li hu temporali għal dak li hu etern. Il-mixja tkun fid-dawl tal-eżistenza sat, titbiegħed mid-dlam tal-asat. Tħalli warajk il-frugħat tal-ħajja. Tersaq lejn il-quċċata ta’ esperjenza unittiva. Il-ħajja tkun sempliċi u nobbli tassew. 101 103
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-guru ma jżommx lill-aspirant miegħu. Jibagħtu waħdu sabiex jgħallem u jkun ta’ għajnuna, hekk kif għamel hu stess miegħu. L-aspirant jirrinunzja lill-guru stess li ggwidah. Jagħraf il-guru suprem, jagħraf il-jagatguru li jinsab fil-ħolqien, fl-univers u ġewwa l-qalb ta’ kull bniedem. Fit-triq tal-Vedanta jitfaċċaw għalliema xejn ġenwini. Kif ser tiżen min hu guru ġenwin u min qed iqarraq? Skont l-iskop li għandu l-aspirant, jitfaċċa għalliem adattat. Meta persuna jkollha xewqat imħallta x’aktarx jiltaqa’ ma’ għalliem b’intenzjonijiet imħallta. Kif ser tinduna min hu ġenwin? Min qed iqarraq? Tajjeb naraw ftit xi elementi li wieħed għandu josserva sabiex ma jkunx imqarraq minn dawk li jipproklamaw lilhom infushom guru. Kif ser tiżen min hu guru ġenwin u dak dilettant? Tajjeb naraw xi karatteristiċi ta’ guru ġenwin u ta’ guru dilettant: • Min hu dilettant, jagħżel titlu hu stess. Min hu ġenwin ma jfittixx titli jew fama. • Min jippoża ta’ guru, l-imġiba tiegħu tkun differenti minn kif jitkellem. • Min hu ġenwin tinduna mill-imġiba tiegħu, jittratta lil kulħadd l-istess. • Min mhux ġenwin ifittex biss kemm ser jakkwista għall-ħin li tkun miegħu. • Min hu ġenwin ma jrid xejn, ħlief li jarak ferħan u tkun qed ittejjeb ħajtek. • Min jagħmilha ta’ guru ma jaċċettax kritika, iħossu insultat u ma jkomplix miegħek. © 2021 C.J. Muscat
102 104
Ekam EkamSat Sat
• Min hu ġenwin lest li jisimgħek u jitgħallem mingħand kulħadd. • Min jagħmilha ta’ guru jiftaħar kemm kapaċi jwettaq għeġubijiet. Ikun fiċ-ċentru tal-folla, imdawwar mill-kotra. Jgħidlek x’m’għandekx tagħmel aktar milli jgħidlek x’tista’ tagħmel. Jirrendik dipendenti fuqu, mingħajru tħossok mitluf. • Min hu ġenwin jurik il-kif, il-prattika sabiex tespandi l-konoxxenza u tibqa’ miexi fil-ħajja bla ma tiddependi fuq ħadd. • Min hu ġenwin, osserva l-mod kif jgħix. Tinduna li l-mod ta’ ħajja li jgħix jaqbel ma’ dak li jgħidlek tagħmel hekk kif jagħmel hu stess. • Min jagħmilha ta’ guru, aktar ikun jinteressah x’ser jakkwista mingħandek, milli x’ser joffri lilek. • Guru ġenwin ifittex biss li jagħti t-tagħlim siewi għall-ħajja. Ma jwiegħdek xejn, iħeġġek sabiex timxi t-triq tas-sewwa bla ma tiddependi fuq ħadd. Bosta individwi qed jiskopru l-Yoga, qed ibigħu l-yoga bħala prodott ieħor fis-suq. Qed jiżdiedu lkorsijiet/irtiri sabiex wieħed jiżviluppa kapaċitajiet materjali, kapaċità li tattira popolarità, aktar dħul finanzjarju. L-iskop hu li jissodisfa l-ewwel tliet għanijiet li semmejna fil-purushartha. Min hu ġenwin jitkellem biss fuq moksha, kif twessa’ lkonoxxenza lil hinn minn artha, kama u dharma. Guru ġenwin jitfaċċa f’ħajtek meta tkun verament ippreparat u lest li timxi t-triq tas-sewwa. 103 105
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Shadshampat
Shama, Dama, Uparati, Titiksha, Shraddha, Samadhana Ir-Rishi jgħidulna li l-qofol tal-purifikazzjoni tal-manas tiġi fis-seħħ bil-prattika ta’ sitt virtujiet. Importanti ferm li qatt ma tabbanduna l-virtujiet. Jeħtieġ li l-manas jiġi kkultivat u msaħħaħ. L-iżvilupp ta’ kuxjenza sensittiva, ammirazzjoni għat-tajjeb u għal dak li hu nobbli huma ferm importanti għal żvilupp ta’ manas pur u sattviki. Ir-Rishi jenfasizzaw il-prattika ta’ Shadshampat li jwasslu għall-Jnana Yoga. Sitt virtujiet ikkonsidrati flimkien, intenzjonati li jseddqu dixxiplina mentali. Dawn huma: Shama, Dama, Uparati, Titiksha, Shraddha, Samadhana. Shama - serenità mentali tiġi kkultivata billi jitnaqqsu l-vasanas (tendenzi) u xewqat intrinsiċi. Ilmanas jikkwieta fil-qalb, mhux jiġġerra ’l barra kull fejn imorru s-sensi jfittxu l-oġġetti senswali. Shama hi ferm importanti, iżda ferm diffiċli. Ilmanas jiggwida l-għaxar sensi. L-aspirant jeħtieġ jikkultiva shama bil-prattika kontinwa tal-Yoga. Jeħtieġ ifittex biss l-oriġini ta’ kollox. L-għaxar sensi jkunu kkontrollati jekk il-manas ikun stabbilit f’serenità mentali. Dama - kontroll tas-sensi. Il-ġisem hu t-tempju tal-Atman. Jeħtieġ li jinżamm b’saħħtu billi s-sensi jkunu ggwidati tajjeb. Il-kontroll tas-sensi jibda millmanas, mhux bis-swat tal-ġisem jew miżuri ħarxa u perikolużi għas-saħħa tal-ġisem. © 2021 C.J. Muscat
104 106
Ekam EkamSat Sat
L-abbuż tas-sensi, l-użu ħażin tas-sensi jwasslu għal sofferenzi. L-użu għaqli tas-sensi jseħħ meta lmanas ma jħallix is-sensi jiġġerrew bla kontroll wara oġġetti sesswali, bħal wieħed fis-sakra qed isuq bladdoċċ. Uparati - il-manas jastjeni minn kull xewqa li tfittex il-pjaċir tas-sensi. Stat li jintlaħaq wara l-prattika ta’ viveka, vairagya, shama u dama. Meta l-menti jiffunzjonaw mingħajr dipendenza fuq l-oġġetti esterni. Uparati hu stat li jkun iffoka fuq il-prattiki ta’ shravana, shrutis, manana, nididhyasana, brahma sadhana. Titiksha - persistenza, li tissapporti b’dak kollu li tibgħat il-ħajja; pjaċir u wġigħ, sħana u bard, niket u ferħ, dlam u dawl, bla ma tkun anzjuż, bla ma tgerger. Kull fejn hemm il-ħajja hemm il-pari opposti. Il-bniedem għaref ma jgerger qatt. Jagħraf kif jirrelata mal-konoxxenza moħbija f’qalbu, li mhix suġġetta għal pari opposti. Jaċċetta l-ħajja kif tiġi u jħares lejn kull fenomenu tal-ħajja bl-għaqal u lpaċenzja. Jara biss l-intelliġenza tan-natura u japprezza r-regoli li jiggwidaw id-dinja. Titiksha bbażata fuq dan l-għarfien. Shraddha, fiduċja bbażata fuq kunfidenza, raġunament, evidenza, fiduċja fit-tagħlim tal-Veda u fuq kollox esperjenza diretta tal-verità. Shraddha mhix fidi għamja, li tħallik fid-dubji. 105 107
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Fidi għamja toħloq nuqqas ta’ fiduċja. Meta lfidi tkun instabbli, jinħolqu bosta dubji. L-individwu jfittex toroq oħra kif qed jagħmlu bosta fostna. Shraddha hi fidi perfetta, ferm importanti sabiex laspirant ikompli miexi fit-triq tas-sewwa. Samadhana - attenzjoni bbażata fuq shama, dama, uparati, titiksha u shraddha. L-attenzjoni tal-manas jeħtieġ tkun biss fuq l-Atman. Sri Shankaracharya jgħidilna li meta l-manas ikun okkupat fuq shravana, manana u nididhasana, kull meta s-sensi jimirħu fuq l-oġġetti senswali, ilmanas ma jsib xejn utili. Terġa’ tirritorna ’l ġewwa pratyahara sabiex tkompli bi shravana, manana u nididhasana. Dan ir-ritorn ifisser samadhana. L-aspirant ikun ħieles minn kull ansjetà fost in-niket u s-sofferenzi tal-ħajja. Xejn ma jiddisturbah, ma jintrabat ma’ xejn li toffrilu d-dinja. Dejjem fil-kwiet u l-paċi. M’għandux bżonn ikun maqtugħ mid-dinja. Jipprattika l-yogatapasya, jgħix ħajtu fost ilkonfużjoni ta’ madwaru bla ma jxekklu xejn. Din verament samadhana bilanċ f’kull sitwazzjoni tal-ħajja.
© 2021 C.J. Muscat
106 108
Ekam EkamSat Sat
Ir-Realtà Eterna
Mhix suġġetta għall-opinjoni
Bħala bnedmin niffurmaw opinjoni dwar persuni, oġġetti, pajjiżi, aħbarijiet. Nieħdu pożizzjoni bbażata fuq diversi opinjonijiet li fassalna millimpressjonijiet li ħadna, bil-ħsibijiet tagħna stess kif ukoll fuq opinjonijiet ta’ ħassieba oħra. Il-perċezzjoni tal-bniedem hi duwalista. Naraw aktar aberrazzjoni tarrealtà milli l-unità tar-realtà. Bħala bnedmin nikkonkludu u nesprimu l-opinjoni dwar kif għandhom ikunu l-affarijiet, jew kif m’għandhomx ikunu, dwar x’jeħtieġ iseħħ. Opinjoni tista’ tkun tajba jew inqas tajba. Tista’ tiġi mibdula skont il-bżonnijiet taż-żmien u l-fehma ta’ dak u tal-ieħor. B’sempliċi opinjoni naqbżu għall-konklużjoni u ngħaddu ġudizzju. Il-moħħ kontinwament jirreaġixxi skont dak li jinfurmawh is-sensi. Is-sensi mhumiex tant tenibbli. L-Upanishad ixebbhu s-sensi ma’ ħames persuni mixjin fid-dlam. Jaħbtu ma’ oġġett kbir. Iduru miegħu sabiex jifhmu x’inhu. Min qal siġra, ieħor qal minfaħ kbir, ieħor sostna li dan imrewħa, ieħor qal li ħabel, u l-ħames aċċerta li dan l-oġġett magna tiċċaqlaq. Għadda persuna li kellu lampa f’idejh u kif uriehom id-dawl indunaw li dak l-oġġett kien iljunfant. Diversi xjenzati, filosofi, jippruvaw jifhmu r-realtà. Donnu li għad hemm ħafna aktar riċerka li jeħtieġ issir f’kull qasam. Brahman tant hu sempliċi fil-kobor, li jinsab fil-bniedem, iżda l-bniedem ma jagħrfux.
107 109
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Skont il-kwalità tal-manas ikun ir-riżultat li opinjoni tesprimi u tinfluwenza lil ta’ madwar. Mitt bniedem mitt fehma. L-opinjoni tinbidel skont il-kulur tal-viżjoni mentali. Menti mdawla jaraw tajjeb. Menti aġitati jaraw differenti. Menti mdallma jaraw imċajpar. Għalkemm opinjoni hi meħtieġa, aktarx li dejjem toħloq xi dubji. Diversi kienu li imponew l-ideat, l-opinjonijiet, largumenti, l-interessi personali fost il-popli. Opinjoni biż-żmien tinbidel u tinbet opinjoni differenti. Meta tiġi aċċettata tieħu xeħta ta’ twemmin popolari li mażżminijiet jista’ jinbidel. Il-moħħ jinħakem minn proċess ta’ opinjonijiet diversi. Opinjonijiet li jippruvaw jikkonvinċu, jimponu fuq ħaddieħor xewqat imbuttati minn interess personali. Joħolqu sensiela ta’ konflitti u problemi ġodda. Kulħadd iħares skont ilperċezzjoni, skont in-nuċċali kkulurit, skont l-opinjoni personali tiegħu, kif jifhimha hu. Ir-rota dejjem iddur, l-istorja tirrepeti u tikkonferma li kollox jinbidel, xejn ċert. Li wieħed isostni li dak li jgħid hu, għandu jiġi applikat, hi l-bażi sabiex jagħmel suċċess fil-politika. Li wieħed isostni għaqda filkomunità u armonija fid-diversità anke fejn hemm diverġenzi ta’ opinjoni, hi bażi etika li twassal għal titjib fost il-bnedmin. Iż-żminijiet fl-istorja jixhdu kemm ir-realtà tal-bniedem hi relattiva, imċajpra, tinbidel, tista’ toħloq xi ġid kif ukoll ostakli. Tista’ ttappan il-viżjoni tal-verità. Il-prattika ta’ yogadrishti hi ferm importanti. Qabel ma wieħed jesprimi opinjoni għandu jikkwieta fissilenzju, ikun liberu minn kull interessi personali, jieħu nifs u jgħodd sal-mija qabel jitkellem. © 2021 C.J. Muscat
108 110
Ekam EkamSat Sat
Il-Katha Upanishad jgħidulna li Brahman mhux possibbli li jkun irrealizzat bl-istudji, bl-intelliġenza jew bit-tagħlim. Brahman ikun irrivelat lil min ifittxu ġewwa fih stess. Min għadu mimli drawwiet ħżiena, m’għandux kontroll fuqu nnifsu, m’għandux il-paċi fih innifsu, moħħu mimli dubji, imħawwad, ma jista’ qatt jirrealizza Brahman, minkejja li moħħu mimli bittagħlim kollu tad-dinja. Ir-Realtà Eterna mhix suġġetta għall-opinjoni.
Prakriti – Purusha Il-kitbiet tal-Veda jitkellmu fuq Prakriti u Purusha sabiex jispjegaw aħjar dwar Saguna Brahman. Flimkien iwettqu kontinwament il-proċess tal-ħolqien kożmiku. It-tnejn huma eterni, bla bidu, bla tmiem bħal Brahman. Prakriti hi l-kawża materjali, ir-realtà apparenti. L-eqreb kelma bil-Malti ngħidu materja (matter). Purusha l-kawża essenzjali, mingħajr attributi. Leqreb kelma bil-Malti ngħidu konoxxenza (consciousness). Prakriti u Purusha huma ż-żewġ protagonisti tal-ħolqien kollu, il-jagat dak li jidher, moviment kontinwu, jikkonsisti minn materja u konoxxenza. 109 111
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Prakriti, fi stat bilanċjat, għandha potenzjal possibbli li tespandi u timmultiplika f’materja l-aktar fina kif ukoll f’materja l-aktar densa. Prakriti għandha potenzjal infinit, tinstab fl-iċken partiċelli. Il-materja prima prakriti li kif tiġi attivata minn purusha, jissawru l-materjali kollha namarupa, li għandhom forma u isem. Purusha hi l-kawża essenzjali li tilbes il-forom imsawra minn prakriti. Flimkien jagħmlu l-milja ta’ kollox, il-milja tal-eżistenza Saguna Brahman. Sabiex nippruvaw nifhmu Saguna Brahman, ngħidu materja prakriti u konoxxenza purusha. It-tnejn indaqs, tant meħtieġa. Brahman wieħed, m’hemmx it-tieni, kontinwament jieħu suriet diversi tal-kożmos bla tarf. Fil-bidu kien Brahman, miegħu kienet il-Kelma, u l-Kelma kienet tassew Brahman. Rig Veda Il-kitbiet tal-Upanishad ixebbhu purusha u prakriti ma’ żerriegħa moħbija ġewwa l-ħamrija, ċkejkna ferm, iżda għandha potenzjal li tittrasformah f’kobor ta’ siġra sabiħa li bosta ħlejjaq jinġabru ġolfriegħi tagħha – is-siġra tal-ħajja. Prakriti ma tistax taġixxi waħedha. Tiddependi fuq purusha, li kontinwament tosserva u tiggwida lill-prakriti. IlVedanta xxebbah lill-prakriti u ’l-purusha ma’ żewġ għasafar fuq żewġ friegħi. L-għasfur prakriti qed inaqqar, jaqbeż u jgħanni. Filwaqt li l-għasfur purusha qed josserva u kuntent isegwi l-attività ta’ prakriti.
© 2021 C.J. Muscat
110 112
Ekam EkamSat Sat
L-enerġija materjali prakriti tikkonsisti minn tliet modi – rajaguna, sattvaguna u tamaguna li flimkien jissejħu triguna. Dawn it-triguna fi stat ibbilanċjat ta’ prakriti, iżda meta jiġu attivati minn purusha, jikkombinaw bejniethom u jieħdu kull forma li fiha r-realtà apparenti. It-terminu guna jista’ jfisser attribut, kategorija, sezzjoni, kif ukoll ħajta jew ħabel. It-triguna jiffurmaw kulma jinsab madwarna flunivers, il-jagat. Jiffurmaw ukoll it-totalità talbniedem, kemm bħala ġisem sharira, kif ukoll bħala tendenzi vasana. Il-kitbiet tal-Veda jxebbhu t-triguna ma’ arazzi. Minsuġin minn diversi ħjut, ikkumbinati f’xulxin. Sabiex napprezzaw u nifhmu aħjar, it-triguna jixxiebhu mat-tliet kuluri primarji – isfar, aħmar u blu. L-artist maya jħallat bi proporzjonijiet varji dawn ittliet guna sabiex jinħolqu suriet u kuluri diversi, bla limitu. Jinħoloq dak kollu li s-sensi jistgħu jaraw u jifhmu. L-oġġetti sensibbli ta’ madwarna huma kollha minsuġa minn dawn it-tlett iħjut triguna. Dawn jistgħu jkunu f’mumenti ta’ konflitt kif ukoll f’mumenti ta’ kooperazzjoni. Dejjem jibqgħu distinti minn xulxin. Waħda biss mill-guna tiddomina fuq it-tnejn l-oħra u għalhekk tispikka l-karatteristika tal-oġġett jew ilkarattru tal-individwu. Il-guna, huma ferm sottili u fini, jistgħu wkoll jilħqu densità kruda massima. L-effetti tagħhom jistgħu jkunu materjali solidi. L-effetti jistgħu wkoll ikunu ta’ pjaċir, uġigħ, indifferenza, relattivi ma’ sattvaguna, rajaguna u tamaguna. 111 113
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Dejjem ikkombinati bejniethom u qatt ma jinfirdu minn xulxin. Dejjem f’logħba perpetwa liema guna ser tiddomina f’dak l-oġġett jew dik il-persuna. Qatt ma jista’ jkun hemm xi waħda mill-guna fi stat pur għax dejjem ikunu kkombinati mat-tnejn l-oħra. Jiffurmaw l-istrutturi kollha tal-eżistenza mill-iċken partiċelli sal-akbar muntanji. Jiffurmaw l-iċken forma ta’ ċelloli bil-ħajja sal-ikbar numru ta’ ċelloli organizzati fl-akbar kreaturi bħal baleni u ljunfanti, kif ukoll fl-istruttura tal-ġisem uman. Huma t-triguna ta’ prakriti li flimkien ma’ purusha jorbtu lill-bniedem mal-oġġetti li tant jattiraw u jixtiequ jakkwistaw. Xejn u ħadd mhu liberu mil-logħob tat-triguna f’ċiklu bla bidu u bla tmiem. Sattvaguna tattiva l-eżistenza. Rajaguna ssostni l-eżistenza. Tamaguna tbiddel leżistenza. Kollox għandu bidu, jiżviluppa għal xi żmien u jinbidel sabiex jieħu sura oħra. Jinbeda ċiklu ġdid ieħor, taħt forma differenti. Żerriegħa tinbet, tikber, tiffjorixxi, ixxerred aktar żerriegħa, timmatura, tinħeba fil-ħamrija sabiex jinbeda ċiklu ġdid ieħor. Il-guna huma tant sottili u jistgħu biss jingħarfu mis-sinjali li jindikaw l-eżistenza tagħhom stess. Għalhekk tajjeb li wieħed jifhem u jagħraf is-sinjali tat-triguna, sabiex jiddixxerni lpreżenza tagħhom f’kull stadju u livell tal-jagat, dak kollu li jeżisti. Dawn is-sinjali, jew tendenzi, jistgħu jiġu identifikati kemm fil-panchamahabhuta kif ukoll fit-totalità tal-bniedem.
© 2021 C.J. Muscat
112 114
Ekam EkamSat Sat
Il-panchamahabhuta huma l-ħames prinċipji tal-kożmos: art, ilma, nar, arja u spazju. Dawn il-ħamsa huma komposti mit-triguna, u jirrappreżentaw lelementi kollha tal-kożmos. It-tabella t’hawn taħt tipprova tispjega lpanchamahabhuta. Sattva
art
ilma
Raja
nar
Tama
arja
spazju
It-triguna jiffurmaw kull livell ta’ eżistenza minn dik l-aktar solida u densa tamaguna, sa dik l-aktar fina u sottili sattvaguna. Tajjeb naraw dan il-mudell f’termini oħra applikabbli għal personalitajiet diversi tal-bnedmin. Sattvaguna tista’ tfisser: li titwieled u teżisti, li tkun twajjeb, li tkun bniedem ta’ virtù kif ukoll tgħid u tagħmel biss il-verità. Rajaguna tista’ tfisser: bniedem attiv, karattru kkulurit u li jattira. Tamaguna tista’ tfisser: persuna li jgħid nofs verità, iqarraq, mgħobbi bil-vizzji, moħħu mdallam. 113 115
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Schrödinger fil-ktieb tiegħu Meine Weltansicht jagħmel referenza għal Mundaka Upanishad, jgħidilna li l-ħajja li qed tgħix mhix biss biċċa mill-eżistenza. Din il-ħajja hi waħda sħiħa. Mhux possibbli nifhmu lunità tal-eżistenza sħiħa b’daqqa t’għajn waħda. Dan espress fit-tradizzjoni tal-Veda permezz ta’ formula mistika li tant hi sempliċi u ċara Tat Tvam Asi. Dan hu int. Adi Shankara jfakkarna li wieħed jeħtieġ jifhem li l-Atman (Purusha) qisu bħal re, distint mill-ġisem, mis-sensi, mill-moħħ. Dawn kollha jikkostitwixxu Prakriti (il-materja). Purusha qed josserva l-għemil li twettaq Prakriti. L-Atman josserva l-għemil li jwettaq il-ġisem. John Hagelin isostni li meta l-individwi jkunu stabbiliti fil-konoxxenza universali, ikunu qed jgħixu l-unità tal-ħajja b’mod spontanju f’armonija mannatura. Din l-esperjenza tittrasforma r-realtà kollettiva. Iċ-ċiviltà umana tittrasforma f’unità waħda ta’ paċi u armonija. Il-Vedanta għandha ħafna aktar x’tgħidilna dwar prakriti u purusha. Tajjeb li wieħed japprezza l-importanza tat-tagħlim tal-Veda u l-ħtieġa ta’ yogatapasya sabiex jifhem aħjar l-għarfien tat-triguna.
© 2021 C.J. Muscat
114 116
Ekam EkamSat Sat
Yagna
- Ċelebrazzjoni tal-Ħajja It-terminu yagna bis-Sanskritt Vedantiku jfisser dik l-azzjoni li sseħħ bejn persuna u persuna oħra li twassal għal riżultat ta’ benefiċċju għal kulħadd. Finnuqqas ta’ kelma ekwivalenti għall-kelma yagna kellha tintuża l-kelma sagrifiċċju. Yagna hi ċelebrazzjoni fejn jiġu applikati diversi mantra. Għal aktar spjegazzjoni dwar iddinamika tax-xjenza mantra, tajjeb li wieħed jaqra ssezzjoni li tittratta l-Mantra Yoga. L-iskop ewlieni talyagna hu sabiex jiġu evitati effetti negattivi, diżastri naturali, jisseddqu aktar effetti ta’ fejda għall-ġid u lprotezzjoni tal-popli kif ukoll tal-ambjent naturali. Yagna tista’ tkun indirizzata lejn komunità, persuna partikolari, lejn l-umanità kif ukoll sabiex jisseddqu lgħelieqi, l-ibħra u l-oċeani, il-kultivazzjoni talgħelejjel u l-protezzjoni tal-foresti. Il-benefiċċji talyagna huma varji, relatati ma’ saħħa, fejqan, tkattir talġid, edukazzjoni, paċi fil-komunità u paċi fost il-popli. Yagna tista’ titwettaq qabel, waqt u wara lmeditazzjoni. Tista’ titwettaq id-dar kuljum kif ukoll tista’ ddum ġranet u ġimgħat fil-komunità. L-elementi naturali, il-mahabhuta jiġu applikati, iżda dak prinċipali hu l-element tan-nar li jippurifika u jdawwal. L-iskrittura Rig Veda tibda bilkelma Agni, in-nar kożmiku universali. In-nar jitqies ferm importanti minn diversi kulturi u twemmin. Ilfrażijiet ‘in-nar ta’ mħabba’, ‘in-nar tal-ispirtu’, ‘ilfjamma tal-qalb’ u oħrajn juruna li l-nar għandu sinifikat aktar profond minn dak li jidher bħala fjamma. 115 117
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
In-nar meqjus bħala mezz viżibbli li jgħaqqad lindividwi f’komunjoni mal-Infinit. Waqt iċċelebrazzjoni tal-yagna, il-menti ta’ dawk preżenti jkunu f’unjoni sabiex jitwettqu l-benefiċċji mitluba għall-ġid tal-komunità. Il-fjamma tiġi kkultivata ġo kontenitur ċkejken tal-metall użat għal skop domestiku. Jintuża wkoll ilqugħ mibni minn blokki tattafal imtarrġa piramida b’erbat iġnub. Jinġabru zkuk tas-siġar mill-art u jitpoġġew fl-ilqugħ. In-nar jitqabbad biż-żnied tal-qawwi u jiġu mitmugħa diversi offerti tan-natura bħal żrieragħ, fjuri, bakta, ilma u frott. Jiġu kantati l-mantras adattati skont l-iskop li jeħtieġ jintlaħaq. In-nar meqjus bħala l-aktar element li jlaqqa’ l-individwali mal-universali. Il-kontenitur talyagna għandu forma mtarrġa ta’ piramida, sabiex jissawbu l-offerti kif spjegajna. Dan jurina kemm ilVeda tisħaq fuq ahimsa. Il-qtil bħala offerta ta’ sagrifiċċju qatt ma jkun applikat fil-yagna. Matul iż-żminijiet il-prattika tal-yagna ngħatat xeħta ta’ spettaklu kulturali, okkażjoni soċjali, tant li lveru sinifikat tal-yagna beda jiġi interpretat differenti. X’aktarx l-għan Vedantiku tal-yagna qed jintilef. Sabiex nifhmu aħjar tajjeb nitkellmu ftit dwar l-aspett mistiku tal-yagna. It-tagħlim tal-Veda jisħaq li lbniedem jeħtieġ jagħraf id-dharma ta’ bniedem li hu. Jeħtieġ jaġixxi skont id-dharma, jeħtieġ iwettaq kull intenzjoni, kull azzjoni b’responsabbiltà bil-ferħ, bla ma jistenna ebda mertu. Meta persuna jaġixxi skont iddharma jkun mogħti lilu kulma jeħtieġ għall-għajxien, ikun protett mid-dharma. Il-ħlejqiet isegwu d-dharma tagħhom bl-aktar mod naturali, protetti mid-dharma li tipprovdilhom kulma jeħtieġu. © 2021 C.J. Muscat
116 118
Ekam EkamSat Sat
Kull persuna jeħtieġ li tirrikonoxxi l-unità talAtman li jinsab fil-persuna l-oħra bħalma jinsab fih innifsu wkoll. Din il-verità sublimi tiġi espressa bittislima ta’ Namaste. Meta tirrispetta anke lil min jagħmillek xi xkiel jew ħażen, dak li tagħmel malpersuna l-oħra qed tagħmlu wkoll miegħek stess. Ilkitbiet Rig Veda jgħidulna li min iwettaq xogħol ta’ fejda għall-oħrajn, jesperjenza ferħ bla qies. Il-Veda tqis il-ferħ bħala l-ogħla u l-isbaħ rigal. Tajjeb niftakru xi tgħid il-prattika tal-Yama u Niyama, fejn tkellimna wkoll dwar ahimsa – la toqtolx il-ħajja. Li toqtol imur kontra d-dharma, meqjus aġir ħażin adharma, iġorr konsegwenzi xejn ta’ ferħ. Kull qtil imur kontra ddharma. Fil-prattika tal-yagna ma jseħħ ebda qtil bħala sagrifiċċju. Il-kelma sagrifiċċju għall-kelma yagna, għadha tintuża bl-aktar mod żbaljat sal-lum. Tajjeb wieħed josserva li fil-każ ta’ sagrifiċċju jintuża wiċċ ta’ mejda orizzontali sabiex tittieħed il-ħajja u l-komunità tiċċelebra l-qtil tal-vittma innoċenti. Fil-każ tal-yagna jintuża kontenitur piramidali kif diġà spjegajna. Tkellimna wkoll dwar Sarve’tra sukhinah bhavantu, fil-paġni ta’ qabel. Tgħidilna li ħadd m’għandu jsofri jew ikun mgħakkes. Min iħobb, joffri għajnuna bl-imħabba, mhux b’sagrifiċċju. Il-Veda tgħidilna wkoll li min iwettaq xogħol ta’ fejda għalloħrajn, jesperjenza ferħ bla qies. Ferħ li ma jintemmx, ferħ ta’ dejjem. Yagna hi dik l-azzjoni li sseħħ bejn persuna u persuna oħra li twassal għal riżultat ta’ benefiċċju għal kulħadd. Il-Veda tiċċelebra l-Ħajja – ahimsa, la toqtolx il-ħajja, tapplika għal kull ħlejqa. Ahimsa hi l-ogħla dharma. 117 119
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Li toqtol hu adharma. Ahimsa hi l-aqwa dixxiplina, l-akbar rigal, l-aqwa yagna, l-akbar ħabib, l-aqwa tagħlim u l-ogħla verità. Il-Mahabharata tgħidilna li min joqtol sabiex jiekol il-laħam ta’ ħlejqiet oħra, jgħix fid-dlam tan-niket. M’għandux iwettaq azzjoni li tikkaġuna sofferenza, tant li ma jridx li sseħħ fuqu stess. Il-qtil tal-annimali jseħħ sabiex jiġu sodisfatti tendenzi tamasiki li jitwieldu bihom bosta bnedmin. Tabib Grieg, Ippokrate, jgħidilna li l-ħajja hi l-istess u waħda fil-ħlejqiet kollha, minkejja li l-forma tal-ġisem tidher differenti. Id-dharma tal-annimali hi l-ħajja u għalhekk min joqtol il-ħajja qed imur kontra d-dharma. Fil-qosor semmejna r-raġunijiet u l-iskop li tiġi mwettqa l-yagna. Ir-Rishi jfakkruna fl-unità talkonoxxenza, eżistenza waħda. Brahman wieħed, m’hemmx it-tieni. Kull okkorenza ma sseħħx b’kumbinazzjoni, kollox relatat. Kollox qed iseħħ kif għandu jseħħ skont id-dharma eterna ta’ kollox. Brahman tant hu sempliċi fil-kobor, li kollox jinsab fih, iżda l-bniedem ma jagħrfux. Ir-Rishi jwettqu yagna skont iċ-ċikli tal-eżistenza, bħala rispett lejn prakriti/purusha. Jirrikonoxxu li l-bniedem m’għandu xejn tiegħu, kollox ġej minn Brahman u kollox jirritorna fi Brahman. X’tista’ toffri lil dak li jwettaq kollox? Ir-Rishi jikkonoxxu l-unità tal-konoxxenza individwali jivatman u l-konoxxenza universali paramatman. Iċ-ċelebrazzjoni tal-yagna, għodda sabiex il-manas jissaffa minn vibrazzjoni tamasika għal vibrazzjoni sattvika. Il-manas jirtira mir-realtà apparenti għal realtà permanenti. © 2021 C.J. Muscat
118 120
Ekam EkamSat Sat
Fil-mumenti ta’ meditazzjoni l-manas jitwaħħad mal-fjamma tal-qalb, jesperjenza r-rabta talbniedem mal-kożmos. Jeħtieġ li jiġi indokrat in-nar agni ta’ ġewwa fina. Importanti li wieħed jikkultiva ddixxiplini tal-astanga yoga sabiex jissaffa u jisseddaq bis-saħħa, intelliġenza u kuntentizza. Meta n-nar talpassjonijiet ma jkunx indokrat, jinfirex bla rażan sakemm jeqred il-ħeġġa għall-ħajja. Il-Veda tgħidilna li l-pjaċiri tas-sensi għandhom togħma ħelwa fil-bidu iżda jintemmu bil-qrusa. Il-yagna hu prattika mistika li jgħin sabiex il-manas jirtira u jinġabar ġewwa fiċċentru tal-qalb. Waqt il-prattika tal-yagna jsir l-użu minn diversi elementi tan-natura prakriti. L-aktar element li jippredomina hu agni, il-fjamma brillanti tan-nar li ssaffi u ddawwal. Meta l-bniedem skopra nnar, induna li jista’ jużah għal bosta benefiċċji. L-elementi l-oħra, spazju, arja, ilma, u art dejjem quddiemu u madwaru. Il-bniedem għaraf li nnar jipproteġi, utli sabiex isaħħan, kif ukoll mezz li jnaddaf l-ambjent. Il-fjuri bħal fjammi ta’ nar li jitkebbsu mix-xemx. Il-bnedmin ukoll jeħtieġu n-nar tax-xemx sabiex ikunu b’saħħithom. Mingħajr in-nar leżistenza tieħu xejriet mudlama tamasiki. Meta skulari/missjonarji invadew l-Indja, indunaw birrikkezzi materjali li jinsabu mferrxa mal-Indja kollha. Xi skulari bdew jistudjaw il-lingwa Sanskritt b’motivi aktar t’akkwist, kontroll politiku/reliġjuż milli sabiex jifhmu l-għarfien mistiku tal-Veda. Ċertament li ma sabux kelma adattata għall-kelma yagna. Bil-Malti lanqas ma nsibu kelma li tirrifletti dak li tkellimna dwaru aktar ’il fuq. Bl-aktar mod żbaljat, il-kelma yagna ġiet tradotta bħala sagrifiċċju. 119 121
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Kellhom jinqdew bil-kelma sagrifiċċju li filPunent għandha konnotazzjoni totalment l-oppost. Ilkelma sagrifiċċju fil-kulturi tal-Punent tfakkarna immedjatament fit-teħid tal-ħajja t’annimal jew bniedem sabiex jiġi offrut lil xi entità sopranaturali, bħala tpattija tad-dnubiet, kif ukoll bħala implorazzjoni għall-ħniena. Persuna twettaq sagrifiċċju lejn min hu miskin, bi stennija li takkwista merti fil-ħajja ta’ wara. Ir-rit ta’ sagrifiċċju nsibuh imferrex f’diversi kulturi li jibbażaw fuq duwalità. Fin-nuqqas ta’ kelma ekwivalenti għallkelma yagna kellha tintuża l-kelma sagrifiċċju. Blaktar mod żbaljat għadha tintuża hekk sal-lum. Ċertament ahimsa jmur kontra qtil ta’ vittma għal riti sagri bħala sagrifiċċju. Il-kunċett ta’ qtil/sagrifiċċju hu barrani għat-tagħlim tal-Veda. IlVeda tiċċelebra l-unità tal-Ħajja, mhux il-qtil ta’ bosta annimali jew ta’ xi bnedmin. Sabiex wieħed jifhem aktar u japprezza aktar ilprattika tal-yagna, jeħtieġ ifittex trattati minn skulari Indjani tas-Sanskritt Vedantiku. Fin-nuqqas ta’ kelma adekwata għall-yagna nsibu li l-kelma sagrifiċċju tiġi użata f’diversi kitbiet dwar il-Veda. Tajjeb li wieħed jiftakar li din il-kelma sagrifiċċju qed tintuża filkuntest Vedantiku, bis-sens ta’ offerta bl-imħabba, mhux bħala teħid tal-ħajja. Il-Veda tispjega yagna f’kuntest wiesa’, sinonimu mal-ħajja kemm individwali kif ukoll tal-ħolqien, tal-univers u tal-kożmos.
© 2021 C.J. Muscat
120 122
Ekam EkamSat Sat
Chatushtaya Antahkarana - L-erba’ strumenti -
Tkellimna dwar l-organi t’għarfien, iljnanindriya, kif ukoll dwar l-organi t’azzjoni, ilkarmindriya. Il-Veda titkellem fuq l-antahakarana, strument sottili, li għandu doveri partikolari x’jaqdi bħalma għandhom l-għaxar indriya l-oħra li tkellimna diġà dwarhom. L-antahakarana jikkonsisti minn erba’ strumenti, chatushtaya tfisser erbgħa. Dawn huma manas, buddhi, chitta u ahamkara. Id-dover tal-manas hu li jiddubita, li jistaqsi, li jargumenta. Id-dover ta’ buddhi hu li jiddeċiedi x’inhu tajjeb jew inqas tajjeb, jew xejn tajjeb. Id-dover ta’ chitta hu li jinnota kull azzjoni mwettqa. Il-ħsibijiet huma prodott ta’ chitta. Id-dover tal-ahamkara, taljien, hu li jsegwi l-funzjonijiet tat-tlieta li semmejna. Jipproċessa dak kollu li manas, chitta u buddhi jgħaddu lilu. Jagħmel użu mill-ġisem sabiex jakkwista kull artha, kull kama, kull ġid, kull sigurtà, kull pjaċir. Lahamkara jidentifika mal-ġisem, jissodisfa t-tendenzi vasana tal-organi esterni. Il-Veda tgħidilna li ż-żgħożija tgħaddi bħassħab, il-pjaċiri tas-sensi għandhom togħma ħelwa filbidu iżda jintemmu bil-qrusa. Il-jien jew aħjar ahamkara sar distint minn kollox, beda jgħid “dan jiena għamiltu” kif ukoll “dan tiegħi”. Sar marbut malġisem, mal-oġġetti, ma’ dak kollu li jispiċċa u ħa xxebh tat-tmiem. L-ahamkara nesa l-Infinit u qal, “Jiena dan il-ġisem.” 121 123
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-kelma ‘Jien’ qed tiġi użata bħala ahamkara li tfisser il-jien magħmul. L-ahamkara nesa rresponsabbiltà li josserva kull attività li qed jagħmlu ljnanaindriya, il-karmindriya. L-iżball oriġinali tal-jien hu li għamel kollox tiegħu, meta ma jista’ jwettaq xejn mingħajr il-jivatman. Il-jien, l-ahamkara, warrab iddover tiegħu, warrab il-limiti tiegħu u bis-suppervja warrab il-kuntatt mal-jivatman. Kull bniedem iwettaq dan l-iżball oriġinali meta jsostni li hu dan il-ġisem. Iljivatman mhuwiex dan il-ġisem. Il-moħħ hu organu bijoloġiku, bħall-partijiet kollha tal-ġisem. Il-Veda titkellem fuq l-antahakarana, mhux fuq l-organu bijoloġiku tal-moħħ.
Antarmauna
- Il-prattika tas-silenzju Fil-waqtiet ta’ silenzju, il-qalb tinfetaħ bħal warda. Bil-prattika tas-silenzju jibda l-ewwel pass għal trasformazzjoni interna. Meta tosserva s-silenzju, ilmanas jikkwieta fis-skiet intern. Din il-prattika tissejjaħ antarmauna. Il-moħħ dejjem iredden, jaħseb, jinkwieta. Mhux faċli li tisma’ lill-moħħ u fl-istess waqt titkellem. Aktar u aktar hu diffiċli li tikkalma lmenti, jekk m’intix attent għal dak li qed jgħidulek. Sabiex tnaddaf il-menti mill-ħsibijiet, il-ġabra, issempliċità, il-kontroll huma tant meħtieġa. Sabiex tisma’ x’qed jipprova jgħidlek il-moħħ, jeħtieġ tirtira fis-silenzju tisma’. © 2021 C.J. Muscat
122 124
Ekam EkamSat Sat
Li tieqaf tpaċpaċ hu ferm meħtieġ sabiex ikollok attenzjoni sħiħa. Il-prattika ta’ silenzju tibda waqt mumenti qosra matul il-ġurnata. Irtira fil-kwiet filkamra tiegħek ta’ ġewwa. Ipprova tawwal il-perjodu ta’ silenzju sakemm issir drawwa regolari. Dan ifisser li ma titkellimx, anke fil-kumpanija d-dar jew ma’ xi ħbieb. Għall-bidu, iddedika ħin taqra fil-kwiet. Aktar ma tidra fil-kwiet, aktar tfittex il-kwiet waħdek. Ilprattika tas-silenzju, ma jfissirx li torqod. Jeħtieġ li tkun attent għal kull attività mentali, sakemm jirnexxilek tnaqqas fix-xejn il-ħsibijiet u tesperjenza verament is-silenzju. Tinduna kemm il-moħħ iredden bla ma jieqaf qatt. Il-Veda xxebbah il-moħħ ma’ xadin li jwerżaq u jaqbeż minn fergħa għal oħra bla waqfien. Il-moħħ jaqbeż minn ħsieb għal ieħor bla waqfien. Is-silenzju jipprepara l-manas għall-prattika talmeditazzjoni Jnana Yoga Sadhana. Waqt il-preludju ta’ qabel tibda l-meditazzjoni, il-menti aktar jagħqdu u jreddnu bl-eċitament. In-natural tal-moħħ hu li jaħseb bla waqfien. Bil-paċenzja u l-persistenza, jirnexxilek tgawdi ftit mumenti ta’ kwiet. B’hekk tkun ippreparat tassew għall-bidu tal-meditazzjoni kif prattikata filYoga. L-osservanza tas-silenzju tixbah ilpreparazzjoni li bidwi jagħmel fl-għalqa qabel jibda jiżra’. Jeħtieġ jaqla’ l-ħaxix qadim, inaddaf u jqalleb ilħamrija sabiex tieħu l-arja. B’hekk biss l-għalqa tkun ippreparata u fertili għall-quddiem. Il-prattika tassilenzju tippreparak għal esperjenza profonda ta’ meditazzjoni. Tinduna li meta l-menti jikkwitaw, jindunaw bit-tjubija tas-silenzju, jindunaw bis-sbuħija tas-silenzju. Il-meditazzjoni sseħħ fil-kwiet ta’ ġewwa, tisma’ biss is-silenzju. 123 125
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Tista’ tuża xi apparat tas-smigħ ma’ widnejk u tiggosta ftit mużika li televak u tikkwitak. Tinduna li lħsejjes ta’ barra ma jibqgħux ifixkluk. Bil-prattika u ripetizzjoni tas-silenzju tibda tisma’ l-istess mużika ġewwa l-menti stess u l-ħsejjes ta’ barra ma jiddisturbawk xejn. Il-prattika tas-silenzju sseħħ sewwa meta ma jkollok ebda djalogu intern, ippjanar x’ser tagħmel wara, jew lista tax-xewqat li trid filfutur. Ikun hawn min jippreferi jżomm xi simbolu, fjura, xemgħa tixgħel, statwa jew oġġett tan-natura sabiex jispirawh u jinġabar fis-skiet intern. Antarmauna tfisser li jikkwieta mhux biss il-kliem iżda jieqfu kull azzjoni, ħsibijiet, xewqat, talb u thewdin. Tajjeb inżommu sekwenza sabiex niksbu antarmauna. 1. Ninfetħu għall-ħsejjes ta’ barra, anke l-aktar imbiegħda u l-inqas li jinstemgħu. 2. Nosservaw ħsibijiet kif ifaqqsu ġol-moħħ. 3. Inħallu kull ħsieb jgħaddi u nsegwu ieħor ġej. Importanti li wieħed isegwi dawn l-ewwel tliet stadji sabiex jippreparawh għall-meditazzjoni. IlBhagavad Gita tqis is-silenzju bħala duwa għall-menti. Tfakkarna li serenità mentali, silenzju, kontroll, natural safi, dixxiplina mentali, dawn flimkien jissejħu duwa tal-moħħ. Persuna matura fil-prattika tal-antarmauna tara dak li persuna bla dixxiplina ma jistax jara. Persuna matura fil-prattika tal-antarmauna tkun sensittiva li tifhem dak li min mhux sensittiv ma jistax jifhem. Persuna matura fid-dixxiplini tal-Yoga tesperjenza l-verità li bosta huma nieqsa mill-verità.
© 2021 C.J. Muscat
124 126
Ekam EkamSat Sat
Parinama
- Il-bidla li tirregola l-ħajja Parinama, il-bidla hi karatteristika prinċipali ta’ din id-dinja. Tieħu xejriet ta’ ferħ, progress, titjib, sigurtà, tant importanti sabiex il-bniedem jisseddaq filħajja tiegħu individwali kif ukoll fil-komunità. Tieħu wkoll xejriet ta’ niket, sofferenzi, dubji, diżappunti, nuqqas ta’ sigurtà, nuqqas ta’ fiduċja fil-komunità. Donnu aktar jippredomina t-tieni element milli dak li semmejna qabel. Il-ħajja kontinwament tinbidel. Leżistenza suġġetta għall-bidla. L-umanità suġġetta għall-bidla. Il-bidla kienet minn dejjem. Mingħajr bidla l-ħajja mhix possibbli, kollox jistaġna. Il-bidla li ġġib prakriti flimkien ma’ purusha twassal għal bidla multidimensjonali. Tkellimna dwar dan fil-paġni tal-bidu. Il-ħajja tibda, tiġġedded, tinbidel bla waqfien, tibda, tiġġedded, tinbidel, tant li din ilkundizzjoni wasslet lill-bniedem fejn qiegħed illum. Ilbidla ser tkompli tinbidel. Tkellimna dwar ilvibrazzjoni universali OM. Il-kelma OM, tgħidilna rRig Veda, fil-bidu kienet Brahman, magħha kienet ilKelma, u l-Kelma kienet tassew Brahman. Shakti Maya żżejjen kollox bit-triguna fi spettaklu meraviljuż tal-eżistenza. L-eżistenza llogħba eterna Rasa Liila ta’ Brahman. Tkellimna dwar it-triguna u Rasa Liila fil-paġni ta’ qabel. Brahman tant hu sempliċi fil-kobor, li jinsab fil-bniedem, iżda lbniedem ma jagħrfux. Rajna kif il-bidla hi forma t’enerġija, forza li tinbidel f’azzjoni. Il-bidla hi lgħodda ta’ prakriti li biha jissawru namarupa, il-forom u l-ismijiet ta’ kulma jeżisti. 125 127
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Parinama, għodda li biha hu rregolat kollox. Ilbidla titwieled mix-xewqat, il-ħsibijiet jiggwidaw kull azzjoni. Il-bidla tista’ toħloq kif ukoll teqred. Xejn mhu permanenti. Parinama tnissel tama, iżda t-tama suġġetta wkoll għall-bidla. Il-bidla turina ż-żmien. Mingħajr il-kejl fid-differenza bejn bidla u bidla oħra, mhux possibbli ninnutaw li kollox jinbidel. Il-bidla tkejjel iż-żmien. Iż-żmien jindika li qed issir imqar liċken bidla. Żewġ fatturi ta’ prakriti li jindikaw ilmixja lejn il-futur tal-bidla. Parinama sseħħ ukoll fil-ħajja tal-bniedem. Toħloq niket u sofferenzi. Il-Veda tfakkarna li l-bidla hi l-kawża tal-ħajja, li s-sofferenza hi l-effett tal-bidla. Din hi d-dinamika ta’ prakriti; kollox fi stat kontinwu ta’ bidla. Xejn mhu ċert; kollox suġġett għallinċertezza. Proprju dan li jikkawża kemm il-ferħ kif ukoll is-sofferenzi. Kollox suġġett għal sitt bidliet: titwieled, teżisti, tiżviluppa, timmatura, tixjieħ u tintemm. Bidla sseħħ meta kawża ssir effett jew meta l-effett jinbidel f’kawża sabiex jipproduċi aktar bidliet. Meta jinbidlu ċ-ċirkustanzi, l-istess kawża tipproduċi effetti differenti u tkompli żżid l-inċertezzi, sorpriżi, ferħ kif ukoll sofferenzi għall-bniedem. Kulma jeżisti jissawwar bi tnejn, pari opposti, żewġ polaritajiet, duwalità. Il-jien maħluq, aham, hekk jara r-realtà duwalità. Meta naħa tippredomina, l-oppost jidher inqas. Meta n-naħa l-oħra tippredomina l-oppost jidher inqas. Is-sħana meta tippredomina, il-kesħa tkun inqas. Meta l-kesħa tippredomina, is-sħana tkun inqas. © 2021 C.J. Muscat
126 128
Ekam EkamSat Sat
Hekk ukoll il-pjaċir jista’ jinbidel fin-niket. Kif jinbidlu ċ-ċirkustanzi n-niket jinbidel u jidher il-pjaċir. L-imħabba wkoll tinbidel. Tajjeb nosservaw it-tliet sorsi ta’ parinama. Dawn huma, kawżi interni, kawżi esterni u ġrajjiet aċċidentali. Dak li ngħidu jkollu effett fuq l-oħrajn, dan jaffettwa kif l-oħrajn jittrattaw lilna. Dak li jwettqu l-oħrajn jista’ wkoll jaffettwa kif inti taħseb u taġixxi. Dawn it-tliet kawżi jistgħu joħolqu sofferenzi għall-bniedem. Fl-eżistenza nsibu li parinama tista’ sseħħ minn tliet kawżi: projezzjoni, superimpożizzjoni u trasformazzjoni. Il-projezzjoni tista’ tkun vera jew qerq il-għajn. L-immaġni li jidhru waqt film, huma biss fantasija diġitali mhux realtà. Eżempji ta’ superimpożizzjoni, meta x-xemx tinħeba bis-sħab jew il-menti jitħawdu bil-ħsibijiet, il-verità tintilef. Eżempju ta’ trasformazzjoni, meta żerriegħa ssir siġra. Kull azzjoni għandha l-konsegwenzi. Din irregola universali tan-natura tissejjaħ karma. L-għemil li nwettqu joħloq reazzjoni skont ix-xewqa li wettaqna. Il-mewġ ta’ xewqat qatt ma jieqaf, dejjem jiġġedded, dejjem jinbidel. Ix-xewqat kollettivi tal-bnedmin jeffettwaw kulma jseħħ fid-dinja. Illum bilkonsegwenzi tat-tniġġis, il-bniedem qed isofri kif ukoll in-natura, li kontinwament iżżomm bilanċ fl-univers. Christmas Humphreys jgħidilna li d-dover talkarma hu li jinżamm bilanċ. In-natura prakriti tistinka kontinwament sabiex terġa’ tistabbilixxi bilanċ kull meta l-għemil tal-bniedem jiddisturba dan il-bilanċ. Prakriti żżomm kollox f’armonija billi tittrasforma kollox sabiex kollox jerġa’ jiġi restawrat, minkejja li lbniedem ma jirrispettax il-bilanċ tal-ħajja. 127 129
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-fenomeni ta’ prakriti huma diffiċli biex moħħ il-bniedem jifhimhom. Prakriti għandha siddhi (għodod, teknoloġija), li dak li aħna l-bnedmin imdorrijin bih u noħduh bħala regola normali, in-natura faċli li tbiddlu. Ngħidu dak kien skerz tan-natura. Innatura kontinwament tbiddel, tittrasforma f’diversità, xejn mhu staġnat, xejn mhu stabbli, xejn mhu wieqaf fiss. Iżżomm kollox fi stat ta’ tiġdid, ta’ bidla, t’illużjoni. Il-bidla u l-instabbiltà jikkaġunaw issofferenza, in-niket u l-ferħ fost il-bnedmin. Ilbnedmin bħal ġugarelli tat-trab, mitfugħin ’l hemm u ’l hawn bil-mewġ tal-bidla u movimenti tal-jagat. Ilmoħħ jinfena, jinbidel fi stat kontinwu ta’ taqlib, ta’ duwalità li jiddisturba l-menti u tinħass l-għeja tal-età. Xi bidliet ikunu ta’ vantaġġ, iżda xejn mhu ċert kif ser jaffettwaw ħajjitna. Kollox jiddependi kif naġixxu għall-bidliet li jiġu fuqna. Uħud ngħidu li jogħġbuna, oħrajn ngħidu li ma jogħġbuniex. Inħossu sofferenza meta jkollna nisseparaw minn dak l-oġġett jew persuna li jogħġobna. Inħossu sofferenza meta dak l-oġġett jew persuna jispiċċa minn ħajjitna. Isseparazzjoni tinħoloq minn xewqa jew stmerrija, tirriżulta f’sofferenza. Aħna stess noħolqu xewqat sabiex nakkwistaw li rridu u b’hekk inħossuna sodisfatti, qatt ma nkunu sodisfatti. Is-sofferenzi joħolqu aktar xewqat. Ix-xewqat joħolqu aktar sofferenzi. Ix-xewqat jinħolqu skont il-guna li tippredomina fina sattvaguna, rajaguna jew tamaguna. Il-bidla mhux tant faċli li tkun ikkontrollata. Għalkemm aħna responsabbli tal-għemil tagħna iżda mhux faċli nikkontrollaw is-sofferenzi tagħna stess. Meta nkunu f’sitwazzjoni skabruża niġġustifikaw lazzjoni li wettaqna, iżda nkabbru l-biżgħat ukoll. © 2021 C.J. Muscat
128 130
Ekam EkamSat Sat
Skont il-biżgħat li nħossu nixxennqu għall-bidla jew nirreżistu l-bidla. Faċilment li nieħdu xi żbalji u nwettqu azzjoni xejn tajba. Proprju għalhekk limportanza ta’ dixxiplina u prattika tal-Yoga. Jeħtieġ li fil-ħajja nkunu ppreparati sabiex nevitaw li nidħlu f’nofs xi saram. Ċertament li ħadd ma jistieden fuqu xi sofferenzi. Il-Vedanta u l-Bhagavad Gita joffrulna lgħodda meħtieġa sabiex inkunu konxji, viġilanti, nevitaw inkwiet bla bżonn. Joffrulna l-għodda meħtieġa kif intaffu s-sofferenzi li jitfaċċaw f’ħajjitna. Uħud mill-prattiki mhumiex faċli, kif qed jipprova jispjega bl-aktar mod sempliċi dan il-ktieb. Normalment il-bniedem mhux interessat li jagħmel dan bil-volontà u l-għarfien tiegħu. Jittama, jitlob u jistenna xi bidla li taqa’ mis-sħab. Jippreferi kif ngħidu bilMalti li jħalli n-natura tieħu l-kors tagħha. In-natura tuża proprju s-sofferenza sabiex tistabbilixxi armonija, bilanċ, fiżikament u mentalment. L-iskop tal-Yoga hu li taċċellera l-bidla tal-konoxxenza individwali, flimkien ma’ prakriti. Naraw x’jgħidilna Rishi Patanjali fil-Yoga Sutra, dwar is-sofferenzi. Jgħidilna kif intaffuhom, kif niddiriġuhom. Jgħidilna li jeħtieġ inwettqu sitt bidliet: 1. Nirodha parinama bidla billi jitnaqqsu l-vritti 2. Samadhi parinama bidla li twassal għal samadhi 3. Ekagrata parinama bidla bil-konċentrazzjoni 129 131
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
4. Dharma parinama bidla għat-triq tas-sewwa 5. Lakshana parinama bidla fil-karattru 6. Avastha parinama bidla lejn konoxxenza elevata Parinama, hu l-iskop ewlieni u essenzjali talVedanta. Il-Vedanta tispjega li l-eżistenza li tidher Saguna Brahman, tiffjorixxi minn Nirguna Brahman. Il-Vedanta ssostni li xejn ma jiġi minn xejn. Din ilverità tapplika wkoll għall-prattika tal-Yoga. Kull riżultat, progress, li wieħed iwettaq bilprattika tal-Yoga huwa bidla, trasformazzjoni talkonoxxenza li kienet moħbija għal konoxxenza aktar elevata. Tkellimna dwar prakriti u purusha fil-paġni ta’ quddiem. Purusha tibqa’ eterna, qatt ma tinbidel. Prakriti tħaddem it-triguna, dejjem tinbidel. It-triguna, frott ta’ prakriti, iżejnu bl-imħabba l-jivatman bilforma ta’ sharira, l-istrument tal-ġisem meraviljuż li jesperjenza kull bidla li sseħħ fil-konoxxenza. B’dan ilmod il-konoxxenza kontinwament tinbidel bilkwalitajiet tat-triguna. Il-konoxxenza relatata mażżmien għaliex tinbidel skont ħsibijiet tal-passat, preżent u futur. Bid-dixxiplina u viġilanza, l-esperjenzi tal-ħajja jiġu osservati jinbidlu minn nirodha parinama lejn laqwa kwalitajiet avastha parinama. L-aspirant sadhaka jittrasforma minn bniedem qadim fi bniedem ġdid dharma parinama, jinbidel għall-perfezzjoni laksana parinama. Ikun stabbli bla ma jitlef ilperfezzjoni avastha parinama lejn konoxxenza elevata. © 2021 C.J. Muscat
130 132
Ekam EkamSat Sat
Bl-eżempju li jmiss nifhmu aħjar il-mixja talkonoxxenza. It-trab tat-tafal jinħadem, jiġi ppreparat sabiex isir ċappa u jingħata forma ta’ żinġla. It-trab tattafal hu l-proprjetà dharma, iċ-ċappa tafal hu kif ġie mibdul lakshana, sabiex wasalna għal bidla aktar elevata avastha parinama. Meta ż-żinġla tinkiser, tinbidel trab, tirrepeti l-proċess tal-bidla u jibda millġdid. Hekk ukoll isir fuq ċurkett tad-deheb. Jiddewweb bin-nar sabiex jingħata forma ġdida filwaqt li s-sura ta’ qabel tispiċċa. Hekk ukoll il-bniedem il-qadim jinbidel fil-bniedem il-ġdid. Raġel jista’ jkun iben, missier, kuġin, ziju, nannu, iżda xorta jibqa’ l-istess raġel. Irraġel huwa d-dharma, hekk hu magħmul sustanza ta’ raġel. Ir-relazzjoni differenti tal-istess raġel ma’ talfamilja hija lakshana. L-ogħla bidla li wasal għaliha listess raġel hi avastha. L-għarfien ta’ prakriti-purusha hu stat ta’ bidla filpersuna ferm importanti, meqjus dharma parinama. Kif jagħmel użu mill-enerġiji ta’ prakriti u purusha hu stat aktar ta’ benefiċċju, jissejjaħ laksana parinama. Ladarba s-sensi kollha nbidlu għal stat sattviku bilprattika tal-Yoga, intlaħaq stat stabbli, aktar perfett, dan jissejjaħ avastha parinama. Meta l-bidliet ta’ prakriti jilħqu l-milja sħiħa talbniedem il-ġdid, l-aspirant sadhaka jinħeles u jistrieħ fil-qalb ta’ purusha. It-tfittxija ntemmet, id-differenza bejn min qed ifittex u dak li qed ifittex intlaħqet. Laspirant jinduna li hu stess kien qed ifittex lilu nnifsu stess – svarupa. Minn issa ’l quddiem jixrob l-għasel pur li ġġenera bil-bidla tiegħu nnifsu. 131 133
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Dawn huma t-tliet stadji tal-parinama, tal-bidla, tal-espansjoni tal-konoxxenza. Jiffjorixxu l-virtujiet bħala dharma parinama. Dan hu l-veru karattru, intelliġenza u konoxxenza. L-aspirant jisseddaq aktar milli kien u jilħaq laksana parinama. Tinżamm ilqabża kwalitattiva tal-konoxxenza progressiva lejn logħla bidla avastha parinama.
Klesha
- Ostakli li jwasslu għal tbatija Kull ħlejqa fl-eżistenza għandha kapaċità kif tbiddel l-ostakli għall-vantaġġi jew tbiddel iċċirkustanzi għall-aħjar. Il-bniedem ukoll għandu tattika kif idawwar l-ostakli bħala vantaġġi utli f’ħajtu. Ma jħarisx lejn il-konflitti u l-problemi bħala sofferenzi, iżda bħala opportunità sabiex jitgħallem u jiżviluppa fil-ħajja. Iżda dan mhux dejjem il-każ. Hemm ostakli li jirrendu ħajjitna wied ta’ tbatija u niket. Meta l-ħajja titfgħalna dawn is-sorpriżi xejn mistennija, tkun diffiċli ferm li nirrispondu bil-għaqal. X’aktarx naġixxu fuq ir-reazzjoni imperfetta tagħna u nwettqu żbalji bla ma nindunaw. Il-menti jkunu mċajpra b’nuqqas t’għarfien, rabja, u biża’ li jfixkluna milli negħlbu d-diffikultajiet u jkollna nsofru. It-terminu klesha bis-Sanskritt ifisser stat li jċajpar ilmoħħ. Klesha huma l-ostakli li tippreżenta avidya, li jfixklu lill-persuna milli jinħeles minn samsara u jilħaq stat t’għarfien vidya. © 2021 C.J. Muscat
132 134
Ekam EkamSat Sat
Rishi Patanjali jiddeskrivi klesha bħala xkiel fit-triq tas-sewwa. Jeħtieġ li wieħed josserva kif jitfaċċaw dawn il-klesha li qegħdin fina mat-twelid. Patanjali jsemmi ħames klesha: • Avidya: Drawwiet xejn tajba jinbtu minn ġewwa fina stess mat-twelid, iwasslu għal tbatija. • Asmita: Żball oriġinali, mat-twelid, li nidentifikaw ahamkara (il-jien magħmul), malġisem, mal-menti u mal-emozzjonijiet, iwassal għal tbatija. • Raga: Ġibda lejn akkwisti materjali, setgħa, klassi u xewqat komuni, twassal ukoll għal tbatija. • Dvesha: Stmerrija lejn esperjenzi, persuni u oġġetti li xejn ma niggustaw, twassal għal tbatija. • Abhinivesha: Xewqa li qatt ma ser immutu, nibżgħu mill-mewt, minkejja li ħajjitna tkun mimlija bl-imrar, twassal ukoll għal tbatija. Il-prattiki tal-Yoga intenzjonati sabiex jegħlbu lostakli ta’ tbatija. Patanjali jgħidilna fil-Yoga Sutras li hemm erba’ stadji sabiex jingħelbu l-klesha. 133 135
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Dawn huma: • Udaram stadju attiv • Vicchinna stadju separat, inqas attiv • Tanu stadju ferm dgħajjef • Parsupta stadju mingħajr attività L-Upanishadi u l-Bhagavad Gita joffru diversi għodod, sabiex jingħelbu l-ostakli li jwasslu għal tbatija. Mhux tant faċli sabiex tipprattika jekk ma tkunx lest li tinħeles milli tibqa’ skjav tax-xewqat, tal-vritti li hemm fik stess. Xi prattiki tal-Yoga jnaqqsu t-tbatija, oħrajn jgħinuk tiflaħ it-tbatija bil-kuraġġ u fil-paċi. Ser insemmu wħud mill-prattiki li jgħinuna nikkultivaw attitudni sabiex intaffu t-tbatija. Ix-xewqat huma lkawża ta’ kull azzjoni li nieħdu sabiex nakkwistaw kulma rridu. Meta ma nilħqux ir-riżultat mistenni, nesperjenzaw it-tbatija. Bid-dixxiplina tal-pratyahara, kif ukoll tal-vairagya, innaqqsu t-tbatija. L-azzjonijiet jiġu imbuttati mix-xewqat li rridu aħna stess. Ix-xewqat iġġenerati mit-triguna joħolqu klesha skont liema tendenzi l-aktar li jiddominaw fina. Id-dixxiplina ta’ Yama u Niyama jgħinu ’l-persuna tagħraf aħjar il-funzjoni tat-triguna, tagħmel dixxerniment liema huma l-kawżi u l-effetti. Il-persuna tistabbilixxi ġewwa fiha kuntentizza tant li t-tbatija tkun tiflaħ iġġorrha aktar. L-attrazzjoni jew stmerrija lejn ċerti kundizzjonijiet tal-ħajja, huma wkoll għajn ta’ klesha. © 2021 C.J. Muscat
134 136
Ekam EkamSat Sat
Il-perċezzjoni tal-bniedem, ibbażata fuq duwalità. Kif żewġ kwalitajiet opposti jinbidlu, joħolqu konfużjoni, jagħtu lok għal sofferenzi u niket. Id-dixxiplina tal-Yoga tagħraf l-unità li teżisti flopposti u fid-diversità. Il-bniedem suġġett għallegoiżmu, nuqqas t’għarfien u delużjoni. Importanti ddixxerniment vivekam imnebbaħ mill-intelliġenza buddhi. Bid-dixxiplina tal-vivekam nevitaw milli nwettqu żbalji bil-ħsieb u bl-għemil, titnaqqas it-tbatija li tista’ tinħoloq minnhom. Meta ma nkunux nafu lkawża tal-klesha, nirrepetu l-istess żbalji, nerġgħu nsofru l-istess tbatija. Importanti d-dixxiplina Jnana Yoga, li nagħrfu l-verità, nidentifikaw il-kawżi talklesha u nagħżlu soluzzjoni tajba. Il-bniedem m’għandux kontroll sħiħ fuq ħajtu, lanqas jirnexxilu dejjem jagħżel is-soluzzjoni t-tajba. Xi bidliet iseħħu f’ħajjitna bla ma nkunu rridu, bla ma nsibu soluzzjoni. Lanqas ma nafu kif ser tkun il-ħajja fil-futur. Importanti nikkultivaw shradda u bhakti. Infittxu biss l-Imgħallem Divin Baja Govindam, sabiex ikollna lkuraġġ ngħaddu mill-klesha u naċċettawha bħala trasformazzjoni. It-tbatija tinsab imferrxa fid-dinja kollha. L-inqas ħlejqa wkoll issofri minn xi tbatija. Nippruvaw ma nkunux aħna stess sors li ngħakksu lil xi ħadd jew xi ħlejqa. Il-krudeltà u l-vjolenza joħolqu bosta klesha fid-dinja. Id-dixxiplina ta’ Ahimsa meqjusa mill-Vedanta bħala l-ogħla virtù. Il-Bhagavat Gita tqis ahimsa li ħadd m’għandu jikkaġuna jew jieħu gost bit-tbatija wieħed fuq l-ieħor. Importanti noffru lgħajnuna lil kull min jitlobhielna bla ma nistennew ebda merti bl-imħabba sabiex intaffu mit-tbatija li tinsab imferrxa fid-dinja kollha. 135 137
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Fid-dinja għaddejja lotta kontinwa bejn il-forza tal-bidla u dawk li ma jridux bidla. F’kull mument ta’ ħajjitna jeħtieġ niddeċiedu jekk naċċettawx klesha jew nirrifjutaw il-bidliet li kontinwament jitfaċċaw f’ħajjitna. Mhux faċli nagħmlu għażla, neqsin middixxerniment u neqsin mill-għarfien vidya tant neċessarju. Mhux faċli dejjem nindunaw liema bidliet huma tajbin għalina u għal ħaddieħor. Il-Bhagavad Gita tgħidilna sabiex nerħu r-riżultat tal-azzjoni tagħna f’idejn il-Jagadguru, l-Imgħallem Divin, billi nwettqu l-azzjoni tagħna bla nistennew xejn lura. Il-metodi tal-Yoga ilhom jiġu pprattikati għal bosta snin sabiex il-bniedem itaffi t-tbatija.
Ikel Sattviku
- Jirrispetta l-ħajja Sa mitt sena ilu bosta bnedmin kienu joqtlu annimali għall-gost jew għall-konsum. Kif ġiet introdotta l-friġġ, bosta bdew jixtru l-laħam. Bdew jiffrankaw l-intrigu tal-kaċċa, tal-qtil, riħa ta’ laħam mejjet u kif ser jiddisponu mill-fdalijiet. Illum dan ilproċess qed isir bil-magħluq. Il-laħam, imqatta’ u lest, jiġi mkebbeb fil-pakketti jew boroż. In-natura ta’ bosta annimali hi li jfittxu l-priża huma stess. Hekk maħluqin u m’għandhomx għażla. Il-bniedem għandu d-dehen li jagħżel l-ikel għall-għajxien tiegħu. Jista’ jikkaċċja lpriża jew jikkultiva ikel mix-xemx li n-natura toffrilu bl-abbundanza.
© 2021 C.J. Muscat
136 138
Ekam EkamSat Sat
Jista’ jirrispetta l-ħlejqiet jew jimita l-annimali predaturi. In-nejbiet tal-bniedem mhumiex adattati sabiex joqtol u jċarrat il-laħam. Ikollu jsajjar il-biċċiet tal-laħam bin-nar, għax l-istonku mhux tant faċli li jiddiġerixxi laħam nej. Ikollu jħawwar il-laħam bilħwawar aromatiċi sabiex itejjeb il-palat tal-laħam. Ikollu jaħżen il-laħam fil-friża sabiex il-proċess ta’ putrifikazzjoni jiġi mnaqqas. Il-qtil, tisjir u ikel ta’ laħam hu meqjus tamasiku, ta’ min jistmerru. Prodotti mill-għelieqi, frott ta’ dawl ix-xemx, mimli ħajja, mimli prana hu meqjus ikel sattviku, ta’ min ifittxu. Ilħlejqiet maħluqin u għandhom dritt għall-ħajja. Lannimali qegħdin hawn magħna, mhux qegħdin hawn għalina. Il-laħam jitlef il-prana kif jinqatel u mhux tant ta’ benefiċċju għas-saħħa tal-ġisem. Ikel sattviku mimli b’aktar prana hu ta’ benefiċċju għas-saħħa talbniedem, bla ma jeqred ebda ħajja. L-annimali erbivori jagħżlu biss żrieragħ, truf tal-weraq, fjuri, frott u għeruq. Il-bniedem jippreferi joqtol annimali erbivori u mhux annimali karnivori. Jeħtieġ li l-bniedem ikun aktar bniedem. Jeħtieġ li nieklu bl-imħabba, nirrispettaw il-ħajja tal-ħolqien. L-ikel sattviku jkompli jgħinna fil-prattika tal-Yoga. L-ayurveda tinkoraġġina nsegwu ikel sattviku. Meta nnaqqsu millaħam nindunaw li mingħajr laħam ngħixu tajjeb ukoll. Prakriti tipprovdi lill-bniedem b’kulma għandu bżonn. Shri Shri Anandamurtijii jgħidilna li ċ-ċelloli tal-ġisem jikbru bid-dawl tax-xemx, arja, ilma u l-ikel li nieklu. L-ikel għandu ferm influwenza mhux biss fuq iċ-ċelloli iżda wkoll fuq il-moħħ. Ikel sattviku jirrispetta l-metodu tat-tisjir, l-intenzjoni li biha qed insajru, li nsajru bil-qies u mhux bil-ħela. 137 139
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Ikel sattviku ma jinkludix prodotti proċessati, modifikati jew miżjudin bil-preservattivi. Ikel sattviku jinkludi dak kollu li jikber bix-xemx u li l-bniedem jikkultiva matul is-sena skont l-istaġuni tan-natura. Illum il-popli qed jitħalltu aktar. Qed ikunu aktar konxji mill-ikel naturali, jaqsmu użanzi ta’ tisjir mingħajr laħam, jissejħu veġetarjani. Mhumiex karnivori, jirrispettaw il-ħajja. Li tkun veġetarjan mhux biss għal raġunijiet etiċi, kulturali jew twemmin. Lekosistema jeħtieġ li tiġi rispettata. Kull ħlejqa li tinqered ser ikun hawn konsegwenzi xejn tajba sabiex in-natura tibbilanċja dak li qed jeqred il-bniedem. Miljuni t’annimali qed jinqatlu kuljum fid-dinja. Miljuni ta’ kreaturi tal-baħar u xmajjar qed jiġu kkunsmati mill-bnedmin kuljum. Għal kollox hemm prezz mhux tant monetarju iżda prezz ekoloġiku. Bosta bnedmin għadhom ma fehmux il-konsegwenzi li t-tfal tat-tfal futuri ser ibatu. Persuna li jastjeni li jiekol laħam, żgur li jiffranka l-ħajja ta’ għexieren t’annimali kull sena. Ilħajja hi l-istess u waħda fil-ħlejqiet kollha. Meta tgħodd diversi snin, persuna veġetarjana jiffranka mijiet t’annimali milli jinqatlu. Kull min hu veġetarjan għandu jkun ta’ ispirazzjoni sabiex nirrispettaw lannimali li huma wkoll għandhom kontribut xi jwettqu fl-ekosistema. L-annimali għandhom emozzjonijiet, familja kif ukoll dritt jgħixu f’komunità bħallbniedem. Fuq kollox il-bniedem jiddependi fuq iddharma naturali li l-annimali jwettqu fin-natura. Innaħal idakkru l-fjur tal-frott, l-għasafar iferrxu żżrieragħ, is-sriep jikkontrollaw il-ġrieden, il-ħut inaddaf l-ibħra minn karkassi. © 2021 C.J. Muscat
138 140
Ekam EkamSat Sat
Min hu veġetarjan qed jastjeni mit-tbatija li lannimali jgħaddu minnha qabel u waqt li jinqatlu. Tajjeb titkellem ma’ persuni oħra li jħobbu l-wens ta’ kelb jew qattus fid-dar. Iżda dan ir-rispett għandu wkoll ikun lejn l-annimali l-oħra kollha, speċjalment li ma jinżammux magħluqa fil-gaġeġ sabiex jiġu sfruttati. Bosta persuni li jkunu jitpaxxew jieklu llaħam lanqas biss jirrealizzaw it-tbatija li jgħaddu minnha l-annimali qabel jinqatlu. Kieku dak il-ħin stess jaraw ix-xeni krudili u l-agunija tal-annimali sakemm imutu, żgur li ma jkomplux jieklu. Insemmu wkoll il-proċess ta’ qabel il-qatla li jibda mill-istalla. Insemmu kif l-annimali jiġu kkastrati, immarkati, jingħataw ormoni sabiex jismnu għall-produzzjoni tallaħam. Sistemi li jirrendu l-annimal beżgħan, iżolat, marbut fi spazju ristrett. Kif jinżammu fi kmamar bla dawl, kmamar iffullati tant li żgur ikunu mdejqa u mbeżżgħin. Uħud jiġu mbiċċra mat-twelid sabiex jingħataw ikel għal annimali oħra. Bla ma nsemmu metodi krudili fejn jiġu skarnati, fgati, qtugħ ir-ras meta jkunu għadhom ħajjin. Bosta bnedmin xejn m’għandhom rispett lejn l-annimali. Titkellem dwar dan, ukoll tħoss li m’għandekx tkun parteċipi filkrudeltà lejn l-annimali. Aktar u aktar tmur fil-postijiet fejn jinqatlu. Tisma’ t-twerżiq, krib, il-kefrija ta’ min jesegwixxi l-qtil, għat-tpaxxija xejn umana talbniedem. Interessanti wieħed jinnota li meta bniedem karnivoru jimrad b’xi kundizzjoni, jingħata l-parir sabiex jevita l-laħam. Ikel tamasiku, mejjet, prodott tan-niket żgur li jiġġenera aktar ħsara milli ġid filġisem tal-bniedem. 139 141
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Qed jiżdied il-mard fis-soċjetà prinċipalment minħabba l-ikel tamasiku, ikel tossiku li qed nieklu. Ilbniedem li jixtieq verament jevolvi u jsir aktar bniedem jagħżel ikel sattviku, ikel nadif, ikel prodott mid-dawl naturali tax-xemx. Insibu diversi studji dwar ilvantaġġi li tikkonsma ikel sattviku, ikel veġetarjan. Aktar faċli li persuna veġetarjana tirreżisti l-mard milli persuna karnivora titnaddaf mill-mard. Hemm bżonn li wieħed jinforma tajjeb lilu nnifsu. Ikel sattviku jnaqqas il-kolesterol, dijabete, kanċer u mard ieħor. Donnu li għad fadal bosta informazzjoni li qed tinżamm fiddlam. Hemm akkwisti akbar fil-produzzjoni tal-laħam kif ukoll akkwisti akbar mill-industrija farmaċewtika. Il-produzzjoni tal-ħaxix u prodotti agrikoli jeħtieġu inqas meded t’art u inqas użu ta’ ilma. L-annimali talirziezet jikkunsmaw aktar ilma u prodotti agrikoli. Studji jindikaw li għall-produzzjoni ta’ kilo laħam hemm bżonn ħafna aktar art, aktar ilma saqwi, u aktar fossil fuel milli sabiex tipproduċi kilo proteini minn żrieragħ. Qed isir sajd eċċessiv fl-oċeani u xmajjar bl-użu ta’ xbieki, tkarkir, sajd illegali u metodi distruttivi li jirriżultaw fil-qerda ta’ ħlejqiet oħra bla bżonn. Sajd żejjed sabiex jilħqu t-talbiet tal-konsum madwar iddinja ser iħalli qerda fl-ekosistemi tal-baħar. Sajd żejjed qed iħalli problemi oħra bħalma huma tniġġis, tnaqqis fil-livell t’ossiġinu fil-korp tal-ilma. Dawn kollha jħallu disturbi fil-ktajjen tal-ikel tal-ekosistemi. Jeħtieġ aktar rispett lejn il-ħajja tal-ibħra, xmajjar u oċeani. Il-Veda tfakkarna li l-ħajja hi waħda. L-għażla ta’ min jipprattika l-Yoga tinbidel, minn dik tamasika ssir aktar sattvika. Minn dik karnivora ssir aktar favur prodotti friski tax-xemx. © 2021 C.J. Muscat
140 142
Ekam EkamSat Sat
Bħala bnedmin għandna nirrispettaw lil kull ħlejqa hekk kif nirrispettaw lilna nfusna. Ahimsa, la toqtolx, tapplika mhux biss għall- bnedmin. Iddixxiplina ta’ Ahimsa meqjusa mill-Vedanta bħala logħla virtù. Il-Bhagavat Gita tgħidilna li ħadd m’għandu jikkaġuna jew jieħu gost bit-tbatija wieħed fuq l-ieħor. L-iskop ta’ prakriti hu l-ħajja. L-iskop talħajja mhux li tneħħi l-ħajja. Jeħtieġ li l-bnedmin jirrispettaw id-dharma tal-ħlejqiet kollha. Sakemm ilbnedmin jibqgħu jipprattikaw il-qtil mhux possibbli li fid-dinja ssaltan l-armonija fost l-umanità u f’kull ekosistema tad-dinja. Ahimsa twassal għal moralità laktar għolja. Id-dixxiplina ta’ Ahimsa meqjusa millVedanta bħala l-ogħla virtù. Il-Bhagavad Gita tgħidilna li meta l-bniedem iħoss is-sofferenzi talħlejqiet ġewwa qalbu, dik hi konoxxenza.
Insemmu xi persuni, fost il-bosta, li kienu veġetarjani. Newton, Einstein, Benjamin Franklin, Plato, Socrates, Pythagoras, John Milton, Shelly, Rabindranath Tagore, Nikola Tesla, Voltaire, George Bernard Shaw, Leo Tolstoy, Apollonius ta’ Tyana, Annie Besant, Confucius, Leonardo da Vinci, Aldous Huxley, Kabir, Franz Kafka, u bosta oħrajn. Il-Mahabharata tgħidilna li kull min jixtieq isemmen lil ġismu billi jiekol il-laħam ta’ ħlejqiet oħra, jgħix ħajtu fin-niket. Acharya Satyaparananda Avadutha jgħidilna li l-ħajja talbniedem adattata għall-prattika ta’ sadhana. Il-ħajja tal-annimali adattata biss sabiex twettaq il-bżonnijiet tas-sensi. Albert Einstein jgħidilna li l-mod t’għajxien veġetarjan jinfluwenza lill-bnedmin kollha. Għandu jkun ferm ta’ benefiċċju għall-komunità tal-bnedmin kollha. Thomas Edison jgħidilna li l-iskop tal-evoluzzjoni hu l-ħajja, li ma toqtolx ilħajja. Sakemm il-bnedmin ma jiqfux ikunu vjolenti mal-ħlejqiet kollha, jibqgħu jissejħu slavaġ. Din twassal għal moralità l-aktar għolja. Paul McCartney isostni li jekk il-biċċeriji jkunu bil-ħitan tal-ħġieġ, kollox jidher, żgur li bosta jsiru veġetarjani. 141 143
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Sanatana Dharma Meta nitkellmu fuq il-kitbiet tal-Veda, qed nitkellmu fuq Sanatana Dharma. Tajjeb li wieħed jiddistingwi t-tagħlim ta’ Veda Dharma kif spjegajna, minn kif jiġi manipulat għal skopijiet differenti ta’ poter, l-istess kif ġara matul iż-żminijiet minn diversi reliġjonijiet. Tajjeb nifhmu li meta nużaw il-kelma Veda u l-kelma Hindu għalkemm kliem differenti, inkunu qed nirreferu għal Sanatana Dharma. Il-kelma Hindu hi kelma estrana għall-Veda. Kienu diversi li kitbu dwar il-Veda, bħal Shankaracharya, Rammanujacharya, Madhvacharya. Dawn qatt ma semmew il-kelma Hindu fil-kitbiet tagħhom. Kienet tintuża biss il-kelma Sanatana Dharma. Sanatana Dharma tfisser il-Verità Eterna, kienet minn qabel kull reliġjon li ġiet wara. Instabu kitbiet fuq kolonna li nbniet fil-113 Q.K. millambaxxatur Grieg għall-Indja, Heliodorus, kif ukoll instabu muniti ta’ Agathocles, fit-tieni seklu Q.K., li juru immaġini ta’ Krishna u Balaram. Dawn il-kitbiet u bosta sejbiet oħra jagħtu xhieda li Sanatan Dharma kienet teżisti qabel it-tliet reliġjonijiet monoteisti. IlVeda hija bbażata fuq id-Dharma u għalhekk tissejjaħ Veda Dharma.
© 2021 C.J. Muscat
142 144
Ekam EkamSat Sat
Il-Hindu Dharma tibbaża fuq it-tagħlim talVeda Dharma. Mhux tant faċli li tifhem u aktar diffiċli li tfiehem it-tagħlim tal-Veda speċjalment għal min ma jsegwi ebda dixxiplina f’ħajtu. Matul iż-żminijiet ittagħlim ta’ Sanatana Dharma introduċa stejjer, leġġendi, riti u tixbihat. Ta’ min wieħed jinnota li l-kelma Hindu ma tintużax fil-kitbiet tal-Veda u lanqas il-kelma reliġjon. L-oriġini tal-kelma Hindu meħuda minn ċiviltà li kienet tgħix madwar ix-Xmara Indu. Bil-Persjan Sindu u aktar tard bdew jissejħu Hindu. Il-kelma Hindu kif ukoll il-kelma Indja bdew jiġu użati mill-ħakkiema barranin bosta snin wara li nkitbet il-Veda. Dwar dan tkellimna fil-paġni tal-bidu. Il-medda t’art magħrufa bħala Bharatavarsha bdiet tissejjaħ Indu (Indja) għallwied Sindhu. Aktar tard bdew jużaw il-kelma Hindu peress li ma setgħux jippronunzjaw l-esse ta’ Sindhu. It-terminu Hindu beda jintuża mill-barranin fisseklu sebgħa sabiex jiddeskrivi l-popli li jgħixu filBharatavarsha. Bejn it-tmintax u d-dsatax-il seklu, studjużi mill-Ewropa bdew jersqu lejn l-Indja u bdew jużaw ukoll il-kelma Hindu sabiex jiddeskrivu ddiversi reliġjonijiet ipprattikati fil-Bharatavarsha li bdiet tissejjaħ Indja. Studjużi u missjonarji tal-Punent meta skoprew ir-rikkezzi materjali, intellettwali u mistiċi fl-Indja, ħawru t-teorija tal-invażjoni Arjana sabiex ikażbru l-kulturi antiki tal-Indja, jifirdu l-popli, iżebilħu l-prattika tal-Sanatana Dharma kif ukoll lgħarfien mistiku tal-Veda. 143 145
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Illum din it-teorija qed tiġi skreditata minn studjużi aktar ġenwini li qegħdin japprezzaw u jitgħallmu mill-popli tal-Indja minn kull aspett. Itterminu ‘Sanatana Dharma’ beda jinbidel u llum sar meqjus bħala ‘Hindu Dharma’. Il-Veda Dharma ta’ ħamest elef sena ilu hi ferm differenti minn kif qed tiġi pprattikata llum bħala Hindu Dharma. Il-kitbiet ta’ Sanatana Dharma nkitbu matul ixXmara Saraswati, fejn kien hemm iċ-ċiviltà li ħadet listess isem tal-Wied Indus. Sa dak iż-żmien ma kienx hemm tempji u lanqas l-użu ta’ statwi. L-għanjiet talVeda kienu offerti/yagna ta’ rispett, indirizzati direttament lejn in-natura prakriti. Meta x-Xmara Saraswati nixfet, iċ-ċiviltà talIndus kellha tiċċaqlaq lejn il-Lvant. Bdew jinbnew ittempji. Seħħew ħafna tibdiliet matul il-ħamest elef sena wara li nkitbet il-Veda. Dan minħabba d-diversi invażjonijiet u abbużi mwettqa mill-barrani, kif ukoll l-introduzzjoni tat-taqsimiet soċjali. Il-kitbiet oriġinali ttrasformaw mill-Veda Dharma għal dik li llum tissejjaħ Hindu Dharma. Meta ngħidu Hindu llum nifhmu persuna li jsegwi drawwiet u riti ta’ devozzjoni, hekk kif ukoll iseħħ minn diversi reliġjonijiet li ġew ferm wara. Liskop ewlieni tal-Veda hu li wieħed ifittex il-Verità mhux biss fid-dinja ta’ barra iżda ġewwa fih stess. Ifittex li jagħraf l-unità f’kulma jeżisti, aktar milli jiddistingwi reliġjon minn oħra.
© 2021 C.J. Muscat
144 146
Ekam EkamSat Sat
Insibu li r-Rig Veda tirrispondi b’mistoqsijiet neti… neti… sabiex tinkoraġġik li tfittex int u tagħraf int stess il-Verità. Il-Hindu Dharma tagħtik risposta lesta għal kull mistoqsija billi tuża simboli devozzjonali. Ir-Rishi talVeda jħarsu lejn l-eżistenza bħala Realtà Waħda. Sankaracarya introduċa d-duttrina tal-Mayavada (nitkellmu aktar ’il quddiem). Ir-Rishi kienu jħarsu listess lejn Saguna Brahman u Nirguna Brahman. Illum il-Hindu Dharma tenfasizza aktar fuq l-Upanishad milli fuq il-Veda. Minkejja l-fatt li mingħajr il-Veda ma jistax ikollna l-Upanishad. Fit-tradizzjoni Hindu Dharma, insibu l-individwalità fost l-umanità. Fit-tradizzjoni Sanatana Dharma, insibu lmixja spontanja tal-ħajja fost il-bnedmin kollha. IlMahayoga titkellem aktar fuq l-universalità milli fuq lindividwalità. Il-Veda tħalli l-għażla f’idejn il-persuna. Fittex int u agħraf int stess il-Verità. Il-Hindu Dharma ttik normi, gwida x’għandek tagħmel u x’m’għandekx tagħmel. Ittik issegwi riti sabiex tkun aktar faċli li persuna tifhem aħjar ir-Realtà sħiħa. Fil-Veda Dharma nsibu wkoll riti, iżda huma aktar intellettwali. Il-popli kollha jużaw riti varji fil-ħajja ta’ kuljum sabiex isegwu diversi attivitajiet tant meħtieġa. Fit-tradizzjoni Veda nsibu Sanyas għal persuni maskili. Fittradizzjoni Hindu nsibu Sanyas għal persuni femminili wkoll. Il-letteratura Veda, jew aħjar, il-letteratura talGħarfien Brahmanvidya, tikkonsisti mhux inqas minn mitt biljun vers bil-lingwa Sanskritt. 145 147
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Meta l-Hindu Dharma introduċiet il-letteratura tal-Agama, bdew ukoll jintużaw simboli sabiex iressqu t-talb u l-offerti, hekk kif għamlu diversi reliġjonijiet li ġew ħafna wara sal-lum. It-terminu Dharma ma jfissirx reliġjon. Meta bdiet tintuża bħala twemmin/reliġjon inħolqot konfużjoni. Biex nissimplifikaw nistgħu ngħidu li l-Veda tispjega dwar Brahman. L-Upanishad huma l-applikazzjoni prattika sabiex wieħed jasal għal esperjenza diretta ta’ Brahman. Il-Veda Dharma tispjega kemm fuq dak li jidher Saguna Brahman kif ukoll fuq dak li ma jidhirx Nirguna Brahman. LUpanishad jispjegaw il-kif, il-prattika li wieħed jista’ jagħmel b’mod personali sabiex ikollu esperjenza ta’ Brahman. Il-qofol ta’ Sanatana Dharma hu li lOmkara (il-kelma) issawret fi bniedem u fil-bniedem, il-jivatman ifittex, jixxennaq sakemm jesperjenza lParamatman. Il-jien ma jsib qatt mistrieħ, qabel jintreħa fi Brahman. Il-Veda tispjega Atman u Brahman bħal taqtira ilma (il-jivatman) li tintreħa ġol-oċean, ilparamatman. Minn Brahman u fi Brahman il-bniedem hu l-milja tal-eżistenza. Sanatana Dharma meqjusa bħala mod t’għajxien, mod ta’ ħajja. Toffrilek bosta għodod sabiex tisseddaq. Inti responsabbli u liberu tagħraf u tagħżel it-triq li trid fil-ħajja. Veda Dharma mhix twemmin, ma teskludi l-ebda reliġjon. Kulħadd għandu dritt għall-Verità u d-dmir li jagħraf il-Verità. Madwar sitt elef sena ilu, kien hemm biss Sanatana Dharma. Ma kienx hemm ir-reliġjonijiet tal-Iżlam, talKristjaneżmu, tal-Ġudaiżmu, tal-Żoroastriżmu jew talBuddiżmu*. * Irreferi għat-tabella skala taż-żmien fil-paġni tal-aħħar. © 2021 C.J. Muscat
146 148
Ekam EkamSat Sat
Kif ser tispjega dak li mhux possibbli tispjega? Meta nkitbet il-Veda aktar minn ħamest elef sena ilu, ir-Rishi ċertament li kellhom diffikultà kif ser jispjegaw bil-fomm jew bil-kitba l-Verità li tinsab minsuġa wara l-ispettaklu meraviljuż tal-eżistenza li aħna nifhmu bħala r-realtà apparenti. Kif spjegajna aktar qabel, il-mistiċi Rishi japprezzaw il-kobor talunivers, ta’ kulma jidher u jinbidel, l-asat, il-jagat bħala effett ta’ dak li mhux viżibbli mhux possibbli nifhmu u naraw bis-sensi. Jirreferu għal dak li jidher bħala Saguna Brahman u għal dak li hu lil hinn missensi bħala Nirguna Brahman. Xi termini bis-Sanskritt huma simboli xi ftit astratti għal moħħ il-bniedem. Ilmistiċi Rishi użaw termini li jinftiehmu minn kulħadd sabiex ifiehmu aħjar. Kif ser tispjega dak li mhux possibbli tispjega? Is-simboli huma l-aktar mod prattiku. Insibu numru infinit ta’ simboli użati millbniedem. L-aktar simbolu komuni nsibuh ta’ kuljum fuq ilmuniti jew karti li jirrappreżentaw is-simbolu monetarju. Protett u mistur fil-post fejn iseħħu blimħabba kollha bosta tranżazzjonijiet ta’ fiduċja. Issimbolu monetarju jinbidel skont il-fidi li jkollu lbniedem matul iż-żminijiet. Jinbidel differenti skont ilkultura tal-pajjiżi. Hemm diversi simboli oħra li tant jgħożż il-bniedem, li m’hemmx ħtieġa li nsemmu. Issimboli użati wkoll mix-xjenza sabiex tispjega ċerti dimensjonijiet, ngħidu aħna l-materja mudlama (dark matter) kif ukoll l-enerġija mudlama (dark energy). Dimensjonijiet li, min mhux familjari max-xjenzi, mhux faċli li jifhem. 147 149
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Fit-terminoloġija Vedantika nsibu kliem simboli bħal Narayana, Brahman, Krishna, Shiva, Vishnu u ħafna kliem simboli oħrajn li matul iż-żminijiet beda jinbidel is-sinifikat tagħhom. It-termini li semmejna aktar ’il fuq mir-Rishi talVeda jissimbolizzaw l-enerġiji jew forzi li topera bihom prakriti kemm fl-univers kif ukoll fil-ħlejqiet u l-bnedmin kollha. Simboli tant astratti li matul iżżminijiet ingħataw forma mill-bniedem li tirrappreżenta l-panchamahabhuta b’mod konkret. Nitkellmu dwar dan aktar ’il quddiem. Ix-xjenzi jħabirku jgħoddu u jqisu sabiex jippruvaw jifhmu lfatti u l-fenomeni li qegħdin quddiem kulħadd. Jitkellmu wkoll dwar it-teorija tar-realtà unifikata. Rishi Aurobino jgħidilna fil-ktieb The Secret of the Veda li l-forzi naturali, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, jirrappreżentaw diversi setgħat li nsibu filkożmos, il-panchamahabhuta, kif ukoll il-virtujiet, talenti u vizzji li nsibu fil-bniedem vritti, vasana, samskara. Bit-twemmin popolari nirreferu għalihom bħala ‘ilħażen u t-tajjeb’ jew ‘xjaten u allat’. Waħedha tiġi lmistoqsija: għaliex insibu bosta simboli fil-Hindu Dharma? Insibu li hemm tliet aspetti li huma simbolu astratt sabiex jindikaw aspetti differenti ta’ Brahman li hu wieħed. Il-Veda titkellem fuq tliet aspetti ta’ Brahman: Brahma – setgħa li toħloq, li tiġġenera. Vishnu – setgħa li topera, issostni, tikkultiva. Shiva – setgħa li tittrasforma.
© 2021 C.J. Muscat
148 150
Ekam EkamSat Sat
Dawn it-tliet aspetti ta’ Brahman, mhumiex tliet allat. Brahman wieħed, m’hemmx it-tieni. M’hemm xejn barra minnu. Permezz ta’ dawn it-tliet operazzjonijiet Brahman kontinwament joħloq, isostni u jittrasforma. Nosservaw li l-bniedem la jista’ joħloq, la jista’ jsostni u lanqas ma jista’ jeqred. Brahman biss jista’ joħloq permezz ta’ Brahma. Jista’ wkoll isostni permezz ta’ Vishnu. Jista’ wkoll jittrasforma permezz ta’ Shiva. Il-bniedem jista’ biss jiżra’, isaqqi u jindokra iżda Brahman li jordna kollox. Sabiex nissimplifikaw aktar, il-Veda tirreferi għal Brahman bħala Saguna, dak li jidher, u Nirguna, dak li ma jidhirx. Wieħed jistaqsi: mela għalfejn insibu allat oħra fil-Hindu Dharma? Il-Hindu Dharma hi mod ta’ ħajja fejn inti tagħżel u ssegwi dak li hu skont id-Dharma tiegħek, skont linklinazzjoni tat-tendenzi vasana li ġibt miegħek mattwelid. Nippruvaw nifhmu li kull setgħa/forza/enerġija tiġi rrappreżentata b’mod simboliku minn kull individwu skont il-vibrazzjoni individwali tiegħu, skont l-individwalità unika tiegħu. Kull forza/enerġija tiġi mfissra bħala deva. Kelma mis-Sanskritt li tfisser tiddi, eċċellenti, iddawwal, ċelestjali, divin. Simbolu li jindika dik il-forza/enerġija li apparentement hi distinta minn kull aspett ieħor, iżda teżisti biss fi Brahman li hu wieħed. Sanatana Dharma tikkonoxxi li kull persuna hu individwu jiva, distint fiżikament iżda jirrifletti aspett partikolari ta’ Brahman. Il-Veda tirreferi bħala jivatman, il-glorja divina ta’ Brahman. 149 151
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
L-individwu liberu jagħżel ifittex il-verità, juża metodi differenti sabiex jagħraf hu stess u jesperjenza hu stess il-Verità. L-individwu hu liberu jagħżel li jgħix, ibati jew igawdi skont kif jixtieq hu. Sanatana Dharma ma timponix kastigi, theddid, biżgħat. Il-jien responsabbli ta’ kulma jixtieq. Il-jien liberu li jagħżel it-triq li jixtieq sabiex jirrealizza lverità. Il-popli kollha jużaw simboli, statwi u riti ta’ kull xorta, ta’ kull forma u isem namarupa. Silta meħuda minn Chandogya Upanishad tgħidilna Ekam evadvitiyam brahma. Brahman wieħed, m’hemmx ittieni. Il-jien għamel lilu nnifsu simbolu fiċ-ċentru tależistenza. Xi simboli jeħilsuk mid-dlam ta’ moha, juruk it-triq tal-Verità. Oħrajn ibegħduk mit-triq tal-verità, jagħmuk bil-konfużjoni, bid-dubji, bin-niket, juruk ittriq li tbiegħdek mill-verità.
Il-Purana
- Iwasslu b’mod sempliċi t-tagħlim tal-Veda Il-Purana jitkellmu fuq bosta okkorrenzi straordinarji, li huma diffiċli tifhem jew temmen. Jidhru aktar leġġendi milli kitbiet sagri bħalma huma lUpanishad u l-Bhagavad Gita. Intant il-Purana bisSanskritt tfisser ta’ żminijiet imbiegħda, kitbiet antiki tal-qedem. Qabel ma nkitbu kienu jiġu trażmessi bilfomm. Insibu l-ewwel referenza għall-Purana flUpanishad li jġib l-isem Chandogya, ħames mitt sena Q.K. © 2021 C.J. Muscat
150 152
Ekam EkamSat Sat
Il-Brhadaranyaka Upanishad jirreferi għallPurana bħala l-ħames Veda. Jikkonsistu minn kitbiet dwar suġġetti varji bħal kożmoloġija, mediċina, astronomija, ċikli kożmiċi, grammatika, mineroloġija, filosofija, ġeneoloġija ta’ renjanti, tempji, pellegrinaġġi, rakkonti dwar personaġġi qalbiena, personaġġi ċelestjali, għorrief Rishi, l-istorja talunivers, stejjer ta’ mħabba, ħrejjef u rakkonti umoristiċi. Insibu referenzi fil-Manvañtara għallkreazzjoni tar-razza umana, jiddeskrivu wieħed u sebgħin yuga ċelestjali (308,448,000 sena). Kitbiet li jimlew enċiklopediji, ikkalkolat li jikkonsistu minn erba’ mitt elf sloka. Skont it-tradizzjoni nsibu tmintax-il Purana prinċipali u tmintax oħra minuri. Insibu kitbiet dwar ilYoga f’diversi kitbiet tal-Purana. L-aktar magħrufa hi l-Bhagavad Purana li tirrakkonta l-avventuri talinfanzja u l-ewwel snin ta’ Krishna. Titkellem ukoll dwar il-prattika ta’ Bhakti Yoga. L-iskop tal-Purana hu li jqarrbu l-bnedmin lejn realtà ċelestjali, mhux biss realtà ta’ din id-dinja. Il-Purana joħolqu opportunità sabiex iwasslu b’mod sempliċi t-tagħlim tal-Veda u tal-Yoga. IlBhakti Yoga hi ferm ċentrali fil-Purana. Linga Purana jitkellmu fuq il-prattika tal-yama, niyama u pranayama. Filwaqt li Vayu Purana jitkellmu fuq ilprattika tal-pratyahara, dharana u dhyana.
151 153
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Tajjeb insemmu l-Brahma Purana li jiġi minn tal-bidu. Jitkellem fuq Brahman u hu ddedikat lillBrahma bħala l-kreatur ta’ kull eżistenza. Ismu xejn ma jissemma. Sorsi jsostnu li hu stess in-narratur talBrahma Purana. Bejn 400 u 600 W.K., matul l-Imperu Gupta kien in-narratur Vyasa, tal-Mahabharata, li ġabar il-Purana. Skulari u studjużi jsibu ħjiel ta’ traċċi simili tal-Purana fil-kitbiet ta’ reliġjonijiet diversi. Insabu diversi kitbiet tal-Purana miktubin bilvernakulari, li skulari Brahmini jirrakkuntaw waqt sessjonijiet ta’ Katha meta jivvjaġġaw minn raħal għal ieħor. Bosta skulari jsostnu li l-Purana għandhom bażi storika u m’għandhomx jitqiesu bħala mitoloġija. IlPurana huma kitbiet shradda li jiftħu tieqa lil hinn miż-żminijiet. Jinkludu stejjer tal-kreazzjoni, valuri etiċi, stejjer ta’ familji, dinastiji, imperi, okkorrenzi ċelestjali, hekk kif insibu f’diversi kitbiet reliġjużi talPunent. Għandhom jiġu rrispettati bħala kitbiet sagri li nsibu f’diversi tipi ta’ twemmin li huma wkoll diffiċli li tifhem u li temmen. Il-Purana jispjegaw l-għarfien li hemm fil-Veda billi jużaw metodi ta’ tagħlim sempliċi. Jiffaċilitaw it-tagħlim tal-Veda billi jippreżentaw allegoriji, drammi, għanjiet ferrieħa għall-persuni li jsibu diffikultà jifhmu t-tagħlim talVeda. It-tagħlim tal-Purana jwassal b’modi sempliċi dak li hu ferm diffiċli jiftiehem fil-Vedic Shastra. Huma tagħlimiet popolari tal-Veda Dharma, u m’għandhomx jitqiesu bħala mitoloġija sempliċement għax jirrakkuntaw stejjer u leġġendi li huma diffiċli li temmen. © 2021 C.J. Muscat
152 154
Ekam EkamSat Sat
Il-kelma Purana tfisser kitbiet antiki. Uħud mill-Purana jitkellmu mhux biss fuq iż-żminijiet imbiegħda, iżda jitkellmu wkoll fuq żminijiet li għad iridu jiġu fil-futur imbiegħed, insemmu l-Bhavishya Purana. Insibu pancha lakshana, ħames kwalitajiet ta’ għarfien: sarga, pratisarga, manvantara, vams charitra, puranam. Mhux neċessarjament jirriflettu informazzjoni eżatta taż-żmien. Il-memorja tal-bniedem u l-perċezzjoni talbniedem mhumiex tant preċiżi. Il-kitbiet tal-bniedem suġġetti għall-gosti u x-xewqat tal-persuna partikolari li qed jirrakkonta. Esperjenzi mit-tfulija tagħna stess ukoll jitilfu minn dettalji essenzjali li aħna nirrakkuntaw. Il-kelma myth ġejja mill-kelma mythos bil-Grieg li tfisser storja. It-terminu mithya bisSanskritt ifisser falz, mhux veru, fittizju jew illużjoni. Dan ma japplikax għall-Purana. Għaliex? L-għorrief antiki tal-Indja jqisu li dak kollu li jinbidel hu temporali, jispiċċa daqslikieku ma seħħ qatt, ma eżista qatt, u għaldaqstant ma kinux jagħtu importanza lillkitba tal-istorja. Kienu biss jirreferu għal xi esperjenza fi sfond akbar bħala rakkont/tagħlima aktar milli sempliċement biex jiftakru x’ġara. Ir-rakkonti tal-Purna, Panchatantra, Hitopadesha, Jataka u oħrajn, kienu mezz ta’ tagħlim u divertiment. Intenzjonati li jgħaddu tagħlimiet bażiċi ta’ morali, kultura, twemmin u prattika tal-Veda Dharma. Kienu jiġu mgħoddija lillkomunità permezz ta’ drammi, arti u espressjonijiet spettakolari ta’ ċelebrazzjoni kollettiva sabiex aktar ifissru dak li kien qed jiġi rrakkuntat. 153 155
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-Purana ġew meqjusa ferm bi stmerrija minn skulari tal-Punent. Kienu jinterpretaw il-Purana skont it-twemmin u kultura tal-Punent. Skont kif jifhmuhom huma. Kienu jqisu l-Purana bħala ħrejjef sopranaturali għax kienu ferm diffiċli sabiex jifhmuhom. Kienu joħolqu preġudizzji u stmerrija kontra l-Hindu Dharma, sabiex jiftaħru li t-twemmin li jsegwu huma hu superjuri. Dan kienu jagħmluh sabiex jikkonvertu, bla ma jammettu li bosta mit-twemmin li jħaddnu kien ferm simili għall-Purana li kien ferm eqdem. Xi missjunarji kienu jiżżuffjettaw u jfittxu nuqqasijiet, tant li għadhom jinħolqu firdiet sal-lum. Xi skulari kienu jippruvaw jinterpretaw u jivvintaw l-istorja talIndja għall-finijiet u l-konvenjenza tagħhom. The Alternative History of India huwa eżempju riċenti.
Il-Kali Yuga
- baħar ta’ żbalji u qerq Tajjeb niftakru li l-kitbiet tal-Veda fosthom ilBhagavatam Purana, il-Mahabharata u l-Bhagavat Gita nkitbu aktar minn ħamest elef sena ilu. Insibu referenza għaż-żminijiet oskuri tal-Kali Yuga ddominati minn tendenzi asura. Il-kożmoloġija talVeda tgħidilna li l-Kali Yuga huwa r-raba’ ċiklu. Żmien l-aktar tamasiku, li jintemm fi pralaya, meta leżistenza tirtira, isseħħ trasformazzjoni u l-kożmos jibda ċiklu ġdid.
© 2021 C.J. Muscat
154 156
Ekam EkamSat Sat
Matul iż-żminijiet tal-Kali Yuga l-bnedmin jargumentaw bejniethom, iqarrqu u faċli jiġu mqarrqa, lesti biex jakkwistaw u mhux jaħdmu għall-għajxien tagħhom, dejjem anzjużi għall-ħakma fuq xulxin. Il-ħajja tiqsar mhux minħabba skarsezza ta’ ikel fuq il-pjaneta, iżda dovut aktar għall-vizzji u l-mod ta’ għajxien xejn tajjeb għas-saħħa. Bosta jabbandunaw art twelidhom sabiex ifittxu sigurtà f’pajjiżi oħra. Jiġu mċaħħda mill-ikel u l-kenn, jispiċċaw jorqdu fit-toroq. Il-ħbiberija tkun relazzjoni bbażata fuq akkwisti mhux fuq rispett. Il-qraba mejta, jintesew għalkollox. Tonqos is-saħħa u l-bnedmin ikunu aktar dgħajfa. Mgħobbija bit-taxxi, bosta jitilqu f’pajjiżi oħra. Ilprodotti jinbiegħu bl-użin nieqes, il-kummerċ jiżdied. Is-suċċess fin-negozju jiddependi aktar fuq il-qerq. Il-bnedmin ifittxu aktar il-konsum tal-laħam, alkoħol u prodotti ppakkjati, milli jsajru ikel naturali. Kollox jispiċċa ta’ taħt fuq u ta’ fuq taħt. Il-ħażin u l-falz jitqies aktar mit-tajjeb u l-veru. Kulħadd jagħmel skont kif jiftillu, ir-rispett jispiċċa. Jiżdiedu predikaturi xejn ġenwini. Il-gideb jitwemmen aktar.
155 157
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Ix-xogħol jonqos, in-negozju jiżdied. Is-serq jiżdied b’mod estrem. L-għoġġiela tal-baqar jinqatlu qabel jitwieldu. Ilħalib tal-baqar jonqos u jintuża ħalib differenti. Kull min ikollu s-setgħa, jinfluwenza lill-qrati. Min ma jkollux flus biżżejed biex ixaħħam, jiġi mċaħħad minn dak li bi dritt hu tiegħu. Irġiel u nisa jgħixu flimkien sempliċement biex jissodisfaw il-ġibdiet sesswali. Li tkun raġel jew li tkun mara jiddependi fuq il-kapaċità sesswali. Raġel u mara jirrelataw kif jaqbillhom, mhux bl-imħabba. Min jimxi fit-triq tas-sewwa, ikollu ħajja qasira, min le jgħix aktar fit-tul. L-integrità reliġjuża tkun meqjusa skont il-ħwejjeġ li tilbes. L-ispiritwalità ta’ persuna tkun meqjusa skont simboli esterni. Fuq l-istess dehra esterna l-bnedmin ibiddlu minn reliġjon għal oħra. Persuna li kapaċi tlablab u tilgħab bil-kliem tkun meqjusa bħala tal-iskola. Il-proprjetà li jkollu persuna tkun inċerta jekk ma jkollux dħul finanzjarju tajjeb. Il-qerq jiżdied, il-verità tiskarsa. © 2021 C.J. Muscat
156 158
Ekam EkamSat Sat
Ma jkunx fadal lok li tiċċelebra festi ta’ ferħ, jiżdied in-niket. Mhedda mill-għaks u taxxi għolja, il-bnedmin ikollhom jieklu weraq, għeruq, fdal tal-laħam. Milquta min-nixfa jaslu biex jinqerdu. It-twemmin jiġi abbandunat, it-triq tas-sewwa tinbidel fit-triq tal-qerq u l-ħażen. Il-bnedmin ċittadini jsofru mill-kesħa, riħ, sħana, xita u silġ. Ikomplu jsofru mill-ġuħ, għatx, mard, ġlied bejniethom u ansjetà. L-aktar età li jilħaq jgħix il-bniedem tkun sa ħamsin sena. Il-bnedmin ma jibqgħux jieħdu ħsieb lillġenituri meta jikbru fl-età. Il-mexxejja jikkunsmaw liċ-ċittadini. L-intellettwali jkunu devoti biss għall-gosti talġisem. Fil-Kali Yuga l-bnedmin jobogħdu aktar lil xulxin. Jabbandunaw kull ħbiberija mqar għal ftit muniti. Ikunu lesti li jitqatlu, u jaslu biex joqtlu lil qrabathom. Il-bnedmin jeqirdu foresti sħaħ bla ebda pjan. Libliet ikunu ddominati minn ħallelin. Il-Veda tiġi mkażbra minn twemmin qarrieqi. 157 159
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Għalkemm il-Kali Yuga baħar ta’ żbalji u qerq mifruxa fost l-umanità, hemm kwalità waħda tajba. Wieħed jista’ jgħaddi mill-ħakma materjali tal-Kali Yuga bil-prattika tal-japayoga sakemm jesperjenza ssaltna traxxendentali hu stess. Il-jien falz, aham, jitnaddaf minn kull vasanas (tendenzi), jitwaħħad f’samadhi mal-Atman mill-ġdid. Il-ġisem ma jibqax ta’ xkiel. Il-Veda tgħidilna li l-ġisem hu strument li bih ilbniedem jimxi t-triq tad-Dharma. Il-bniedem jibda jgħix ħieles minn kull irbit mal-frugħat li toffri d-dinja. Il-jien il-qadim jitwarrab u t-trasformazzjoni sseħħ fil-bniedem il-ġdid.
Xjenza, Reliġjon u l-Veda Il-bniedem jidher li qed jagħraf aktar x’tgħid u x’toffri x-xjenza milli x’tgħid u x’toffri r-reliġjon. Iddiviżjoni bejn xjenza u reliġjon qiegħda aktar tinħass. Il-komunità xjentifika tqis li Alla hu biss ipotesi. Ixxjenza tipprova toffri dak kollu li jista’ jkun siewi sabiex il-bniedem jgħix ħajja b’saħħitha, komda u eċitanti. Il-bniedem aktar jifhem x’qed toffrilu xxjenza f’kull qasam tal-bżonnijiet tiegħu. Ir-reliġjon aktar qed tidher bħala istituzzjoni soċjali li toffri servizz liturġiku matul il-ħajja tal-bniedem. Toffri fejqan u mirakli li x-xjenza ma tistax tispjega. Twiegħed premju fil-ħajja ta’ wara, jew biża’ ta’ kastig fil-ħajja ta’ dejjem. Bosta qed iħarsu lejn ir-reliġjon bħala istituzzjoni ta’ kontroll, akkwist materjali, klassi soċjali. © 2021 C.J. Muscat
158 160
Ekam EkamSat Sat
L-avvanzi li jseħħu fix-xjenzi ma jaslux lil hinn minn dak li kull reliġjon qed tipprova toffri għall-ħajja ta’ dejjem. Ix-xjenzi jiddependu fuq il-perċezzjoni tassensi, fuq raġunijiet, loġika u teoriji li jistgħu jinbidlu. Ix-xjenzi jaħdmu biss bil-limiti tal-moħħ. Il-moħħ jiddependi aktar fuq dak li jidher. Ix-xjenza tevolvi mudelli ġodda u teoriji ġodda li jinbidlu u jitwarrbu matul iż-żminijiet, isiru mitoloġiji tax-xjenza. Diversi reliġjonijiet jibbażaw fuq avvenimenti mill-passat li llum jitqiesu minn bosta bħala mitoloġija. Diversi reliġjonijiet iħalltu mitoloġija ma’ etika, sabiex ikollhom x’joffru lill-fidili. Diversi xjenzi jħalltu teoriji li saru mitoloġija ma’ veritajiet ippruvati. Diversi skoperti li saru għadhom biss teoriji u jeħtieġ jgħaddu snin sabiex jiġu ppruvati. Insemmu lil Kurt Gödel (1906-1979) meta pprova li fir-raġunament matematiku wkoll hemm limitu. Ludwig Wittgenstein (1889-1951) isostni li kemm il-lingwa kif ukoll il-ħsieb għandhom limiti. Insemmu lil Isaac Newton meta qal li l-univers jaħdem bħal arloġġ, iżda Albert Einstein ippreżenta univers ibbażat fuq ir-raba’ dimensjoni ta’ ħin u spazju, kif ukoll lunità tal-enerġija u l-materja. L-għarfien tal-Verità li titkellem fuqu l-Veda, mhux ibbażat fuq mudelli, teoriji, rigali, kastigi, mirakli u wegħdi, iżda fuq esperjenza diretta ta’ Brahman. Adi Shankara jgħidilna li nistgħu nikkalkulaw, niffilosofizzaw, naduraw, niċċelebraw, infaħħru u nkantaw kemm irridu, iżda finalment ma naslux sabiex ikollna l-esperjenza diretta tal-unità traxxendentali fi Brahman. 159 161
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Darshana
- Viżjoni diretta tal-Verità L-għatx għall-Verità jinsab fil-qalb tal-bniedem mat-twelid iżda jinbidel aktar ma jikber fl-età. Ilviżjoni diretta tal-Verità bit-terminoloġija tal-Veda meqjusa bħala Darshana. Ma tfissirx filosofija, teoloġija, metafiżika bbażati fuq sorsi preċedenti. Ilfilosofija tal-Punent tibbaża fuq spekulazzjoni intellettwali tar-realtà apparenti. Darshana bis-Sanskritt tfisser viżjoni diretta, għarfien dirett tal-Verità. Il-kelma Darshana ġiet tradotta fil-Punent bħala filosofija bl-aktar mod żbaljat u fin-nuqqas ta’ kelma adattata. Darshana toħroġ minn esperjenza diretta tarRealtà permanenti. Ir-Rishi ma bbażawx fuq twemmin li seta’ kien hemm qabel. L-istorja turina li qabel ilVeda ma kien hemm ebda sorsi. Romain Rolland ifakkarna li l-Veda mhijiex xi sistema ta’ riċerka fuq ideat u sorsi preċedenti. Jgħidilna li kull persuna kien ifittex waħdu sabiex jesperjenza direttament il-verità li tinsab wara l-ispettaklu meraviljuż tal-eżistenza. Insibu żewġ kategoriji ta’ Darshana, dik Nastika u l-oħra tissejjaħ Astika. Tal-ewwel taċċetta biss u tikkonsisti minn tliet skejjel ta’ ħsieb, Carvaka, Jainiżmu u Buddiżmu. It-tieni kategorija tikkonoxxi lill-Veda. Dawn huma Nyaya, Vaisheshik, Yoga, Sankhya, Purva Mimamsa u Vedanta. Dawn l-iskejjel ta’ Darshana huma indipendenti u distinti minn xulxin, iżda għandhom karatteristiċi komuni. © 2021 C.J. Muscat
160 162
Ekam EkamSat Sat
Dawn huma esperjenza diretta, rispett lejn xulxin, jirrikonoxxu l-fatt ta’ sofferenza u niket, ilkarma universali, prattika u etika, loġika u riflessjoni, rispett lejn l-awtorità. L-esperjenza diretta tal-mistiċi Rishi tinkoraġġixxi Darshana, viżjoni miftuħa kif ukoll qsim t’esperjenzi bejn l-aspiranti sadhaka. Mhux biss li listudenti kienu jirrikorru għal-loġika, analiżi, qsim ta’ ideat, rispett u kooperazzjoni lejn xulxin, iżda jkomplu aktar sakemm bil-prattika ta’ yoga sadhana jaslu biex ikollhom l-esperjenza ta’ samadhi. Temmen xejn qabel ma jkollok darshana; esperjenza diretta tal-verità. Min jargumenta, għadu inċert u għadu fid-dubji. Min jagħraf il-verità, jinbidel minn ġewwa, m’għandux bżonn jispekola. Jitkellem bis-silenzju. L-iskop komuni tas-sitt sistemi ta’ Darshana hu li jagħrfu n-natura esterna tad-dinja u r-relazzjoni malindividwu. Jiddiskutu aspetti lil hinn mill-aspett materjali tar-Realtà apparenti Saguna Brahman. Jiddiskutu u jipprattikaw metodi kif wieħed jilħaq liskop tal-eżistenza tal-bniedem. Kull skola ta’ Darshana kienet tistudja l-aspett viżibbli tar-Realtà apparenti Saguna Brahman, kif ukoll l-aspett inviżibbli u traxxendentali Nirguna Brahman. Kull skola kienet tipprattika Tattva Jnana, l-għarfien tar-Realtà distinta minn dik li tidher realtà iżda realtà li tinbidel mitya. Dawn iż-żewġ kategoriji kienu jiġu studjati taħt sittaxil taqsima prinċipali msejħa Padarthas. Il-Bhagavad Gita tgħidilna li min għandu viżjoni tajba darshana, jara tajjeb, jara l-verità.
161 163
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Mantrayoga Il-Mantras jidhru ferm sempliċi. Kelma waħda, tnejn jew frażi qasira. Differenti minn sentenzi li nużaw fil-ħajja ta’ kuljum. Għandhom karattru speċjali u jiġu ripetuti kif spjegajna aktar qabel. Għall-bniedem modern jidhru ripetizzjonijiet bla sens. Il-kunċett ta’ ripetizzjoni jintuża minn diversi xjenzi. Jintuża sabiex jinbiegħu prodotti u ideat li jirrendu lill-persuna tiddependi u tintrabat ma’ prodotti x’aktarx artifiċjali, vojta u bla bżonn reali fil-ħajja li jwasslu għal aktar xewqat artifiċjali ġodda. Tajjeb nifhmu li mantra hi għodda li tillibera u mhux għodda li tjassar. Jeħtieġ nifhmu l-valur talmantra bħala għodda li twessa’ l-konoxxenza. Illum qed tintuża l-kelma mantra fil-kitbiet popolari bl-aktar mod żbaljat u xejn ġenwin għal finijiet t’akkwist u sfruttament moħbi ta’ valuri negattivi u tamasiki, li l-massa faċli taċċetta bla ma tistaqsi xejn dwarhom. Mhux possibbli li nitkellmu fittul fuq ix-xjenza tal-mantra. Ma nsibu ebda kelma oħra f’ebda lingwa għallkelma mantra ħlief l-użu tal-kelma mantra stess. Insibu l-kelma mantra fil-Veda u fil-kultura letterarja tal-Indja sa minn żminijiet imbiegħda. Insibu li diversi tipi ta’ twemmin ippruvaw jagħmlu użu minn ripetizzjoni ta’ kelmiet sabiex jimitaw l-użu tal-mantra bi kliem ieħor li jinstab billingwa tradizzjonali tal-lokal. Ċertament li kliem totalment nieqsa mill-elementi essenzjali tal-mantra, kif tispjega l-Veda.
© 2021 C.J. Muscat
162 164
Ekam EkamSat Sat
Il-kelma mantra hu terminu bis-Sanskritt. Mantra għandha valur traxxendentali. Il-kelma mantra hi komposta minn manan u trayate. Meqjusa bħala għodda sabiex il-manas (moħħ, mind) jiġi liberat minn irbit li jxekkel kif ukoll tkun ta’ protezzjoni. B’hekk ilmenti jkunu ħielsa minn ħsibijiet u xewqat tamasiki. Fil-Veda nsibu diversi mantras li jintużaw skont in-neċessità. Fil-paġni ta’ qabel tkellimna dwar ilMaha Vakya kif ukoll dwar il-prattika tal-Japa Yoga. Kull mantra għandha valur daqs kull mantra oħra. Mantra mhix sempliċement sentenza ripetuta. Tingħata minn persuna mistika lil dak li jkun ippreparat sabiex jirċiviha. Jeħtieġ li dik il-mantra partikolari tkun għalik biss u tiġi pprattikata regolarment u b’konċentrazzjoni. Mantra hi għodda li tingħata lil min resaq biex jitgħallem sakemm jagħraf hu stess u jesperjenza hu stess il-Verità. Il-mantra toħloq bilanċ bejn il-ħsieb u l-enerġija pranika. Twassal għal trasformazzjoni interna u tikkultiva l-enerġija prana, tant li l-persuna tisseddaq kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Kull vibrazzjoni ta’ prakriti, hi enerġija pranika. Ix-xjenza tal-mantra tqis li l-kelma bis-Sanskritt, li toħroġ minn fomm il-bniedem, hi fil-fatt tlaqqigħa ta’ mewġ il-ħoss Sanskritt u għandha reżonanza partikolari. Tinfirex bla limitu ta’ distanza u żmien. Kollox relatat. Dan iseħħ ukoll meta mantra tiġi mtennija bħala japa internament. 163 165
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Nagħtu eżempju ta’ mantra ferm prezzjuża, ilmantra għall-Paċi, Shanti Mantra. Om purnam-adah purnam-idam Purnaat purnam-udachyate Purnasya purnam-aadaaya Purnam-eva-avashishyate Om shanti shanti shanti Om Om Dan hu perfett. Dak hu perfett. Mill-perfett joħroġ il-perfett. Jekk tnaqqas mill-perfett, kollox perfett jibqa’. Om Paċi Paċi Paċi Om Din il-mantra nsibuha fl-Ishaopanishad u tiġi intonata fil-bidu ta’ kwalunkwe Upanishad qabel ma tiġi reċitata. Tikkonsisti minn għarfien ta’ valur partikolari. Il-mantra għall-Paċi – Shanti Mantra – ċkejkna u qasira tiġbor l-essenza tal-viżjoni Upanishadika. Fiha nsibu s-sigriet tal-mixja mistika lejn il-Verità. Qed tgħidilna li xejn mhu insinifikanti jew inqas minn kull ħaġa oħra. Kull parti tinkludi u tirrappreżenta t-totalità hekk kif ġo żerriegħa l-aktar ċkejkna tinsab siġra ta’ kobor bla qies. Rishi Ramakrishna jispjega li sakemm il-manas ikun marbut mar-realtà esterna, tara biss duwalità, multipliċità. Bil-prattika tal-pratyahara, il-manas jirtira ’l ġewwa. Hekk kif nagħmlu meta nidħlu d-dar, nagħlqu l-bieb u nirtiraw fil-kamra tagħna ta’ ġewwa. Il-manas isib is-serħan fit-tempju tal-qalb. © 2021 C.J. Muscat
164 166
Ekam EkamSat Sat
Ir-Rig Veda tgħidilna li menti sattviki jwettqu biss għemejjel sattviki, għemejjel tajba. Il-Bhagavad Gita tgħidilna li l-manas tal-bniedem jista’ jkun l-aqwa ħabib jew l-akbar għadu. Insibu l-espressjoni, dak azzjonitu ħażina jew dak xitan. Meta xi persuni jwettqu aġir li jkun ta’ periklu għas-soċjetà jiġi rtirat mil-liġi sabiex jingħata opportunità jirriforma l-aġir tiegħu. Bosta jwettqu ferm progress u jmorru lura fis-soċjetà ċivili. F’xi każijiet estremi fejn l-aġir ikun lil hinn millgħodod użati mix-xjenzi, jingħad li dik il-persuna mhux bħal bnedmin oħra, tiġih saħħa ta’ barra minn hawn. Xi kulturi jirreferu għal aġir estremament perikoluż bħala aġir tax-xjaten. Ir-Rishi għarfu li fil-manas jista’ jkun hemm vasanas (tendenzi) xejn tajba li jistgħu jkomplu jeħżienu aktar u jwasslu għal azzjonijiet fatali kemm fuq l-individwu stess li jippossedihom kif ukoll fuq ta’ madwaru. Kif tkellimna aktar qabel l-għodda talmantra ġiet imfassla mir-Rishi proprju sabiex il-manas jinħeles mill-ħakma tamasika tal-vansana li għandhom l-għeruq antiki meqjusa vritti. Ir-Rishi għarfu wkoll issbuħija tal-manas li fi stat sattviku jkun l-aqwa ħabib u jwassal għal esperjenzi sublimi tant mixtieqa millaspirant tal-Yoga. Insibu fl-Iskrittura Veda, il-prattika tal-bija mantra li tikkonsisti minn sillaba waħda. Bija kelma mis-Sanskritt li tfisser żerriegħa. Il-kelma man toħroġ minn manas, tfisser li taħseb. Il-kelma tra tfisser li teħles. Proprju bija mantra teħles il-manas minn tendenzi billi tinżera’ żerriegħa bija ċkejkna bilpotenzjal li tnaddaf il-manas u tant issir sattvika li tittraxxendi lil hinn minn kull xewqa u rbit. Tixxennaq biss għall-Infinit. 165 167
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Insibu diversi bija mantra sabiex jintlaħqu skopijiet differenti. Kollha għandhom valur indaqs. Laktar magħrufa hi l-bija mantra Om. Normalment ilbija mantra tista’ tiġi intonata verbalment jew imlissna internament sabiex il-menti jkunu aktar iffukati u miġbura għal tul ta’ żmien. Insibu bija mantra sabiex jippurifikaw is-seba’ chakra, għejun ta’ enerġija msejħa nadi li huma kurituri inviżibbli tal-enerġija pranika mferrxa matul il-ġisem eteriku. Tajjeb wieħed jirreferi għad-dixxipli tal-pratyahara, pranayama, antarmauna u japa. Nosservaw li mantra mhix sempliċement xi kelma komuni, iżda mantra tesegwixxi. Mhux li ssemmi isem, iżda li twettaq, li ġġib bidla, li ttejjeb, li sseddaq. Insibu mantra tkun abbinata ma’ prattika devozzjonali bħal waqt yagna kif tkellimna fil-paġni ta’ qabel sabiex jintlaħaq skop partikolari. Mantra tkun attivata b’vibrazzjoni traxxendentali mmirata li twassal lejn l-universali aktar milli lejn il-partikolari. Insibu li mantra għandha element poetiku, ritmiku, melodjuż, li jqanqal u jeleva l-manas lejn it-traxxendentali. Fil-bidu għedna li mantra apparentement tidher bla sens, iżda fir-realtà effikaċi fiha nfisha bla bżonn li tiftiehem. Mantra hija fenomenu lingwistiku, partikolari u distint. Saru diversi studji xjentifiċi bilprattika tal-mantra. Ġie osservat u ppruvat titjib u tnaqqis ta’ trawma fost veterani tal-gwerra, priġunieri, sintomi qawwija ta’ rabja u titjib fil-kwalità tal-ħajja. Mantra tista’ tintuża matul il-ħajja kollha. Aktar ma tiġi ripetuta, aktar tkun ta’ benefiċċju. © 2021 C.J. Muscat
166 168
Ekam EkamSat Sat
L-eżistenza tikkonsisti minn vibrazzjonijiet differenti li jvarjaw mill-aktar sattviki (sottili) sal-aktar tamasiki (materjali). Aktar ma l-vibrazzjoni tkun kondensata aktar tkun viżibbli mis-sensi. Inqas ma tkun kondensata inqas tkun perċepita mis-sensi. Lenerġija prana hi ferm sottili u l-inqas perċepita missensi. Iżda kull forma ta’ eżistenza hi enerġija li qed tivvibra b’diversità infinita fil-kożmos. Il-fiżika moderna tgħidilna li dan il-ktieb mhux biss materjali iżda għandu struttura ta’ enerġiji li qed jivvibraw temporanjament f’disinn viżibbli partikolari. L-aktar enerġija sottili hi l-vibrazzjoni kożmika Om. Vibrazzjoni kożmika li minnha jisseddaq l-univers, ilpjaneti, il-ħlejqiet, l-annimali, u l-bnedmin kollha. Ixxjenza tal-Mantrayoga hi bbażata fuq dawn il-fatti universali u applikabbli kif tkellimna fil-qosor f’din issezzjoni. L-iskrittura Rig Veda tgħidilna:
Fil-bidu kien Brahman, miegħu kienet il-Kelma, u l-Kelma kienet tassew Brahman. Il-kelma Om, il-vibrazzjoni kożmika ma tinstemax bissensi, iżda tista’ tiġi esperjenzata waqt yoga sadhana profonda.
167 169
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Asura sampada u Daivi sampada
- Il-Ħażen u t-Tajjeb jinsabu fil-bniedem. Il-Veda titkellem fuq tendenzi ħżiena kif ukoll issemmi tendenzi tajbin li jitwieled bihom il-bniedem. Bis-Sanskritt jissejħu asura sampada u daivi sampada. Il-kelma asura komposta minn surya li tfisser ix-xemx, li tiddi, iddawwal. Miżjud quddiem insibu bħala prefiss l-ittra a. Spjegajna fit-tabella gwida ta’ termini Sanskritt, il-prefiss a għandu l-funzjoni li jnaqqas. It-terminu bis-Sanskritt asura nsibuh miktub ukoll asurya. It-terminu asura jfisser li mhux imdawwal, kwalitajiet mudlama. Il-kwalità opposta tissejjaħ deva bis-Sanskritt. It-terminu deva (daivi) ifisser kwalità li tiddi, eċċellenti, iddawwal, ċelestjali, divin, traxxendentali. Asura sampada, nifhmu tendenzi mudlama, li huma mfissra mill-Veda kif ukoll minn bosta twemmin, bħala kwalitajiet demoniċi (imġiba patoloġika). IlBhagavad Gita tispjega asura sampada kif ukoll daivi sampad bħala kwalitajiet ħżiena u kwalitajiet tajbin. IlBhagavad Gita titkellem dwar it-tajjeb kif ukoll dwar il-ħażin li l-bniedem jista’ jwettaq. Matul il-paġni ta’ qabel rajna kif il-Yoga hi proprju intenzjonata sabiex it-tajjeb li hemm fil-bniedem jista’ jitkattar u l-ħażin jista’ wkoll jitnaddaf. Il-bniedem isir aktar bniedem, ifittex il-verità, jixxennaq biss għall-Infinit. Jinduna min hu tassew. © 2021 C.J. Muscat
168 170
Ekam EkamSat Sat
Il-Bhagavad Gita tgħidilna li l-bniedem jista’ jagħżel l-asat (il-falz), dak li mhux sat (il-verità). Tgħidilna li fil-bniedem jiddominaw ix-xewqat talego, ir-rieda tal-aham, li bis-suppervja jwarrab iljivatman. Il-jien jinjora l-Verità (sat) u jfittex id-dlam. L-injoranza, moha, hi sħab li tgħatti l-verità. Bħal sħab li jgħatti d-dawl tax-xemx, kollox ikun mistur fiddlam. Avidya, nuqqas t’għarfien tal-verità meqjus bħala moha injoranza. Id-dixxipli tal-Yoga jikkultivaw u jqanqlu d-dawl tal-verità. Inaddfu d-dlam li jaħbi lverità. Il-ġibdiet, l-irbit, u l-injoranza, huma tliet kwalitajiet li jwasslu għal sofferenzi u niket. Insibu li l-bniedem għandu żewġ toroq x’jagħżel: dik ta’ dharma u dik ta’ adharma. It-triq tas-sewwa (dharma) u t-triq tal-ħażen (adharma). Min jagħżel il-ħażen, ikun ukoll responsabbli tal-konsegwenzi, ta’ niket u sofferenzi. Skont it-triq li jagħżel, l-individwu jkun qed jibni l-futur ta’ ħajtu. Tajjeb wieħed jirreferi għassezzjoni meta tkellimna dwar: vritti, vasana, karma u samsara. Semmejna li mat-twelid insibu vritti u vasana li jistgħu jkunu deva (tajbin) jew asurya (ħżiena). Dawn it-tnejn jistgħu jilħqu l-estremi opposti. Ilħażen estrem u t-tajjeb estrem huma ppersonifikati filPurana bħala entitajiet asura u devata. Kull bniedem għandu tendenzi kemm asura kif ukoll daivi. IlBhagavad Gita tgħidilna li ftit huma l-bnedmin bi kwalitajiet estremi. Insibu li l-bnedmin għandhom taħlita tat-tnejn. Uħud għandhom inqas ħażen u oħrajn għandhom aktar tajjeb. Tispjega li x-xewqat, ir-regħba, is-suppervja u l-istmerrija huma faċċati tal-ħajja ordinarja tal-bnedmin. 169 171
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Dawn jistgħu jinbidlu f’rabja ħarxa, ipokresija, qerq, żina, moħqrija, vjolenza u l-estremi distruttivi t’asura sampada. Itappnu l-vivek (dixxerniment), u jbiegħdu l-bniedem mis-sors u l-barka tal-ħajja lejn direzzjoni opposta li tiddisprezza, taħqar u teqred. Għalkemm it-tnejn f’konflitt perpetwu, iżda t-tnejn regolati mill-karma li kontinwament iżżomm bilanċ flunivers. Il-Bhagavad Gita tenfasizza li l-bniedem meta jingħata lilu ġisem, ikollu opportunità unika li jittrasforma l-asura sampada, bil-prattika tal-Yoga sabiex isir aktar bniedem imdawwal, daiva sampada. Hekk hu l-ispettaklu etern ta’ Brahman, iż-żifna eterna, Rasa Liila. Il-Bhagavad Gita tispjega li hu ferm importanti li persuna tkun konxja mit-tendenzi li hemm ġewwa fih stess sabiex jagħraf it-tendenzi li hemm floħrajn ta’ madwaru. Jeħtieġ jitgħallem kif jitbiegħed minn kumpanija asura (kwalitajiet tossiċi) u jfittex aktar kumpanija tajba satsang. Il-Bhagavad Gita tagħtina lista taż-żewġ kwalitajiet. Dan sabiex nagħrfu niddistingwu u nagħmlu għażliet skont il-kwalità ta’ ħajja li nixtiequ. Insegwu d-dharma sabiex ma nirrendux lilna nfusna dgħajfa, bla ħila u inqas umani. Nagħrfu nikkumbattu l-adharma, sabiex ma niġux umiljati u mċaħħda milli nkunu aktar bnedmin. X’aktarx li l-bnedmin huma mqarrqa u injoranti mill-vera natura ta’ bniedem. Faċilment ikomplu jirrepetu l-karma li twieldu biha. Il-ġisem tal-bniedem hu t-teatru fejn jikkumbattu dawn iż-żewġ tendenzi: asura sampada u daivi sampada. Skont il-vritti u vasana li twelidna bihom nistgħu nikkultivaw kwalitajiet asura (ħżiena) jew kwalitajiet daivi (tajba). © 2021 C.J. Muscat
170 172
Ekam EkamSat Sat
Jekk intejbu l-kwalitajiet tajba b’ikel nadif, ħsibijiet u azzjonijiet sattviki, naħsdu l-ferħ. Jekk inżidu lkwalitajiet asura, b’ikel mejjet, ħsibijiet u azzjonijiet tamasiki, naħsdu sofferenzi. Ser insemmu xi kwalitajiet asura li jinstabu fil-bnedmin: • Il-manas ikun imċajpar u mimli impuritajiet. Jagħżel il-pjaċir kama bħala l-ogħla skop tal-ħajja. • Nuqqas ta’ bilanċ. Imorru fl-estrem ta’ kulma jwettqu. Jesaġeraw fl-ambizzjonijiet għall-akkwisti u għall-kontroll. • Neqsin mis-sewwa, kburin u arroganti. Ifittxu biss sodisfazzjon tal-jien, bla ma jaħsbu fuq ilkonsegwenzi. • Jemmnu li l-iskop tal-ħajja hu l-gosti tas-sensi, jiftaħru bil-ġid li akkwistaw u l-istatus li jgawdu fis-soċjetà. • Neqsin mill-verità tal-eżistenza, ostili lejn il-ħajja u ħsiebhom aktar biex jeqirdu. • Iddedikati biss għall-pjaċir bla rażan, dejjem inkwetati sat-tmiem ta’ ħajjithom. • La jirrispettaw il-ġust u lanqas is-sewwa. Ħsiebhom biss sabiex jakkwistaw il-ġid b’metodi qarrieqa. • Neqsin mir-rispett lejn id-divinità li tinsab f’kull bniedem. Jobogħdu u jaħqru lil kull min hu twajjeb, devot ta’ dharma. • Ifittxu refuġju biss fil-jien falz, f’attività tossika. Il-Veda tgħidilna li l-ġisem hu strument li bih ilbniedem jimxi t-triq tad-Dharma. Bil-prattika talYoga, il-jien qadim jintemm u t-trasformazzjoni sseħħ fil-bniedem il-ġdid. 171 173
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
John Hagelin jgħidilna li meta l-individwi jkunu stabbiliti fil-konoxxenza universali, ikunu qed jgħixu l-unità tal-ħajja b’mod spontanju f’armonija mannatura. Din l-esperjenza biss tittrasforma r-realtà kollettiva. Iċ-ċiviltà umana tittrasforma f’Unità waħda ta’ paċi u armonija. Il-Bhagavat Gita tgħidilna: Hekk kif bniedem iwarrab ħwejġu qodma u jilbes ħwejjeġ ġodda, il-jivatman iħalli l-ġisem u jingħatalu ieħor ġdid.
Japa Yoga
- Tirrepeti fil-kwiet u bil-qalb Il-kelma Japa bis-Sanskritt għandha l-għerq jap li jfisser tirrepeti fil-kwiet u bil-qalb. Tista’ tiġi pprattikata verbalment jew mentalment. Ix-xjenza taljapa hi ferm sempliċi sabiex tiġi pprattikata, iżda ferm effettiva. Meta tintuża mantra, importanti li l-menti jkunu ffukati fuq il-ħoss ta’ dik il-mantra. Il-japa tibda tiġi ripetuta verbalment bil-vuċi. Din il-prattika esterna tkompli sakemm il-menti jirtiraw fil-kwiet ta’ ġewwa u l-japa tkompli tirrepeti taħt l-ilsien. Il-prattika tal-japa tista’ tkompli mentalment matul kull attività tal-ġurnata.
© 2021 C.J. Muscat
172 174
Ekam SatSat Ekam
Tajjeb ukoll li wieħed jiddedika mumenti qosra matul il-jum, billi jirrepeti l-mantra bil-kitba, kif ukoll waqt satsang (kumpanija tajba). Kull mantra għandha valur daqs kull mantra oħra. Kull ripetizzjoni għandha vibrazzjoni li tissinkronizza mal-pranav, il-vibrazzjoni universali Om (aum). Repetizzjoni tal-Om abbinata man-nifs tikkwieta l-menti, tikkoltiva u twaħħad ilprana. Meqjusa bħala l-aktar mantra sempliċi u effikaċi. Tqanqal sens ta’ mistrieħ, unità mal-ħolqien u malunivers. Il-jien ikun aktar miftuħ, miġbur u jsolvi problemi li jiltaqa’ magħhom fil-ħajja b’aktar għaqal. Il-Veda tgħidilna li kollox hu Om. Bil-japa talmantra Om, il-menti jiċċaraw, jixxennqu għall-verità. Jinħelsu minn asat, min-nuqqas ta’ verità. Meta l-japa timmatura, il-manas jesperjenza dimensjonijiet sottili tal-verità. Meta l-jien jistenbaħ mir-raqda tar-realtà apparenti, il-konoxxenza tinfetaħ u jinduna bir-realtà permanenti. Tajjeb napprezzaw id-dinamika tal-prattiki li semmejna: japa yoga, mantra yoga, pranava yoga. Iljien (aham) jitnaddaf minn kull vasanas (tendenzi), jidentifika mal-Atman mill-ġdid. Jibda jgħix ħieles minn kull irbit mal-frugħat li toffri l-dinja. Il-ġisem ma jibqax ta’ xkiel. Il-Veda tgħidilna li l-ġisem hu strument li bih il-bniedem jimxi t-triq tad-Dharma. Il-jien il-qadim jintemm u t-trasformazzjoni sseħħ fil-bniedem il-ġdid. 173 175
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Yoga Nidra
- Stat meditattiv qabel l-irqad Fil-ħajja nqisu li r-realtà ta’ waqt l-irqad hi differenti mir-realtà waqt li nkunu mqajmin. Inqisu lħolm mhux reali, filwaqt li meta nkunu mqajmin, inqisu kollox reali. Id-dinja tal-ħolm tidher mhux reali meta tqabbilha mad-dinja meta nkunu mqajmin. Loġġetti li naraw meta nkunu mqajmin huma utli għalina fil-ħajja. Meta nkunu reqdin, l-oġġetti li noħolmu dwarhom ma huma xejn ta’ utilità. Min qed jagħmel dan il-paragun bejn it-tnejn? Donnu hemm it-tielet fattur. Waqt l-irqad min jista’ jqabbel ir-realtà ta’ meta nkunu mqajmin? Meta nkunu mqajmin min jista’ jqabbel ir-realtà ta’ meta nkunu reqdin? Donnu hemm fattur komuni li jinsab josserva żewġ realtajiet. Min qed josserva u jsegwi r-realtà ta’ waqt l-irqad u r-realtà ta’ matul il-jum? Il-Yoga Nidra hi intenzjonata sabiex nagħrfu proprju lil min qed josserva u jsegwi kollox. Stat meditattiv meta persuna jkun għadu mqajjem u qabel ma jorqod. Dan l-istat tal-manas jintlaħaq bil-prattika tal-pratyahara, pranayama u dharana. Il-meditazzjoni tal-Yoga Nidra tkun iggwidata. L-iskop hu li sseddaq l-armonija tal-menti mal-armonija tal-ġisem u fl-istess waqt tespandi l-konoxxenza. Il-prattikant jidħol fi stat mentali aktar elevat. Jiġu f’bilanċ iż-żewġ nofsijiet talmoħħ. Insibu referenza għall-prattika tal-Yoga Nidra kemm fl-Upanishad kif ukoll fil-Bhagavad Gita. © 2021 C.J. Muscat
174 176
Ekam EkamSat Sat
Stat ta’ Yoga Nidra jintlaħaq meta tkun bejn rieqed u mqajjem. Meta l-jien falz jorqod, il-jivatman ikun fi stat ta’ prajna. Ma jkun hemm ebda xewqat u lanqas ħolm. Wara sessjoni ta’ Yoga Nidra, il-persuna jħossu aktar rilassat, inqas għajjien, inqas aġitat, inqas muġugħ, mistrieħ u jgawdi benefiċċji oħra tal-ġisem kif ukoll tal-manas. Insibu diversi studji li saru fuq il-prattika tal-Yoga Nidra li jikkonfermaw kemm hi relevanti fil-ħajja mgħaġġla tal-lum. Tajjeb li tkun iggwidat regolarment fil-Yoga Nidra minn persuna t’esperjenza sakemm issir drawwa li ssegwi waħdek qabel ma torqod. Niftakru li l-Yoga tista’ tiġi pprattikata fi grupp ċkejken iżda tajjeb li tkun indipendenti u liberu tipprattikaha waħdek. Semmejna li jintużaw diversi għodod talYoga sabiex jintlaħaq l-iskop tal-Yoga Nidra li hu stat elevat ta’ konoxxenza. Waqt il-prattika tal-Yoga Nidra, il-ġisem jidher rieqed iżda l-manas ikun fi stat konxju u viġilanti. Ilmenti jkunu ffukati u mhux jimirħu bħal waqt l-irqad fil-ħolm jew meta nkunu mqajmin. Meta l-jien ikun rieqed jinsa r-realtà ta’ meta jkun imqajjem. Meta l-jien ikun imqajjem jinsa r-realtà ta’ meta jkun rieqed. Għalhekk jissejjaħ il-jien ‘falz’. Fi stat ta’ Yoga Nidra, il-manas jirtira, il-jien falz ma jkollu funzjoni ta’ xejn. It-tielet fattur hu l-jivatman li josserva kollox. Il-Yoga Nidra tagħti opportunità jitilgħu fil-wiċċ diversi vritti u vasana tal-passat. Bil-prattika tal-Yoga wieħed jirnexxilu jnaqqas l-irbit tas-samsara. Jixxennaq u jfittex biss l-Infinit. 175 177
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Svapna
- L-irqad u l-ħolm L-Upanishad jitkellmu dwar il-ħolm bħala attività kollettiva tal-konoxxenza. Fil-Punent ninterpretaw x’jgħid il-ħolm dwar l-attività individwali tal-persuna, aktar bħala divertiment jew passatemp. Fil-kitbiet talUpanishad, insibu bosta osservazzjonijiet dwar ilħolm. Id-dinja tirrappreżenta ħolma komuni għallbnedmin kollha u tiġi studjata kollettivament, mhux biss minn perspettiva tal-persuna għall-użu individwali. Il-metodoloġija tal-Upanishad tgħidilna li l-ħolm hu espressjoni tal-konoxxenza. Kull stat distint ta’ konoxxenza, meta analizzat, jiġu fformulati ideat ġenerali li huma applikabbli għal kull min jgħaddi millistess stat ta’ konoxxenza. Kull stat ta’ konoxxenza jiġi analizzat bħala parti minn tfittxija bla waqfien sabiex jiġi żvelat jekk hemmx realtà waħda li qatt ma tinbidel, apparti l-istat tant qasir tal-konoxxenza espressa filħolm. Sabiex nieħdu eżempju, insemmu l-mantra li tgħid: Meta jorqod, jieħu miegħu kull materja li għandha d-dinja. Hu stess ikissirha. Hu stess isawwarha. Joħlom bid-dija tiegħu stess, biddawl tiegħu stess. Hawn il-persuna tkun id-dawl tagħha stess.
© 2021 C.J. Muscat
176 178
Ekam EkamSat Sat
L-Upanishad qed jgħidulna li l-esperjenzi tad-dinja huma kkonsidrati bħala l-materja prima sabiex jiġi espress il-ħolm. Meta dawn l-esperjenzi frammentati jissawru, iseħħ il-ħolm. Il-mantra li tgħid ‘Hu stess ikissirha. Hu stess isawwarha’ qed tfisser il-metodu li jużaw ir-Rishi fit-tfittxija tagħhom. Il-mantra li tgħid ‘Joħlom bid-dija tiegħu stess, bid-dawl tiegħu stess’ qed turina x-xjenza preċiża u rigoruża li japplikaw irRishi. Id-dawl, iż-żmien u l-ispazju meqjusa bħala entitajiet relatati ma’ din id-dinja. L-Upanishad jinnotaw li d-dawl jinsab ġewwa, iżżmien jinsab ġewwa, l-ispazju jinsab ġewwa. Din ilmantra mhix ifformolata fuq il-proprjetajiet tad-dawl, taż-żmien jew tal-ispazju. Din il-mantra tfittex filprofond tal-konoxxenza. Ir-Rishi jagħmlu ħilithom biex jispjegaw esperjenza umana bil-għajnuna ta’ prinċipji kożmiċi. Jeħtieġ napprezzaw il-ġenwinità xjentifika tar-Rishi, kif ukoll il-maturità filosofika talUpanishad. Il-fatt li d-dawl, l-ispazju u ż-żmien jiġu għall-perċezzjoni interna u jinħolqu fil-ħolm, dan jitlob aktar investigazzjoni. L-Upanishad jippreżentaw tagħlim profond dwar it-tliet stati tal-manas li r-Rishi jesploraw. Tkellimna dwar dan fil-paġni ta’ qabel, fejn rajna li dawn it-tliet stati huma: • Jagrat – meta nkunu mqajmin • Svapna – meta nkunu reqdin u noħolmu • Sushupti – meta nkunu reqdin fil-fond mingħajr ħolm 177 179
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Ir-Rishi jgħidulna li dawn mhumiex biss tliet stati distinti li persuna tgħaddi minnhom sempliċement minn wieħed għall-ieħor. Jgħidulna wkoll li jagrat, svapna u sushupti huma saffi fondi u kompatibbli flimkien tal-konoxxenza tal-manas. Il-mantra li jmiss titkellem dwar in-natura tal-ħolm. M’hemmx toroq, lanqas żwiemel jew karettuni. Hu joħloq it-toroq, iż-żwiemel u l-karettuni. M’hemmx ferħ, tgawdija, jew pjaċiri. Hu joħloq il-ferħ, ittgawdija u l-pjaċiri. M’hemmx xmajjar, għadajjar u lanqas fjuri tal-lotu. Hu joħloq ix-xmajjar, lgħadajjar u l-lotu. Hu l-ħallieq ta’ kollox.
Tajjeb li napprezzaw kemm ir-Rishi japprofondixxu u jifirxu l-metodi ta’ tfittxija tagħhom. Min hu dak li joħlom? Kif qed joħlom? Kif tiġi interpretata? Dawn kollha mistoqsijiet li jeħtieġ ikunu investigati. Il-ħolm għall-Upanishad huwa meqjus saff ieħor talkonoxxenza, ma jiġix injorat mill-iskrutinju tar-Rishi. L-iskejjel ta’ Darshana jirrikonoxxu tliet avasthās kif spjegajna aktar ’il fuq: jagrat, svapna u sushupti. Minn fejn u kif jitfaċċa spazju/ħolma u żmien/ħolma? Fl-ewwel mantra l-aktar li jissemma hu d-dawl. Mantra li qajmet ferm kurżità dwar spazju/ħolma u żmien/ħolma. Qed naraw il-kuritur ta’ mistoqsijiet jinfetaħ u jiżdied... neti... neti... Bħal artist li ferħan jesplora l-esperjenzi tal-passat li l-manas jipproġetta fil-ħolm bil-ferħ.
© 2021 C.J. Muscat
178 180
Ekam EkamSat Sat
Mhux importanti li ma jeżistu ebda toroq, żwiemel, xmajjar u fjuri tal-lotu. Kollox jidher tant reali flispazju/ħolma u żmien/ħolma. L-organi senswali wkoll jitfaċċaw internament, tant reali u sottili li l-organi ta’ barra qishom biss estensjoni. In-natura tal-ħolma tirrifletti l-vritti (impressjonijiet) li hemm maħżuna filmanas. Ser insemmu xi punti mislutin millBṛhadāranyaka Upanishad dwar il-ħolm: • Meta nsemmu li waqt l-irqad iseħħ il-ħolm, iljivatman jiddi, ma joħlom qatt, ma jorqod qatt, josserva bid-dija tiegħu stess; il-ħolm jintiseġ millħjut ta’ xewqat antiki u xewqat preżenti. • Uħud jgħidu li l-konoxxenza waqt l-irqad tkun listess konoxxenza bħal meta tkun fi stat imqajjem, l-oġġetti jidhru l-istess. Dan mhux minnu. • Min ikun qed joħlom, jagħmel hekk bir-rieda tiegħu. Jieħu s-sensi u l-menti ġewwa ġismu stess. • Waqt li qed joħlom hekk tkun id-dinja tiegħu. Ikun qisu re li kull fejn imur jieħu lis-sudditi miegħu kull fejn jixtieq fid-dinja tiegħu. Hekk ukoll min joħlom jieħu s-sensi u bir-rieda jmur kull fejn jixtieq bilġisem tiegħu. • Meta l-ġisem ikun rieqed, il-persuna fejn tkun? Min hu konxju? Jekk issejjaħlu b’isem li mhux tiegħu ma jqumx. Meta ssejjaħlu b’ismu jqum! Fejn kien qabel ma ġie lura? 179 181
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
• Meta l-persuna jirtira s-sensazzjoni tal-organi, ngħidu li raqad. • Minn din l-osservazzjoni, nindunaw li l-indrija lorgani sesswali, mhumiex l-organi esterni, iżda forma ta’ enerġija sottili li tħoss is-sensazzjoni sesswali tal-organi sesswali ta’ barra. • Il-Vedanta tgħidilna li dak li naraw fil-ħolm huwa illużjoni. Adi Shankara jsostni li l-oġġetti li naraw fil-ħolm mhumiex veri, ġew ipproġettati millvasanas li jkollna meta nkunu mqajmin. • Waqt ħolma, il-manas jiddi u josserva diversi forom: jiekol mal-ħbieb, ikun senswali, jara spettakli tal-biża’. Wara li jkun ra kulma ried, jerġa’ lura malajr, iqum u kulma ra xejn ma jġib miegħu għax il-persuna ma jkun marbut ma’ xejn milli ra fil-ħolma. • Bħal dik il-ħuta li tgħum bejn xatt u ieħor, hekk ukoll il-manas ivarja bejn stat li jkun imqajjem u stat meta jkun rieqed. • Il-manas hu l-fattur komuni li jesperjenza l-ġisem meta jkun fi stat imqajjem u meta jkun fi stat rieqed. • Bħal falkun li, meta jħossu għajjien, jerħi l-ġwienaħ u jinżel jistrieħ fil-bejta tiegħu, hekk ukoll il-manas imur jistrieħ fejn ma hemm ebda xewqat, fejn ma hemm ebda ħolm. © 2021 C.J. Muscat
180 182
Ekam EkamSat Sat
• Meta l-manas jgħaddi minn stat għal ieħor, xejn ma jġorr miegħu minn stat għal ieħor. • Għalkemm jidher li jkun marbut mal-oġġetti u esperjenzi li jara f’kull stat, iżda meta jgħaddi minn stat għal ieħor ma jġorr xejn miegħu. L-esperjenza li jkollu meta jkun qed joħlom ma jkomplix jesperjenzaha meta jqum. • Ir-realtà fi stat tal-ħolm ma tkomplix issegwi fi stat imqajjem. Ir-realtà fi stat imqajjem ma tkomplix issegwi fi stat ta’ ħolm. • Il-jivatman m’għandu ebda rbit ma’ oġġetti jew esperjenzi. • Il-ħolm huwa perċezzjoni interna ta’ oġġetti u esperjenzi mhux reali. Maħluqin u pproġettati minn chitta (memorja). Il-memorja tirrakkonta fatti li veru ġraw. Il-ħolm jirrakkonta ħrejjef li qatt ma ġraw. Il-bniedem magħmul minn xewqat. Il-ħolm iħawwar l-istess xewqat, tant li l-futur tal-bniedem jissawwar mill-istess xewqat u ħolm. Kama timxi qabel Karma. Ix-xewqat, il-ħolm jimxu qabel l-azzjoni. LUpanishad jagħrfu l-valur tal-ħolm. Min hu ħaj, żgur li joħlom rieqed jew imqajjem. 181 183
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Din hi Maya
- Id-danza eterna tal-eżistenza Prova tal-għerf dwar il-ħajja, xarada. Hu ferm diffiċli tifhem, diffiċli tispjega Maya. It-terminu maya bis-Sanskritt għandu diversi tifsiriet kif ser nippruvaw nifhmu. Kliem l-aktar qrib bil-Malti hu: xarada, ħaġa moħġaġa, prova tal-għerf, maġija, qerq. Minn sens filosofiku ngħidu illużjoni, mhux reali, taħbi n-natura vera tal-bniedem jew oġġett. Maya tikkonvinċina nemmnu li aħna dan il-ġisem u xejn aktar. Tikkonvinċina li l-bniedem bħall-ġisem, suġġett li jixjieħ u jmut, li mhux għal dejjem. Din hi Maya. Ix-xjenza qed tiskopri li l-univers hu ferm aktar differenti minn kif jidher. Tgħidilna li aktar minn disgħin fil-mija hu inviżibbli jew moħbi millperċezzjoni tal-bniedem Nirguna Brahman. Anke jekk il-bniedem jesplora l-galassji kollha, jibqa’ nieqes li jkun jaf bosta aspetti. Kif u għaliex jeżisti l-univers? X’inhu l-iskop li jrid iwettaq? Din hi Maya. Maya tipproteġina mir-realtà ħarxa tal-ħajja. Tipproteġina mill-biża’ tal-ħajja. Tipproteġina minn ċerti veritajiet xejn pjaċevoli tal-ħajja hekk kif jagħmlu l-ġenituri ma’ wliedhom. Taħbi minna li nkunu nafu lidentità vera tagħna. Din hi Maya. © 2021 C.J. Muscat
182 184
Ekam EkamSat Sat
Maya kelma oħra għal prakriti, li taħbi lveritajiet tal-eżistenza mill-bniedem. Toħloq realtà talħajja li nissaħħru bis-sbuħija u l-pjaċiri li toffrilna tant li ma rridux nitilqu minn hawn. Din hi Maya. Kurżità oħra, insibu li kemm Dharma kif ukoll Maya għandhom l-istess skop. It-tnejn jaċċertaw li fiddinja jkun kollox ordinat u regolari sabiex ikun possibbli li d-dinja tkompli. Dharma tipproteġina millħażen u tmexxina fit-triq tas-sewwa. Maya tipproteġina mill-verità tal-eżistenza. Din hi Maya. Mhux kull min jgħix il-Veda Dharma jifhem Maya bl-istess mod. Uħud mis-sistemi ta’ Darshana jsostnu li Brahman biss hu r-realtà eterna, ilkumplament mhux realtà. Isostnu li d-dinja ta’ madwarna hi projezzjoni ta’ Brahman. Hekk kif limmaġni tax-xemx tkun proġettata fuq wiċċ l-ilma, limmaġni tkun biss realtà apparenti. Hekk ukoll id-dinja hi projezzjoni ta’ Brahman, tidher apparentement reali mitya. Iddum biss sakemm irid Brahman. Meta jrid jirtira kollox, u d-dinja ma tkunx aktar pralaya. Din hi Maya. Maya tiġi espressa minn prakriti. L-oriġini ta’ kollox hu Brahman. Saguna Brahman joħloq, jippreserva, jostor, jittrasforma u jirtira kollox. Nirguna Brahman dejjem mistur, jordna kull namarupa, id-dinja, il-bnedmin, il-kożmos. 183 185
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Jibqa’ mistur sakemm il-bniedem ma jsegwix id-dharma. Jibqa’ mistur sakemm il-bniedem jimmatura biżżejjed. Ikun rivelat lill-bniedem, meta lbniedem stess jirrealizza min hu tassew. Meta jinduna bl-iżball oriġinali li wettaq hu stess. Meta jixxennaq għall-Infinit hu stess. Din hi Maya. Maya tiffunzjona kemm fuq livell mikrokożmiku kif ukoll fuq livell makrokożmiku. Maya responsabbli li l-bniedem dejjem jixxennaq għal aktar, daqqa togħġbu ħaġa u daqqa jistmerr oħra, birrieda tiegħu jintrabat, jikkonfondi jagħżel. Jara l-pari opposti, jara d-duwalità, jara l-multipliċità, jara ddiversità. Din hi Maya. Maya tipperpetwa bit-triguna. Il-bnedmin ma jindunawx bl-unità tal-eżistenza, iqisu li huma distinti u separati. Il-bnedmin l-aktar li jħossu s-separazzjoni, l-individwalità, l-iżolament. Għandhom intelliġenza mtappna. Il-bniedem, aktar ma jaħseb li hu separat mill-oħrajn, aktar ikun egoist, ifittex biss l-interessi tiegħu. Matul ħajtu l-bniedem jeħtieġ jinduna x’inhi lverità. Din hi Maya.
© 2021 C.J. Muscat
184 186
Ekam EkamSat Sat
Il-bniedem jistaqsi: Min tgħidu li jien? Irrisposta x’aktar tkun: Int it-tifel/tifla ta’ ... int tkanta... int għandek... int tivvjaġġa... Isemmu l-isem mogħti lill-forma tal-ġisem, isemmu x’inhu x-xogħol li jwettaq, x’akkwisti għamel fil-ħajja. Hekk jagħmlu lbnedmin kollha. Jinqabdu bl-egoiżmu, jinqabdu minn x’jattirahom fil-ħajja, jinqabdu mill-frugħat sbieħ talħajja. Il-bnedmin jaċċettaw kull biċċa informazzjoni bla ma jevalwaw jekk hix falza jew vera. Uħud jammettu li l-ħajja ħolma. Kollox jgħaddi bħal ħolma. Diffiċli li l-bniedem jifhem jekk din id-dinja hix ħolma jew le. M’għandux kopja eżempju sabiex jipparaguna bejn ħolma u realtà. Din hi Maya. Il-moħħ u l-intelliġenza mhumiex tant puri u ċari sabiex jindunaw b’dak li hemm wara s-siparju ta’ namarupa. Qabel ma tiġi f’unjoni, tibqa’ separat, distint mill-verità. Il-Veda titkellem dwar diversi yogatapasy sabiex nesperjenzaw ir-realtà kif inhi tassew li tinsab minsuġa mar-realtà apparenti. Ilbniedem komdu kif inhu, hekk irid jibqa’, fi stat deluż ta’ Maya. Din hi Maya. Maya hi fiċ-ċentru tal-Advaita, waħda missistemi ta’ Darshana kif tkellimna fil-paġni ta’ qabel. L-oppost Dvaita tgħidilna li r-realtà apparenti hi vera, mhix illużjoni, lanqas projezzjoni. Kollox qiegħed fi stat ta’ bidla, fejn kull kawża tinbidel u ssir effett. Din hi Maya. 185 187
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Dvaita, duwalità tqis li kulma naraw madwarna hu veru, daqskemm hu veru Alla, daqskemm hu veru lgħadu etern tiegħu. Tqis li Alla hu entità differenti, indipendenti, distint. Il-kumplament, kollox jiddependi fuqu. Tqis li Alla qed jikkontrolla kollox, jiġġudika, jikkastiga jew jagħti premju. Il-bniedem separat minn Alla. Din hi Maya. Il-Veda Dharma tgħidilna li kulma jeżisti hu estensjoni ta’ Brahman. L-eżistenza seħħet meta Brahman espanda fid-diversità tal-eżistenza. Bħal brimba li testendi l-ħjut tal-għanqbuta minn ġo fiha stess u tinseġ l-istess għanqbuta. Brahman jaf li leżistenza hi estensjoni tiegħu stess. Maya li tinseġ leżistenza mhix separata minn Brahman. Il-bniedem jinsab fl-eżistenza u konvint li kulma jara madwaru namarupa hu reali, hu veru. Dan għaliex, il-bniedem stess hu parti mill-misteri li qed jipprova jsolvi. Din hi Maya. Maya bħal miraġġ fid-deżert, taħseb li qed tara roqgħa ċkejkna ilma, tipprova tersaq viċin iżda ma ssib xejn, immaġni biss tal-ilma, sakemm tmut bil-għatx. Hekk ukoll il-ħajja, dejjem nixxennqu, dejjem bil-għatx. Dejjem bil-għatx għall-verità. Iddinja l-istess; toffrilek kollox. Iżda qatt ma ssib ilmilja tal-kuntentizza. Twasslek fid-dlam tassofferenzi. Tipprova takkwista pjaċiri tal-ġisem, sodisfazzjon intellettwali, akkwisti ta’ ġid, prestiġju bla ma jirnexxilek taqta’ l-għatx għal dejjem. Din hi Maya. © 2021 C.J. Muscat
186 188
Ekam EkamSat Sat
Dak kollu li jgħidu diversi skulari, dwar iddinja, il-ħajja, il-bniedem, l-univers, il-kożmos mhux neċessarjament jikkorrispondi mal-verità. Kif jitwieled, kull bniedem jiġi msoqqi bil-perċezzjoni talfamiljari, għalliema u ħbieb. Kull bniedem kif jitwieled iħares lejn id-dinja ta’ madwaru bin-nuċċali ta’ bosta mħuħ. Nafu kemm is-sensi u l-moħħ tal-bniedem huma difettużi, limitati. Il-bnedmin faċli jitqarrqu, iwettqu liżbalji, opinjonijiet foloz, inganni u qerq. Il-bniedem mhux possibbli jifhem u jagħraf l-Infinit. Jeħtieġ japplika dixxiplini li tkellimna dwarhom, jeħtieġ jasal għal Darshana. Esperjenza diretta tal-verità. Romain Rolland ifakkarna li l-Veda mhijiex xi sistema ta’ riċerka fuq ideat u sorsi preċedenti. Jgħidilna li kull Rishi kien ifittex waħdu sabiex jesperjenza direttament il-verità li tinsab wara lispettaklu meraviljuż tal-eżistenza. Brahman tant hu sempliċi fil-kobor tiegħu, li jinsab fil-bniedem, iżda lbniedem ma jagħrfux. Max Plank jgħidilna li x-xjenza mhux possibbli ssolvi l-misteri tan-natura. Dan għaliex, ilbniedem stess hu parti mill-misteri li qed jipprova jsolvi. Jgħidilna li wara l-iċken atomu jkollna nassumu li hemm konoxxenza. Isejħilha l-matriċi ta’ kull eżistenza. Reliġjonijiet li ġew ferm wara l-Veda Dharma jqisu li Alla hu separat mill-kreazzjoni. Twemmin ibbażat fuq duwalità, tnejn u aktar. Ħolqu aktar firdiet bejn il-popli milli unità bejn il-popli. 187 189
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Nikola Tesla jgħidilna li l-moħħ huwa biss riċevitur. Isostni li fl-univers hemm ċentru li minnu l-bnedmin jistgħu jakkwistaw l-ispirazzjoni, issaħħa u l-għarfien. Jammetti li hu ma rnexxilux jippenetra s-sigrieti li hemm fil-qalba taċ-ċentru, iżda hu ċert li dak iċ-ċentru jeżisti. Fritjof Capra jkompli jgħidilna li kemm ilmistiku kif ukoll l-espert tal-fiżika jaslu fl-istess konklużjoni. Il-mistiku jibda mir-realtà ta’ ġewwa. Il-fiżiku jibda mir-realtà ta’ barra. Il-fatt li jaslu għall-istess konklużjoni jikkonferma t-tagħlim antik tal-Veda li Brahman, ir-realtà universali, l-Atman, ir-realtà individwali huma l-istess. Il-Veda tgħidilna li Brahman wieħed, m’hemmx it-tieni. Brahman unità perfetta, tant li, luniku mod li jista’ jkun magħruf huwa biss bilmultipliċità fid-diversità tal-eżistenza taħt il-velu misterjuż ta’ Maya. L-uniku mod kif il-bniedem jista’ jagħraf il-verità ta’ Brahman hu billi jirtira lejn iċ-ċentru tal-verità. Il-bniedem, aktar ma jitbiegħed mil-verità aktar jiġri wara l-frugħat bla bżonn. Aktar jitnikket u jsofri. Inqas jagħraf lil Brahman. Din hi Maya.
© 2021 C.J. Muscat
188 190
Ekam EkamSat Sat
Jeevan Mrityu
- Il-Ħajja u l-Mewt Normalment kull bniedem jibża’ mill-mewt. Ilħsieb tal-mewt mrityu, joħloq niket u ansjetà kbira. Ħadd m’għandu x-xewqa li jmut. Tkellimna dwar ilvritti li nitwieldu bihom. Tajjeb niftakru li mat-twelid, kull bniedem jitwieled bix-xewqa għall-ħajja ta’ dejjem, jeevan. Xewqa ġewwa fik li tgħix fit-tul jew li ma tmut qatt. Il-bniedem matul ħajtu jħabrek u jwettaq opri sabiex jibqa’ ħaj f’dak li jkun wettaq. Jibqa’ ħaj f’uliedu, jibqa’ ħaj fl-istorja, jibqa’ magħruf u qatt minsi. Żgur li matul ħajtu, kulħadd jattendi ritwal talmewt ta’ xi ħabib jew membru viċin tal-familja. Matul il-mumenti fil-preżenza tal-ġisem li fadal, jgħaddu bosta mistoqsijiet dwar il-mewt. Sal-lum il-fenomenu tal-mewt għadu misteru. Iħawwad moħħ kulħadd. Insibu diversi kitbiet fuq il-mewt iżda xejn ċert. Insibu wkoll diversi ritwali, li jesprimu n-niket għat-telfa talpersuna li għaddiet għall-bidla xejn sabiħa. X’hemm qabel il-mewt? Xi jkun qed iseħħ waqt il-proċess tal-mewt? X’hemm wara l-mewt? Kull min telaq, ma jistax jgħidilna l-esperjenza tiegħu. Il-mewt toħloq biża’ f’kull bniedem. Kif jista’ jiġi kkalkulat innumru ta’ snin li wieħed fadallu jgħix? Il-bniedem għandu biss informazzjoni ġenerali u xejn ma jaf fiċċert, la minn qabel, la waqt u lanqas wara l-mewt. Ilmewt hi biss effett viżibbli ta’ kawża inviżibbli. X’inhuma l-konsegwenzi ta’ mewta aċċidentali? Ta’ suwiċidju? Ta’ qtil tal-ħajja? Il-mewt tal-bniedem u dik tal-annimal differenti? 189 191
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Ftit li xejn nistgħu nitkellmu fuq il-mewt. Trid tistaqsi lil min għaraf il-mewt sabiex ikollna ħjiel dwar dawn il-mistoqsijiet. Kull bniedem jirreferi għall-jien li kif isir bniedem jingħata lilu isem. Iżda dan il-jien min hu? Jiena bennej, jiena naħdem fl-IT, jiena tabib, jiena għandi familja, jiena għandi… jien... X’aktarx wieħed jiddeskrivi x’jagħmel u x’għandu fil-ħajja aktar milli jirrispondi u jgħid min hu verament. Kif wieħed jitwieled, it-tamoguna tibda l-ħidma tagħha, dik li xxejjaħ lill-ġisem, sabiex tnaqqas il-ħajja, sakemm ilġisem jitwarrab, jindifen, jinħaraq u jintesa. Xejn ta’ valur fil-ġisem? L-organi jistgħu jingħataw għal aktar studju, jew donazzjoni għal persuna fil-bżonn ta’ trapjant. L-organu tal-moħħ jitwarrab ukoll? Kulħadd jibża’ mill-mewt, il-ħajja kontinwament ippersegwitata mill-mewt. Għaliex il-mewt toħloq biża’? Ta’ min naraw ftit xi punti li jgħidulna l-Gnani Purush li għarfu l-verità dwar il-mewt. • L-iżball oriġinali tal-bniedem hu li jidentifika lilu nnifsu mal-ġisem. Nieqes mill-verità dwaru nnifsu jgħid: dan hu ġismi. Nesa min hu verament? Kull bniedem iwettaq dan l-iżball oriġinali kif jitwieled. • L-ahamkara tal-bniedem jipproġetta l-jien magħmul u jgħid: dan għamiltu jien. Kif titilqu l-ħajja żgur li xejn ma jkun jista’ jagħmel aktar! • Il-jien magħmul, l-ahamkara, jidentifika mal-ġisem u tant iħossu viċin mal-ġisem li dak li jħoss il-jien, iħossu l-ġisem, dak li jħoss il-ġisem iħossu l-jien. Tant li hekk jgħid kull persuna ‘dan hu ġismi’.
© 2021 C.J. Muscat
190 192
Ekam EkamSat Sat
• Dan l-iżball oriġinali li jwettaq kull bniedem mattwelid iġorr il-konsegwenzi kollha ta’ ferħ, niket, uġigħ, biżgħat, sofferenzi sat-tmiem tal-ħajja. • L-ahamkara, il-jien magħmul, nieqes mill-verità dwar l-identità vera tiegħu nnifsu. Bis-suppervja jrid li jkun il-jien separat mill-jivatman. Għadu m’għarafx min hu tassew. • Jgħid ‘jien kollox, din għamiltha jien’. Hekk jgħidu bosta u hekk temmen il-kotra. • L-ahamkara jgħid li l-Atman ma jeżistix. • Il-mewt hi tal-ġisem, meta jmut il-ġisem il-jien magħmul jispiċċa. • Meta l-jien falz imut, jibqa’ l-veru jien, il-jivatman. • Għalhekk il-jien falz jibża’ mill-mewt tal-ġisem, għax għadu ma stenbaħx għall-Verità li hu l-jivatman u mhux il-ġisem. • Il-bniedem jixbah ferm lill-ħolqien sensibbli, jitwieled u jmut bħalu. Żviluppa d-don tas-sapjenza, u għandu għażla sabiex jistenbaħ mill-ħolma sabiħa tal-ħajja u jittrasforma fil-bniedem il-ġdid. • Din hi l-logħba oriġinali ta’ Maya li tippreżenta lillbniedem mat-twelid sabiex isolvi meta jrid. Mhux faċli li wieħed jirrazzjonalizza dwar dan l-iżball oriġinali li jwettaq kull bniedem mat-twelid. Jeħtieġ jipprattika, jimmedita, jirrifletti, jagħraf hu stess min hu tassew. Id-dinja tippreżenta misteri, li lbniedem jeħtieġ isolvi. Il-bniedem jemmen fil-jien falz, il-jien magħmul. Il-bniedem ma jagħrafx il-verità tal-Atman individwali, il-jivatman. 191 193
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-konsegwenza ta’ moha nuqqas t’għarfien, jew aħjar suppervja, hu li l-umanità tinsab fil-kaos skont ixxewqat u l-għemil li twettaq u libera li tagħżel. Ilfenomenu tal-aham, tal-jien, kif il-ġisem jitwieled, jidentifika mal-ġisem u meta l-prana tirtira, il-ġisem jintemm, il-jien jintemm ukoll. Il-jien jibża’ millmewt. Jibża’ jitlef l-identità tiegħu proprju għax hu asat (falz). Il-biża’ mill-mewt marbut mal-kastig jew premju mistenni. Hekk temmen il-kotra. Tbati jew tgawdi skont l-għemil li twettaq matul il-ħajja talġisem. Bosta twemmin għadu m’għarafx id-dinamika tal-ħajja kif irrivelat lir-Rishi. Il-ġisem hu strument temporanju li permezz tiegħu kull individwu jista’ jiċċelebra l-ħajja kif ukoll jista’ jagħżel li jbati fil-ħajja sakemm jinbidel trab, jitwarrab. L-Atman isegwi kollox, josserva u jara l-ġrajja ta’ kull persuna. L-Atman bla bidu, bla tmiem, pur, bla tebgħa, minn dejjem u għal dejjem. Il-Bhagavad Gita tgħidilna li min għaraf il-ħajja u l-mewt tal-ġisem, xejn la jitnikket għal dawk li ħallewna jew dawk li għadhom ser jitilqu. Il-ħajja hi opportunità speċjali sabiex wieħed jagħraf is-sens prinċipali tal-ħajja. Il-milja tal-ħajja hi opportunità sabiex timxi t-triq ta’ dharma, twessa’ l-konoxxenza, twessa’ l-għarfien u tesperjenza l-Verità Suprema.
© 2021 C.J. Muscat
192 194
Ekam EkamSat Sat
Kontribut tal-Veda lill-umanità Albert Einstein jgħidilna kemm aħna lkoll obbligati lejn l-Indja, li għallmitna kif ngħoddu. Kieku dan ma seħħx, bosta skoperti xjentifiċi kienu jkunu impossibbli li jseħħu. Il-kitbiet sagri tal-Indja, il-Veda, huma repożitorju sħiħ t’għarfien li jitkellem kemm fuq dak li hu viżibbli għas-sensi Saguna Brahman kif ukoll għarfien lil hinn mill-perċezzjoni tas-sensi Nirguna Brahman. Insibu bosta trattati li minnhom ibbenefikat l-umanità. Tajjeb insemmu wħud, bla ħafna dettalji, sabiex napprezzaw aktar il-kontribut siewi sa minn żminijiet imbiegħda li ħallewlna lVeda. • Studju fuq ix-xjenza preventiva Ayurveda. Iġib l-isem Charakasamhita miktub minn Charaka li ppreżenta l-kunċett ta’ diġestjoni, sistema ta’ difiża talġisem kif ukoll tal-metaboliżmu. Trattat li għadu jintuża wara elfejn sena u ġie tradott f’diversi lingwi, fosthom ilLatin u l-Għarbi. • Studju li jittratta l-etimoloġija taħt l-isem Nirukta miġbur minn Yaska. • Kummentarji fuq il-Veda li jittrattaw diversi xjenzi intuwittivi, taħt l-isem Brahmana. • Studji fuq il-metalli u minerali fejn jindikaw ismijiet, proċessi, u metodi kif jintużaw. Iġib l-isem Dhatusarvasvam miktub minn Bauddhayana. • Studju li jittratta l-matematika u l-astronomija minn bosta għorrief matul iż-żminijiet. Magħruf bħala Suryasidhanta. • Dharma Sutra, uħud minn dawn l-istudji jittrattaw ixxjenza tal-fiżika, tal-kimika kif ukoll tal-kożmoloġija. 193 195
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
• Trattati filosofiċi dwar il-fiżika u l-kimika miġbura bħala Samkhya Nyaya u Vaisheshik. L-ewwel li tkellmu fuq it-teorija atomika kienu Kapila, Gotama u Kanada. • Studju li jittratta dwar l-enerġija, miġbur bħala Shakti sutram miktub minn Agastya. • Trattat li jitkellem fuq saudamini, l-elettriku li joriġina mis-sħab. Saudamini Kala miktub minn Ishwar. • Brahmanda tirreferi għall-univers kollu. Referenzi għall-ispazju infinit u referenzi għall-pjaneti. Brahmanda Sarah miktub minn Vyasa. • Metodi kif il-metalli jiġu ppurifikati. Shuddhividya Kalapam miktub minn Ashvalayana. • Trattat dwar kif l-ilma jiffriża fis-sħab u dwar ilmaltempati tas-silġ. Karaka prakarnam miktub minn Angirasa. • Studju li jittratta mard u metodi ta’ fejqan. Agatattva Lahari miktub minn Ashvalayana. • Studji dwar id-dinamika tal-arja, makkinarju li jittajjar u kif jiffunzjona. Yantrasarvasvam miktub minn Bharadwaja. • Trattat dwar kif taħdem il-liġi universali tal-għemil meqjusa karma u dwar ir-riżultat li jkollu jseħħ. Karmabdhiparah miktub minn Apastamba. • Studju dwar il-matematika bit-titlu Valmiki ganitam miktub minn Valmiki. Xi skulari/missjunarji tal-Punent, meta daħlu flIndja, ippruvaw jikkontrollaw u jikkonvertu lill-popli tal-Indja. L-Indjoloġisti kienu jsostnu li l-Veda hija biss mitoloġija.
© 2021 C.J. Muscat
194 196
Ekam EkamSat Sat
Insibu lil Max Müller (1823-1900), wieħed millewwel studjużi tal-lingwa Sanskritt. Kien jgħid li lVeda kienet kitbiet slavaġ. L-Indja jeħtieġ tiġi ddominata bl-edukazzjoni, jeħtieġ li r-reliġjonijiet talIndja jintemmu. Meta kiber fl-età, beda jigglorifika lVeda Dharma. Insemmu xi studjużi li ġew aktar wara. Abraham Seidenberg (1916-1988) kiteb l-istorja tal-matematika. Jgħidilna li kienu Sulba Sutras li ispiraw il-matematika tal-Babilonja, tal-Eġittu, kif ukoll tal-Greċja. Kemm Voltaire kif ukoll Seidenberg isostnu li bosta kunċetti tal-matematika nsibuhom fil-kultura Veda. Dik imsejħa bħala t-teorija ta’ Pitagora tinsab fix-Shatapatha Brahmana kif ukoll fil-Sulba Sutra. Il-kontribut tal-Veda, fil-kożmoloġija u diversi xjenzi, infirex ma’ pajjiżi oħra permezz ta’ attività merkantili u taħlit ta’ kulturi. Insibu aktar minn mitt referenza fir-Rig Veda dwar attività marittima. L-istoriku Indjan R.C. Majumdar jgħidilna li lpopli taċ-ċiviltà Indu-Saraswati kienu jinnegozjaw ma’ Sooma u ċentri ta’ kultura fl-Asja u fi Kreta. Carl Sagan (1934-1996), kożmologu, jgħidilna li skont il-Veda l-kożmos jgħaddi minn ċiklu bla limitu li jitwieled u jmut. Il-kalkoli ta’ żmien il-Veda huma luniċi fid-dinja li jikkorrispondu mal-kożmoloġija preżenti. Il-Veda ssemmi ġranet u ljieli ta’ Brahman, li jmorru lura 8.64 biljun sena. Bil-bosta aktar mill-età tad-dinja u tax-xemx. Il-bniedem isir konxju mir-realtà tal-forom u ismijiet (nama/rupa), wara li jiġi infurmat mis-sensi tal-perċezzjoni. Dawn għandhom funzjoni limitata u mhux tant preċiża. 195 197
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-Veda ma tiqafx sa dak li jidher, Saguna Brahman, jeħtieġ li wieħed jibqa’ jistaqsi... neti... neti... mhux din... u lanqas din... Athato brahma jijnasa... Ejjew infittxu l-oriġini ta’ kollox. Min hu dak li qed josserva u jevalwa l-informazzjoni li jiġbru ssensi? Min hu li qed josserva kollox u konxju li qed josserva? Max Plank jgħidilna li x-xjenza mhux possibbli ssolvi l-misteri tan-natura. Dan għaliex, il-bniedem stess hu parti mill-misteri li qed jipprova jsolvi. Ikompli jgħidilna li hu għadda ħajtu japplika xjenza rigoruża tal-materja u riċerka dwar l-atomu. Jikkonkludi finalment li ma nsibu ebda materja. Ilmaterja teżisti biss sakemm l-enerġija tivvibra flatomu u ssostni s-sistema tal-atomu flimkien. Max Plank isostni li wara din l-enerġija teżisti konoxxenza intelliġenti. Din hi l-matriċi ta’ kull materja. Il-Veda tfakkarna li wara Saguna Brahman hemm Nirguna Brahman.
© 2021 C.J. Muscat
196 198
Ekam EkamSat Sat
Il-konoxxenza hi l-bażi tal-eżistenza L-istorja turina li l-bniedem hu mżejjen bilkonoxxenza (consciousness). Il-Veda tgħidilna li l-bażi ta’ kull materja, ta’ kulma jeżisti, hi l-konoxxenza. Filpaġni ta’ quddiem semmejna kif il-Veda proprju tispjega dan l-għarfien bħala Nirguna Brahman u Saguna Brahman. Il-bniedem mhux tant il-ġisem li jidher, iżda l-konoxxenza. It-terminu bhoktavya bisSanskritt ifisser: tkun użat, tkun mitmugħ, tkun gawdut, tkun maħkum, tkun impjegat, tkun sfruttat. Il-ġisem tal-bniedem hu proprju bhoktavya. Meta jintuża t-terminu bhokta qed nirreferu għallaspett l-aktar materjali tal-konoxxenza li hu l-istrument meraviljuż tal-ġisem. Kull bniedem jidentifika lilu nnifsu mal-aktar aspett materjali tiegħu bhokta milli mal-aktar aspett sattviku tiegħu l-jivatman. Jidentifika bi żball, il-jivatman, mal-‘jien hu dan il-ġisem’. Jidentifika bi żball mal-jien li jaħseb, il-jien li jsofri, iljien li jesperjenza. Jitħawwad mal-ġisem u għalhekk isofri, jitnikket u jifraħ. Mat-twelid jinsa l-veru jien, iljivatman, perfett u pur, il-jivatman traxxendentali. Jemmen li hu l-ġisem temporanju, li jintemm. Kull bniedem jagħmel dan l-iżball oriġinali mat-twelid. Il-jien/bhokta meta jasal biex jintemm, ma jkunx aktar t’użu. Ma jkunx aktar bhokta iżda jsir nikaya ġisem mingħajr l-enerġija prana, isir għadam, skeletru, jiġi mwarrab. Il-Yoga tqis il-ġisem bħala tempju tal-jivatman. Insibu diversi prattiki tal-Yoga sabiex il-ġisem jiġi miżmum tajjeb u b’rispett. 197 199
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-Veda tqis lill-ġisem bħala strument li bih ilbniedem jipparteċipa fil-ħajja. Jimxi t-triq tadDharma, it-triq tas-Sewwa. M’għandux jiġi mkażbar, jew mgħakkes. Il-Veda tenfasizza Ahimsa la toqtolx. Il-kunċett ta’ sagrifiċċju/qtil hu aljen għall-Veda. Ilbniedem mingħajr il-konoxxenza ma jistax jifhem, jara, jikkonkludi, la jaħseb u lanqas joħlom. Il-materja tal-ġisem mingħajr konoxxenza, bla ħajja, m’għandha skop ta’ xejn, nikaya titwarrab. Il-konoxxenza hi l-bażi ta’ kollox. Dan il-fatt ma jistax jiġi miċħud. Jekk tiċħad ilkonoxxenza jispiċċa kull għarfien ta’ kull eżistenza materjali. Tajjeb insemmu t-teorija tar-realtà unifikata (Unified Reality Theory) li qiegħda tiġi esplorata minn diversi, bla ma nidħlu f’ħafna dettall. Deepak Chopra jgħidilna li l-oriġini tar-realtà hi l-konoxxenza universali. Aħna lkoll għandna l-istess oriġini. Żgur li nappartjenu lill-istess realtà u żgur li m’aħniex separati minn xulxin. Imferrxa fil-paġni ta’ qabel, sibna diversi kitbiet ta’ persuni intellettwali li jikkonfermaw kemm il-Veda hija l-għajn oriġinali ta’ ħsibijiet xjentifiċi. Semmejna ftit letteratura tal-Veda li tittratta l-għarfien taxxjenzi materjali apara vidya. Il-Veda Dharma aktar magħrufin dwar lgħarfien mistiku para vidya li għaddewlna l-għorrief Rishi. Dan l-għarfien intuwittiv imur lil hinn mixxjenzi materjali. Jittratta l-għarfien ta’ Satchitanand li jitkellem fuq il-Verità Eterna. Jitkellem fuq Sat, ilBarka Eterna. Jitkellem fuq Chit, l-Għarfien Etern. Jitkellem fuq Anand, il-Kuntentizza Eterna. L-għarfien tal-Verità mhux ibbażat fuq tradizzjoni, opinjoni, ipotesi, argumenti, esperimenti, mudelli, teoriji. © 2021 C.J. Muscat
198 200
Ekam EkamSat Sat
L-għarfien tal-Veda Dharma hu bbażat fuq esperjenza personali diretta tal-Verità. Min jagħraf ilVerità, ma jifdallu ebda dubji. Il-konoxxenza hi waħda iżda hi espressa f’diversi oġġetti li jvarjaw fid-densità. Materja li tvarja minn dik l-aktar kruda u densa sa dik l-aktar raffinata u sottili. Il-bniedem għandu aspetti ta’ konoxxenza li jvarjaw minn dik l-aktar densa li hu lġisem sa dik l-aktar sottili, il-manas. L-istess konoxxenza tvarja skont l-istat li jkun konxju waqt li jkun attiv, waqt l-irqad, waqt il-ħolm, waqt mumenti t’ansjetà. Min jipprattika l-Yoga, jipprova jespandi lkonoxxenza tiegħu minn stat normali għal stat aktar elevat u sensittiv. Dan jista’ jiġi osservat xjentifikament bl-użu tal-EEG, apparat li jkejjel l-attività elettrika tal-moħħ. Skont il-livell t’attività mentali, ikun il-livell t’attenzjoni, konċentrazzjoni, ansjetà, meditazzjoni, ferħ u niket. Stat ta’ konoxxenza jinbidel waqt trawma, inċident, kundizzjoni medika jew effett tal-mediċini. Ix-xjenza tfisser li hemm erba’ livelli t’attività mentali. Dak imsejjaħ alfa, waqt meditazzjoni. Dak imsejjaħ beta, waqt attenzjoni. Dak imsejjaħ teta waqt l-irqad ħafif. Dak imsejjaħ delta waqt l-irqad fil-fond. Stat ta’ konoxxenza jista’ jiġi effettwat bil-prattika tal-Yoga, meditazzjoni, pranayama. Bil-prattika tal-Yoga Nidra, il-konoxxenza tkun fi stat meditattiv iżda fl-istess waqt viġilanti (mhux rieqda). Il-Veda titkellem dwar stat elevat ta’ konoxxenza Turiya. Stat l-aktar profond fl-ispazju tal-qalb. 199 201
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Atma Jnana
- L-għarfien li jdawwal il-verità Xi darba żgur li l-bniedem jistaqsi dan il-jien, min hu? Jiena skultur, jiena naħdem fl-IT, jiena skrivan, jiena għandi familja, jiena għandi… X’aktarx wieħed jiddeskrivi x’jagħmel u x’għandu fil-ħajja aktar milli jirrispondi u jgħid min hu verament. Imqar matul ħajjitna nindunaw ftit min hu verament dan il-‘jien’. Meta nħarsu fil-mera, żgur nindunaw li hemm aktar milli juruna għajnejna stess. Dak li tara mhux dak li hu tassew. L-għajnejn jaraw biss il-forom mhux l-essenza tal-kontenut. Jaraw biss il-ġisem u xejn aktar. F’mumenti ta’ kwiet nammettu li ma nafux min aħna tassew. X’aktarx insejna? Il-mera tad-dinja tikkonvinċina mod u tnessina min hemm wara dik il-qoxra. Dak li jidher u dak li nemmnu. Il-ġisem, jostor il-verità. Il-jien jgħid li jien kollox. Il-jien jgħid dan hu ġismi. Hekk jgħidu bosta bnedmin. Il-jien jitwemmen minn kulħadd. Il-Veda tgħidilna li dan il-jien hu asat (falz) u jeħtieġ inkomplu nistaqsu neti, neti, il-jien mhux dan, neti… neti… sakemm ikollna l-għarfien li jdawwal ilverità tal-jien veru. Il-prattika ta’ Atma Jnana twassalna sabiex nindunaw il-jien min hu tassew. Ilterminu Vedantiku Atman bis-Sanskritt ma nsibu ebda traduzzjoni adattata tiegħu. Bil-Malti l-aktar qrib nistgħu nużaw it-terminu nifs jew ruħ.
© 2021 C.J. Muscat
200 202
Ekam EkamSat Sat
Kemm-il darba tisma’ frażijiet bħal: ‘ħu ħsieb tiegħek innifsek’ kif ukoll ‘idħol daħla fik innifsek’. Kliem li mhux indirizzat lejn il-ġisem lanqas lejn iljien. In-nifs distint minn dawn it-tnejn għalkemm jiddependu t-tnejn fuq in-nifs. Ngħidu wkoll ‘neħħa laħħar nifs’ sabiex infissru li meta jispiċċa n-nifs tispiċċa l-ħajja. Għat-terminu bis-Sanskritt prana bilMalti ngħidu nifs. Tant hemm xebh bejn l-Atman u lprana li bil-Malti ngħidu n-nifs tal-ħajja. Nieqfu s’hawnhekk nispjegaw għax kif għedna ma nsibux kliem adattat sabiex infissru bil-Malti t-termini misSanskritt. Inkomplu sabiex nifhmu xi tfisser Atma Jnana. Il-bniedem żviluppa diversi kategoriji t’għarfien, iżda l-aktar suprem hu l-għarfien (jnana) tal-Atman. Insibu li l-għarfien ajnana, hu għarfien nieqes. Ajnana hu għarfien ta’ diversi xjenzi naturali, arti, snajja’, mużika, letteratura, studji tal-lingwi, mediċina, liġi, antropoloġija. Ebda minn dawn ma jwasslu għall-paċi u l-ferħ ta’ dejjem. Ebda minn dawn ma jwasslu għallgħarfien tal-Atman. Meqjus ajnana, nieqes millgħarfien komplut, ma jeħlisniex min-niket u ssofferenzi tal-ħajja. L-għarfien popolari ajnana, kif tajna xi eżempji, jwassal biss għall-fama u l-prosperità tal-jien (ego). Atma Jnana hu l-għarfien li jurina l-unità filmultipliċità, l-universali fil-partikulari. L-Upanishad jgħidulna li min jagħraf l-Atman jagħraf kollox. Atma Jnana jwassal għall-paċi u l-ferħ f’din il-ħajja stess. Ilbniedem hu distint mill-annimal mhux biss għax għandu d-dehen li jaħseb, jirrifletti u jistaqsi. Imżejjen ukoll bil-jivatman. 201 203
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
L-Atman hu riflessjoni ta’ Brahman, il-jivatman hu l-Atman individwali, il-jiva ta’ kull bniedem. Meta nirreferu għal aham, nifmhu l-jien falz, li bis-suppervja jwarrab il-jivatman u jgħid ‘dan hu ġismi’. L-aham jidentifika mal-ġisem u jinjora l-jivatman. Il-jien falz hu siparju li jostor il-jivatman mill-Atman, minn Brahman. Il-bniedem jikkonkludi li dan hu ġismi, dan hu jien, jien neżisti, Brahman ma jeżistix. Kull bniedem iwettaq dan l-iżball oriġinali li tkellimna dwaru fil-paġni ta’ qabel. Brahman tant hu sempliċi filkobor, li jinsab fil-ħlejqiet, jinsab fil-bniedem, iżda lbniedem ma jagħrfux. Bil-prattika tal-Yoga nwessgħu l-konoxxenza, l-għarfien tal-Atman. Bil-prattika fit-tul ta’ yoga sadhana (meditazzjoni) jiġi rrivelat ilparamatman, l-esperjenza diretta ta’ Brahman f’din ilħajja. Sanatan Dharma tikkonoxxi li kull persuna hu individwu – jiva, distint fiżikament iżda jirrifletti aspett partikolari ta’ Brahman u għalhekk tirreferi għallbniedem bħala jivatman, il-glorja divina ta’ Brahman. L-individwu liberu jagħżel ifittex il-verità u obbligat miegħu nnifsu li jfittex il-verità. Juża metodi differenti sabiex jagħraf hu stess u jesperjenza hu stess il-Verità. Yatha icchasi tatha kuru. L-individwu hu liberu jagħżel li jgħix, ibati jew igawdi skont kif jixtieq hu. Jnana Yoga (gnana yoga) ikkonsidrata prattika l-aktar diretta, iżda wkoll l-aktar diffiċli li twassal għallgħarfien tal-verità. Bis-Sanskritt jnana tfisser għarfien tal-verità. Għarfien li joħroġ wara esperjenza tal-verità u mhux sempliċement għerf teoretiku jew teknoloġija ta’ informazzjoni. Il-prattika tal-Jnana Yoga tibbaża aktar fuq il-manas (moħħ), sabiex tiġi magħrufa lverità. © 2021 C.J. Muscat
202 204
Ekam EkamSat Sat
Jeħtieġ li l-moħħ, manas, ikun miftuħ, iffukat u razzjonali. Li taċċetta twemmin u dommi, mhux aċċettabbli minn Jnana Yoga. Jeħtieġ esperjenza diretta tal-verità aktar profonda milli intellettwali u superfiċjali. Adi Shankaracharya jgħidilna li jeħtieġ preparazzjoni qabel ma wieħed jagħżel it-triq tal-Jnana Yoga. Jeħtieġ jirċievi tagħlim tal-Vedanta, jirrifletti, jifhem sewwa, jimmedita u jkollu darshan, esperjenza diretta tal-verità. Il-prattika tal-Bhakti Yoga hi ferm t’għajnuna għall-Jnana Yoga. Il-Katha Upanishad isostni li l-bniedem jasal biex jagħraf lill-Brahman mhux bl-intelliġenza u bl-istudju biss. Min għadu maħkum mill-vizzji u d-drawwiet tamasiki, mhux fil-paċi miegħu nnifsu u għandu moħħu/menti mħawda, żgur li ma jagħrafx lillBrahman, minkejja li jkollu l-għerf tad-dinja kollha. Adi Shankara jitkellem fuq l-għan suprem tal-bniedem. Jgħidilna li l-bniedem jitwieled mhux għall-gosti tassensi iżda biex igawdi l-ferħ ta’ Jivanmukti f’din ilħajja. L-Upanishad ikomplu jgħidulna: Imbierek hu dak li jqum mid-dlam u jgħix fid-dawl tal-ħajja ta’ dejjem. Mhux importanti li tkun skular, studjuż, sinjur, popolari u famuż. Bil-prattika tal-Yoga, il-jien ilqadim jintemm u t-trasformazzjoni sseħħ fil-bniedem il-ġdid. Li tfittex satsang, kumpanija tajba, li tagħti għajnuna bl-imħabba bla ma tistenna xejn lura, bilprattika ta’ yagna, dawn jgħinu sabiex il-qalb u l-moħħ ikunu sattviki u ppreparati għall-prattika Jnana Sadhana. 203 205
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Dada Satyparananda jgħidilna li l-ħajja talbniedem intenzjonata għall-prattika ta’ Sadhana. Ilħajja tal-annimal intenzjonata għall-gratifikazzjoni tassensi. Jeħtieġ li l-aspirant ikollu fiduċja fih innifsu, ifittex biss l-Infinit. Kull bniedem għandu dritt u dmir li jwettaq din it-tfittxija sakemm isib il-mistrieħ fi Brahman. Fil-qosor dan li jfisser Atma Jnana. Issigrieti tal-ħajja jinfetħu beraħ. Il-Veda Dharma tgħidilna: Tħallix lil min imexxik. Ħaddem rasek, iġbor l-esperjenzi li akkumulajt. Iddeċiedi int stess liema hi l-aħjar triq għalik.
Il-Bhagavad Gita
- L-Għanja tal-Infinit It-terminu Bhagavan jintuża bħala titlu ta’ rispett lejn persuna li jkun meqjus imbierek. It-terminu bhaga li jfisser maestuż, jindika ħames kwalitajiet oħra: awtorità, setgħa, glorja, għerf u serenità. Bhagavan terminu bis-Sanskritt li bil-Malti ma nsibu ebda kelma waħda li tiġbor fiha dawn is-sitt kwalitajiet. Bhagavan tintuża bħala titlu ta’ rispett, titlu ta’ unur, titlu li jfisser missierna, mulej, kif ukoll sidna. L-aktar li tintuża sabiex ikun indirizzat Brahman, is-sid ta’ kollox, il-missier ta’ kollox.
© 2021 C.J. Muscat
204 206
Ekam EkamSat Sat
Fil-Bhagavad Gita qed jiġi indirizzat Krishna bħala Bhagavan. Il-kelma Gita bis-Sanskritt tfisser ‘għanja’. Normalment nirreferu għal Bhagavad Gita ‘L-għanja tal-Mulej’ jew fil-qosor bħala l-Gita. Tikkonsisti minn seba’ mitt vers li jispjegaw diversi dixxiplini tal-Yoga. Il-karattru prinċipali tal-Gita hu Bhagavan Krishna, indirizzat ukoll bħala Shri Krishna. Mhux magħruf eżatt meta nkitbet il-Gita, iżda skulari tas-Sanskritt jindikaw aktar minn ħamest elef sena ilu. Skont l-iskala taż-żmien*, Krishna nsibuh qabel kull personaġġ li nsibu f’diversi twemmin u reliġjonijiet li ġew ferm wara. Ġie fost il-bnedmin sabiex jgħallem it-triq ta’ Dharma, it-triq tas-sewwa. It-terminu krish ifisser li jattira, miżjud fl-aħħar insibu na li tfisser ananda, bil-Malti ngħidu hena, ferħ jew kuntentizza. Krish u na, dak li jattira, jagħti kuntentizza. Dak li jagħti l-hena hu Krishna. Il-Gita tinsab fl-istorja epika tal-Mahabharata. Tirrakkonta konverżazzjoni mistika bejn Krishna u Arjuna, il-prinċep tal-Pandava. Il-konverżazzjoni msejħa Gita sseħħ qabel ma tibda l-gwerra bejn ilPandava u l-Kurava fuq medda t’art tal-Kurava blisem ta’ Kurukshetra. Krishna jirrispondi diversi mistoqsijiet li jippreżentalu Arjuna. L-isfond talgwerra meqjus bħala allegorija tal-lotta kontinwa li jgħaddi minnha l-bniedem rigward il-morali, virtujiet, dubji u diffikultajiet li jsib matul ħajtu. Arjuna jippersonifika kull bniedem. Krishna jippersonifika lħabib divin. Arjuna jħossu mitluf rigward il-gwerra interna. Lotta kontinwa bejn is-sensi, il-moħħ u l-qalb. * Irreferi għat-tabella skala taż-żmien fil-paġni tal-aħħar.
205 207
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Ser jeħodha kontra membri tal-familja, zijiet, kuġini, kontra għalliema li kellu u ħbieb ta’ tfulitu? Iħoss li m’għandux jiġġieled sabiex igawdi saltna mirbuħa bil-vjolenza. Krishna jispjega li l-ġisem jintuża biex iwettaq id-dharma li jeħtieġ titwettaq, li għandha aktar valur mill-ġisem stess. Jenfasizza li filħajja jeħtieġ tgħix id-dharma tiegħek aktar milli twettaq responsabbiltà ta’ ħaddieħor. Ifakkru li l-ġisem jiddeterjora u jispiċċa, iżda l-jivatman (ruħ) hu għal dejjem. Krishna jfiehem kull mistoqsija ta’ Arjuna sabiex jiċċara dubji, biżgħat u dilemmi morali. Arjuna jirrealizza li hemm sors divin li qed isegwi kollox u għalhekk jagħmel kuraġġ sabiex iwettaq id-dover li qed jiġi mistenni minnu. Shri Krishna jispjega l-erba’ toroq tal-yoga marga. Jelabora fuq it-tagħlim talVedanta. Imferrxa matul it-tmintax-il kapitlu talBhagavad Gita, Shri Krishna jispjega dwar Dharma lbiża’, it-tfittxija għall-verità, l-azzjoni t-tajba kif ukoll dwar id-divin. L-erba’ toroq tal-yoga marga jittrattaw dwar ilmanas, citta u kulma jikkonċerna l-jivatman. L-erba’ toroq jitkellmu kif l-ostakoli tal-moħħ jingħelbu. Kif ilbniedem jagħraf u jesperjenza l-vera natura tiegħu stess. Shri Krishna jispjega kif il-bniedem jinqabad f’identità falza u jaċċetta kull falzità bħala verità. Dan kollu temporanju u jinbidel sakemm nitgħallmu liema hi l-verità. L-erba’ toroq jinkludu: Karma Yoga, Bhakti Yoga, Jnana Yoga u Raja Yoga. It-toroq kollha jwasslu għand Brahman. Kollha huma adattabbli għal diversi reliġjonijiet oħra. Shri Krishna jgħidilna li l-ġisem talbniedem hu instabbli, mhux permanenti, is-sofferenzi fil-ħajja ma jistgħux jiġu evitati. © 2021 C.J. Muscat
206 208
Ekam EkamSat Sat
Isostni kemm hu meħtieġ li nwettqu t-tajjeb u nimxu fit-triq tad-dharma, it-triq tas-sewwa. L-erba’ toroq joffru għodda differenti, iżda kollha għandhom listess għan, dak li nesperjenzaw l-ogħla għarfien talverità. Tajjeb insemmu xi sentenzi li jgħid Krishna dwar kull waħda mill-erba’ toroq. Karma Yoga, it-triq tal-għemil li nwettqu filħajja kif ukoll il-konsegwenzi li aħna stess jeħtieġ li naħsdu. Shri Krishna jispjega x’jeħtieġ nagħmlu kif ukoll x’m’għandniex nagħmlu. Jurina l-importanza li nittrattaw lil xulxin u lil kull ħlejqa bl-imħabba, bla ma nistennew xejn lura. Jgħidilna kif inkunu dejjem ferħanin, bla xejn effettwati mill-pjaċiri kif ukoll milluġigħ u n-niket. Liberi mill-jien u minn kulma nippossedu. Jgħidilna kif il-moħħ u s-sensi jeħtieġ jaħdmu f’armonija. Uża moħħok, tħallix is-sensi jiġru bik. Jispjega kif tkun attent, deċiż u meta twettaq iddoveri tiegħek fil-ħajja, tfittex biss il-verità u t-triq tassewwa mhux il-merti jew x’ser takkwista. Bhakti Yoga, it-triq tad-devozzjoni. Shri Krishna jgħidilna sabiex inħobbu lil xulxin u lill-ħajja kollha. Il-bhakti yogi jara Brahman fil-ħolqien kollu, fil-ħbieb, qraba, familjari, aħwa, il-missier, l-omm, u fil-bnedmin kollha. Jagħraf li s-sofferenza ta’ wieħed tkun is-sofferenza ta’ kulħadd. Jagħraf li l-ferħ ta’ wieħed ikun il-ferħ ta’ kulħadd. Meta l-bhakti yogi jirrealizza l-unità f’kollox, ikun verament miexi fit-triq tal-perfezzjoni.
207 209
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Jnana Yoga, it-triq tal-għarfien traxxendentali. Shri Krishna jgħidilna kif tintuża l-għodda ta’ tfittxija, li ssaqsi u tibqa’ ssaqsi... neti... neti... mhux din... u lanqas din... kif napplikaw il-menti u r-rieda soda, sakemm nagħrfu l-verità. Jnana Yoga, l-aktar triq diffiċli sabiex issegwi. Jeħtieġ li tkun onest, qalbieni, tippersisti u tilqa’ kull sfida fil-ħajja. Ikun għaqli min iwettaq id-doveri tiegħu bla ebda ansjetà. Kull xewqa jwarrab fin-nar tal-għarfien u l-imħabba. Jimxi fit-triq tal-ħajja, ħieles minn kull għajnuna. Kulma jwettaq, jagħraf li hu ma wettaq xejn. Ma jistenna xejn millħajja. Ħielsa minn kull sens ta’ duwalità. Ma jimpika ma’ ħadd, dejjem fil-kwiet, ikun t’għajnuna, bla ma jistenna xi frott ta’ merti ħlief l-għarfien tas-sewwa. Raja Yoga, it-triq nobbli ta’ Sadhana u Astanga yoga. Shri Krishna jurina l-benefiċċji ta’ dawn iddixxipli bil-prattika fit-tul. Jidhru ferm iebsa għallbidu, iżda bħal għasel bnin meta jkun hu fil-kontroll tas-sensi u tal-menti u mhux skjav tagħhom. B’hekk ikun ħieles minn kull niket u sofferenzi. Ikun fil-paċi u bis-sempliċità jkun kuntent fit-triq ta’ ħajja nobbli.
Kontenut tal-Bhagavad Gita Il-Gita meqjusa bħala ġabra fil-qosor talUpanishad, tal-Vedanta, l-essenza tal-Veda. Meqjusa wkoll bħala l-Upanishad tal-Upanishadi kollha. Lisfond tal-gwerra jissinifika allegorija tal-lotta kontinwa li jgħaddi minnha kull bniedem rigward morali, virtujiet, dubji u diffikultajiet li jsib matul ħajtu. Arjuna jippersonifika kull bniedem. © 2021 C.J. Muscat
208 210
Ekam EkamSat Sat
Krishna jippersonifika l-Ħabib Divin. Arjuna jħossu mitluf bil-gwerra interna ta’ ġewwa fih. Lotta kontinwa bejn is-sensi, il-moħħ u l-qalb. Kif ukoll, lotta kontinwa esterna ma’ familjari, ħbieb u qraba. Ilbażi tal-Veda miġbur f’sentenza waħda ‘Brahman Wieħed, m’hemmx it-tieni’. Ser insemmu t-titli tattmintax-il kapitlu kif ukoll fiex jikkonsistu fil-qosor ferm. Arjuna visada yoga - In-niket ta’ Arjuna Arjuna talab lil Krishna jsuq il-karru talġlied fin-nofs, bejn iż-żewġ armati. Stqarr kemm qed isib ħtija u diqa li jitlef qraba, ħbieb u għalliema ta’ tfulitu. Mhux ċert minn dak li ser iwettaq. Għaliex għandu jiġġieled u joqtol lill-membri tal-istess familja? Sabiex jakkwista saltna bil-vjolenza? Kap. 2 Samkhya yoga - Arjuna jistaqsi dwar diversi aspetti tarrealtà. Shri Krishna uvacha jispjega dwar kull aspett tal-ħajja. Dan il-kapitlu meqjus bħala verżjoni qasira tal-Gita. Jispjegalu l-eżistenza ta’ kollox u jaċċertah li xejn ma jinqered. Hekk kif bniedem iwarrab ħwejġu qodma u jilbes ħwejjeġ ġodda, il-jivatman iħalli ġismu u jingħatalu ieħor ġdid. Jeħtieġ li tkun stabbilit filYoga, twettaq id-doveri tiegħek bla ma tkun marbut mal-akkwisti. Kun dejjem fi stat sattviku, liberu mid-duwalità, distanti minn diżappunti u suċċessi. Żomm sod fi stat ta’ Yoga.
Kap. 1
209 211
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Karma Yoga - Il-Yoga tal-Għemil
Kap. 3
Shri Krishna uvacha jispjega li lbniedem jeħtieġ iwettaq id-doveri tiegħu bla ma jkun marbut mar-riżultat t’għemilu. Tippruvax iġġorr id-dharma ta’ ħaddieħor, tkun itqal għalik. Kulħadd responsabbli t’għemilu u lkonsegwenzi, riżultat tiegħu stess. Wettaq iddharma tiegħek, wettaq id-dmirijiet tiegħek bla ma tistenna l-ebda mertu. Kap. 4
Jnana Yoga - Il-Yoga tal-Għerf
Shri Krishna uvacha jenfasizza l-għarfien ta’ dejjem, bla ma tkun tiddependi fuq ħadd, għallem ilprattika tal-Yoga għall-protezzjoni tat-tajjeb u r-rażan tal-ħażen. Fittex lil min jgħaddilek l-għarfien tal-verità sabiex tissaffa bin-nar tal-għarfien vidya. Min laħaq ilperfezzjoni tal-yoga (unità) isib il-vidya (għarfien) fih innifsu stess. Kap. 5
Sanyasa Yoga - Il-Yoga taċ-Ċaħda
Arjuna jistaqsi: X’inhu l-aħjar, li ma twettaq ebda azzjoni, jew li tiċħad il-frott tal-għemil li twettaq? Krishna jsostni li t-tnejn iwasslu għand id-divin. Iżda meta tiċħad il-frott t’għemilek takkwista ferħ li ma jintemm qatt karma sanyasa yoga. Min jintrabat malfrott t’għemilu, jixtieq u jitlob dejjem iżjed, dak ilbniedem marbut man-niket li ma jintemm qatt. © 2021 C.J. Muscat
210 212
Ekam Sat Ekam Sat
Kap. 6
Dhyana Yoga - Il-Yoga tal-Meditazzjoni
Shri Krishna uvacha jispjega dwar l-Astanga Yoga. Ifiehem dwar id-diffikultajiet tal-moħħ u kif jingħelbu. Shri Krishna jenfasizza li l-bniedem jeħtieġ jiddixxiplina l-menti tiegħu stess, bla ma jogħdos taħt il-ġibdiet tas-sensi. Ikun l-aqwa ħabib tiegħu nnifsu u mhux l-għadu tiegħu stess. Krishna jispjega l-prattika ta’ dhyana yoga. Inaqqas it-thewdin mentali, ikun iffukat, jiddirieġi s-sensi sabiex ikun aktar pur u sattviku, bl-ebda tebgħa ġol-qalb. Kun bniedem billi timxi t-triq tad-dharma, billi tagħraf l-unità f’kollox. Kun yogi tassew. Kap. 7
Vijnana yoga - Il-Yoga tal-Għerf
Shri Krishna uvacha jispjega dwar Saguna Brahman u kif wieħed jirrealizza Nirguna Brahman. Jispjega dwar yoga maya li tostor il-verità ta’ Nirguna Brahman. Yoga Maya żżejjen kollox bit-triguna fi spettaklu meraviljuż tal-eżistenza. Brahman tant hu sempliċi fil-kobor, li jinsab fil-bniedem, fil-ħolqien, iżda l-bniedem ma jagħrfux. Il-bniedem ma jagħrafx ilverità li qiegħda mgħottija fil-forom u ismijiet namarupa li jara u jifhem madwaru. Il-bniedem mistagħġeb bil-meravilji tal-ħajja u jiggosta jduq millpjaċiri u l-akkwisti. Jinsa li kull pjaċir u akkwist, għandu prezz ta’ niket u sofferenzi. 211 213
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Kap. 8
Taraka Brahma Yoga - Il-Yoga li twassal għand Brahman
Shri Krishna uvacha jfisser l-għarfien ta’ tmiem ir-realtà ordinarja u apparenti, li jwassal għal unjoni traxxendentali mad-Divin. Jispjega dwar l-aħħar ħsieb qabel it-tmiem tal-ħajja. Jitkellem dwar id-dinja materjali u d-dinja spiritwali. Jispjega dwar it-toroq ta’ wara l-ħajja, tad-dlam u tad-dawl. Ifiehem kif waqt ilmument tat-tluq minn din ir-realtà jeħtieġ li wieħed ikun mimli mħabba u mimli bis-saħħa tal-Yoga, jiġbor il-prana fiċ-ċentru tal-moħħ, jimmedita biss fuq lInfinit sabiex jasal fi ħdan Brahman. Kap. 9 Raja Vidja - Raja Guha Yoga - Il-Yoga tax-xjenza nobbli u tas-sigrieti nobbli Shri Krishna uvacha jfisser kif l-imħabba eterna tiegħu toħloq, issostni u meta jasal iż-żmien jirtira leżistenza kollha. Ifisser kif bil-kmand tiegħu maya tagħti sura lil kulma hu wieqaf u kulma jiċċaqlaq, sabiex hekk id-dinja ddur. Krishna jgħid hekk: “Kulma tagħmel, kulma tiekol, kull offerta li tirregala, kull awsterità u ċaħda, offri kollox lili.” Kap. 10
Vibhuti Yoga - Il-Yoga tal-Glorja Divina
Shri Krishna uvacha jispjega li hu l-kawża unika ta’ kull eżistenza. Arjuna jagħraf li Krishna hu sSuprem Divin, l-imħabba suprema li minnha ġej kollox. Krishna jgħid hekk: “Kulma jidher, kif ukoll li ma jidhirx, xrara ċkejkna minni.” © 2021 C.J. Muscat
212 214
Ekam EkamSat Sat
Kap. 11
Visva rupa darsana yoga - Il-Yoga tad-Dehra Mistika
Arjuna xtaq li jara d-dehra mistika ta’ Krishna darsana yoga. Il-glorja mistika biddlet lil Shri Krishna fid-dehra ċelestjali mifruxa f’kull direzzjoni b’dija tiddi aktar minn elf xemx, iddawwal ħlejqiet u forom oħra tal-eżistenza kożmika. Hekk kien l-isplendur ta’ Brahman fil-persuna ta’ Krishna. Arjuna kollu mistagħġeb ra l-milja tal-univers, tal-kożmos bla limitu miġbur quddiemu fil-Wieħed (ma hemmx it-tieni). Ra l-kobor u l-imħabba infinita ta’ Brahman. Arjuna beża’ u talab li jara lil Krishna fis-sura ta’ bniedem, fil-ħabib divin li tant kien jitgħallem mingħandu. Kap. 12
Bhakti Yoga - Il-Yoga tal-Imħabba Divina
Shri Krishna uvacha jfaħħar il-mixja talbniedem li, bil-prattika tal-Yoga, is-sensi tiegħu jixxennqu biss lejn l-Infinit. Ifaħħar lil min xejn ma jaffettwah, lanqas ma jkun ta’ tfixkil, ħieles mir-rabja, biża’, ansjetà u xewqat. Ifaħħar lil min ma jfittixx li jkun imferraħ, ma jobgħodx, u lanqas jitnikket għannuqqas ta’ min ħalliena. Jammira lil min jittratta ndaqs kemm lil min ikun kontrih kif ukoll lill-ħbieb. Ifaħħar lil min ma jistenniex unuri, jibqa’ sieket meta jiġi mżeblaħ. Japprezza ferm lil min irrinunzja kemm ilħażen kif ukoll it-tajjeb, mimli devozzjoni jfittex biss l-Infinit f’kollox. Iżomm b’għożża lil min ikun verament bhakti yogi. 213 215
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Kap. 13
Prakrti-purusa viveka yoga - Il-Yoga li tiddistingwi bejn dak li qed josserva u dak li qed jiġi osservat
Shri Krishna uvacha jiddiskuti d-differenza bejn sharira (il-ġisem li għandu bidu u tmiem) u Atman (li hu bla bidu u bla tmiem). Jispjega d-distinzjoni bejn il-jivatman, il-konoxxenza individwali, u lparamatman, il-konoxxenza universali. Kull eżistenza, kemm dik bla ħajja u kemm dik bil-ħajja, it-tnejn iseħħu mill-unjoni bejn l-osservatur u dak li qed jiġi osservat. Min jara Brahman f’dak li jeżisti mimli ħajja u jara li Brahman ma jispiċċa qatt meta l-ħajja tispiċċa, dan żgur għandu viżjoni tajba. Kap. 14
Guna trya vibhaga yoga - Il-Yoga tat-Triguna
Shri Krishna uvacha jispjega t-tliet modalitjiet ta’ prakriti: tjubija, passjoni u injoranza. Jispjega kif ġew fl-eżistenza, il-karatteristiċi ta’ kull waħda, kif ukoll il-metodu kif jinfluwenzaw lil kull ħlejqa. Shri Krishna jitkellem dwar kull forma li titnissel fil-ġuf ta’ diversi ħlejqiet. Jgħidilna li n-natura hi l-ġuf, filwaqt li Hu stess ipoġġi ż-żerriegħa tal-ħajja. It-Triguna: satva, raja u tamas frott ta’ prakriti jżejnu bl-imħabba ljivatman bil-forma ta’ sharira. “Kull bhakta yogi li jagħraf Lili fis-sura li welldu t-triguna jkun tassew denn li jingħaqad miegħi.” © 2021 C.J. Muscat
214 216
Ekam EkamSat Sat
Kap. 15 Purusottama Yoga - Il-Yoga tas-Sigriet li twassal għand is-Suprem Shri Krishna uvacha jitkellem dwar ilkaratteristiċi traxxendentali ta’ Brahman li huma Omnixjenza, Omnipreżenza, Omnipotenza. Krishna jsemmi siġra simbolika li tirrappreżenta l-eżistenza temporali. L-għeruq tas-siġra qegħdin ’il fuq fis-smewwiet, il-friegħi u l-weraq qegħdin fid-dinja. Jispjega li din is-siġra jeħtieġ titqaċċat bilmannara li tissepara, sabiex il-jivatman jirritorna u jingħaqad fi Brahman. Shri Krishna jgħid, “Jiena ninsab fil-qalb ta’ kulħadd. Minni kull memorja, għerf u telfa wkoll. Jiena biss importanti li nkun magħruf bilVeda, jien l-awtur tal-Veda u l-għarfien tal-Vedanta.” Kap. 16
Daivasura smpad vibhaga yoga - Il-Yoga li tiddistingwi t-tendenzi, dawk divini u dawk demoniċi
Shri Krishna uvacha jiddeskrivi l-kwalitajiet divini u l-kwalitajiet tal-ħażen li huma parti min-natura umana. Jispjega li sabiex jintlaħaq l-għan suprem talħajja, kull bniedem għandu jeqred minn ġewwa fih tliet tendenzi: żina, rabja, regħba. Jagħżel it-tajjeb millħażin billi jiddixxerni bid-dehen ta’ buddhi (aspett talmanas li jagħmel l-għerf possibbli) kif ukoll bilgħajnuna li toffri l-iskrittura. Il-Veda tispjega li żewġ tipi ta’ bnedmin jitwieldu fid-dinja: dawk ta’ natura divina u dawk ta’ natura demonika. 215 217
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Kap. 17
Shraddha traya vibhaga yoga - Il-Yoga li tiddistingwi kwalitajiet ta’ shradda
tliet
Shri Krishna uvacha jfiehem kif nistgħu nikkultivaw shradda billi nagħżlu l-ikel li nieklu, nagħżlu l-għemil li nwettqu, nagħżlu l-attitudni kif inwettqu l-għemil. Mhux biss tal-ikel fiżiku, iżda wkoll ta’ kulma tisma’ u tara. Jagħmel enfasi li dawn it-tlieta jeħtieġ ikunu puri, mhux imniġġsa jew tossiċi. Hekk biss tista’ tiġi kkultivata shradda. Persuni li jagħżlu ikel mejjet, moqżież, fi stat ta’ putrifikazzjoni, ikunu persuni tamasiki. Persuni li jagħżlu ikel mielaħ, qares, jaħraq fi stat ta’ fermentazzjoni, ikunu persuni rajasiki. Persuni li jagħżlu ikel nadif, prodott tad-dawl, li jkun frisk, li jagħti s-saħħa, ikunu persuni sattviki. L-ikel jiddetermina l-għażliet ta’ għemil u l-attitudni kif inwettqu l-għemil. Dawn jistgħu jkunu tamasiki, rajasiki jew sattviki. Kap. 18
Moksha Yoga - Il-Yoga tal-Liberazzjoni
Dan il-kapitlu jiġbor il-konklużjonijiet talkapitli ta’ qabel. Shri Krishna jinkoraġġixxi lil Arjuna jerħi kull irbit u jintreħa għandu. Dan hu l-ogħla perfezzjoni tal-ħajja. Fl-istess waqt li persuna jkompli jwettaq id-doveri tiegħu fil-ħajja jintreħa bil-fidi fi Brahman.
© 2021 C.J. Muscat
216 218
Ekam EkamSat Sat
Siddhi
~ Doni straordinarji ~ Is-siddhi huma doni straordinarji li, għalkemm jidhru sopranaturali, iżda jistgħu jiġu spjegati u aċċessibbli tant li kulħadd jista’ jwettaqhom. Jitfaċċaw bl-aktar mod naturali wara snin ta’ prattika u dixxiplini tal-Yoga. Is-siddhi huma naturali għal persuna yogi li espanda l-konoxxenza minn dik individwali għal konoxxenza aktar wiesgħa. Is-siddhi jseħħu spontanjament fil-ħajja tiegħu bla ma jinduna. Meta aħna nimxu, naraw jew nisimgħu; dawn iseħħu bl-aktar mod naturali, bla ma nqisu li huma xi għeġubijiet. Tajjeb li wieħed jinnota li fil-preżenza ta’ siddha yogi, wieħed jesperjenza paċi fil-qalb, tant li jinsa kull niket u wġigħ. Il-benefiċċji li wieħed jirċievi fil-preżenza ma’ siddha yogi mhux sabiex jegħleb xi diffikultà jew xi fejqan tal-ġisem. Meta wieħed ikun f’kuntatt kontinwu ma’ siddha yogi, fiżikament jew mentalment, għandu jħoss bidla interna. Iħoss li qed jixxennaq aktar lejn l-Infinit milli jiġġerra wara xewqat fiergħa u oġġetti senswali tad-dinja. Rishi Patanjali jgħidilna li persuna tista’ titwieled Siddha Yogi. Bil-prattika tas-Siddha Yoga kull persuna tagħraf id-divinità, l-Atman li jinsab f’kull persuna oħra. Jirrelata ma’ kull persuna b’modi xejn differenti milli jirrelata mad-divin li jinsab f’kull persuna. Niftakru li Brahman tant hu sempliċi filkobor, li jinsab fil-bniedem, iżda l-bniedem ma jagħrfux. Sabiex nifhmu aħjar dwar is-siddhi, tajjeb li nirriflettu fuq is-saħħa straordinarja tal-manas. 217 219
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Meta l-aham jiskot waqt mumenti ta’ yoga sadhana, il-manas jirrealizza l-jivatman. Wara snin ta’ prattika Yoga, il-manas f’kuntatt mal-Atman jibbenefika minn bidla interna straordinarja. Ilbniedem il-qadim asura sampad, jinbidel fi bniedem ġdid daivi sampad. Kif spjegajna qabel, il-ħsibijiet negattivi, rabja, ansjetà, żina, regħba, tendenzi asura, aktar iħawdu l-moħħ. Bil-prattika tal-Yoga, il-manas jiġi ppurifikat, iffukat, il-ħsibijiet ikunu aktar sattviki, iseħħ il-kuntatt mal-Atman. Persuna siddha, ikun laħaq perfezzjoni fil-prattika tal-Yoga. Ikun jingħaraf millfrott li jagħti. Fit-tagħlim tal-Veda nsibu tmien siddhi prinċipali li jitwettqu minn Raja Yogi. Insibu wkoll diversi siddhi ordinarji. Kif spjegajna, is-siddhi huma frott ta’ prattika, iżda frott li jista’ jirrendik kburi. Frott li jista’ aktar ibiegħdek mill-Infinit u jqarrbek lejn ilfama tal-ego u l-għira ta’ kulħadd. Raja Yogi ġenwin, joqgħod attent minn kif u meta juża xi siddhi. Ma jagħmilx użu mis-siddhi bħala turija ta’ setgħa, mirakli, maġija, sabiex jattira l-folol. L-użu tas-siddhi jista’ jwassal għal konsegwenzi xejn tajba. Min mhu xejn familjari ma’ dawn il-prattiki, jikkonkludi li dawn huma okkult. It-terminu occultus mil-Latin tfisser moħbi, mhux magħruf. Min qatt ma kellu esperjenza fil-prattika tal-Yoga, ċertament li hu stess qiegħed fi stat mudlam, moħbi (occultus), nieqes mill-għarfien. Min jinjora l-prattiki tal-Yoga, x’aktarx huwa ferm diffiċli li jifhem u li japplika fil-ħajja. Insibu artiklu ċkejken, f’gazzetta lokali, li kien deher fil-5 ta’ Mejju 1995, fejn l-awtur jaċċerta li l-Yoga m’għandhiex tiġi kklassifikata taħt l-okkult. © 2021 C.J. Muscat
218 220
Ekam EkamSat Sat
Dan l-għarfien ilu aċċessibbli għal kull min jipprattika l-Yoga. Ċertament li mhi xejn moħbija (occultus), tant li nxterdet f’diversi kulturi. Nistgħu nsemmu lista sħiħa ta’ siddhi li jkun imżejjen bihom Raja Yogi wara snin jipprattika Samyama. Insibu flistorja li Raja Yogi kellu juża siddhi sabiex jirtira minn kotra ta’ nies li nġabru madwaru bla ma indunaw fejn mar. Ieħor mexa fuq wiċċ l-ilma għax ma kienx hemm post għalih fuq il-barkun li kellu jaqsam minn xatt għal xatt. Insibu rakkonti diversi li mhux tant importanti nkomplu nsemmu. Raja Yogi jirrispetta r-regoli talkarma, ma jfittixx il-fama. Konvint li r-regoli talkarma kontinwament iżommu bilanċ fl-univers. Jaf sewwa li m’għandux ifixkel il-proċess tal-karma, kemm individwali kif ukoll dak universali. Jaf ukoll li min jinqeda bis-siddhi jkollu jsofri konsegwenzi ħarxa. Raja Yogi jaf kemm hu faċli tittrasforma ftit ilma sabiex jintiegħem differenti, iżda aktar hu diffiċli li tittrasforma l-bniedem qadim fi bniedem ġdid. Raja Yogi proprju dan hu li jipprova jagħmel, billi jiggwida u jgħaddi t-tagħlim lil kull min qed jixtieq itejjeb ħajtu fit-triq tas-sewwa. Dan jagħmlu bl-akbar fidi kemm filpersuna kif ukoll fi Brahman. Fidi jew aħjar shraddha - ibbażata fuq evidenza, raġunament, esperjenza, kunfidenza fuq ittagħlim tal-Veda, mhix fidi għamja, li tħallik fid-dubji. Fidi għamja toħloq nuqqas ta’ fiduċja, toħloq inċertezza. Shraddha hi fidi perfetta li Raja Yogi japplika sabiex jgħaddi t-tagħlim lill-aspirant u sseħħ it-trasformazzjoni interna minn asura sampad (bniedem il-qadim) għal daivi sampad (bniedem ġdid). 219 221
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Meta sseħħ din it-trasformazzjoni, ilkonoxxenza tkun aktar intensa u l-aspirant ikollu diversi esperjenzi inqas ordinarji. Kif diġà tkellimna, dawn l-esperjenzi għandhom jiġu mwarrba, bla xejn turija, spettakli u stagħġib. Esperjenzi li jnisslu biża’ iżda wieħed jitgħallem kif jittollera fis-skiet sakemm isiru normali daqs il-ħsibijiet normali ta’ kuljum. Niftakru li bilprattiki tal-Yoga l-bniedem jittrasforma fil-bniedem ġdid, aħjar minn kif kien qabel, jimxi t-triq tad-dharma sakemm jilħaq aktar tjubija u perfezzjoni. Siddha tfisser proprju dan kollu, li twettaq kull għemil skont id-dharma sabiex tkun aktar tajjeb u perfett. Għemil tajjeb jirrendi siddha, frott tajjeb, frott aktar tajjeb minn tas-soltu, frott li tant hu tajjeb li nistagħġbu bit-tjubija li mhix tas-soltu. Ejja nsemmu siddha ċkejkna billi nagħtu eżempju. Insemmu persuna li tbati mill-ansjetà, li saret tant komuni llum. Jeħtieġ li l-kura tiġi minn ġewwa u mhux tistenna li xi ħadd iħenn għalik u jfejqek. Aktar faċli tkun responsabbli, billi tipprattika ftit Yoga. Iġġib bilanċ fis-sistemi interni tal-ġisem u tal-moħħ sabiex terġa’ tkun kalm u fil-paċi. Din hi siddha wkoll. Dak li kont tagħmel ħażin wasslek għall-ansjetà. Bil-prattika rnexxielek iġġib il-bidla interna għal aktar bilanċ mentali u akkwistajt il-frott mixtieq, aktar saħħa mentali, akkwistajt siddha. Akkwistajt id-don tal-paċi u ħlist mill-ansjetà. Raja Yogi, bil-prattiki talYogasana, Pranayama, Pratyahara, Sadhana, Mantrajapa u oħrajn, ikollu doni siddha li jkun frott aktar tajjeb min-normal.
© 2021 C.J. Muscat
220 222
Ekam EkamSat Sat
L-aħjar metodu sabiex issaħħaħ siddhi hu billi tkun regolari fil-prattiki tal-Yoga. L-ewwel Niyama tal-Yoga hu li tkun niyamit, li tkun regolari. Li tkun regolari hu l-akbar samyama. Kun regolari f’kulma tagħmel, kif ukoll fil-prattika ta’ Sadhana. X’aktarx li diffiċli ssib min hu regolari fl-ikel, fl-indafa, fl-irqad, fl-istudju. Meta tkun erratiku u irregolari, il-ġisem hekk ukoll jirreaġixxi b’mod erratiku, inkonsistenti, sporadiku. Isir aktar dgħajjef, jimrad, isofri u jitnikket. Il-Bhagavad Gita tgħidilna sabiex inkunu l-aqwa ħabib tagħna nfusna u mhux lakbar għadu tagħna stess. Meta tkun aktar regolari fiddrawwiet, attitudni pożittiva, ħsibijiet pożittivi, tippersisti, tibda tinduna li qed ikollok aktar bilanċ u saħħa kemm mentalment kif ukoll fiżikament. Tibda tara bidla fik innifsek. Tirrelata aħjar mal-familja, ħbieb u kollegi. Tosserva bosta siddhi ċkejknin bħal dawn u aktar. Kif tkellimna fil-paġni ta’ qabel, insibu bosta prattiki tal-Yoga li jittrasformaw il-bniedem ilqadim u jiġġedded fi bniedem aktar perfett. Insibu prattika tal-pranayama li tnaqqas l-uġigħ, tnaqqas irrabja u l-ansjetà. Ikkombinata bil-mantrajapa, toħloq vibrazzjoni fis-sistemi kollha tal-ġisem u tal-manas. Il-moħħ jikkonsisti minn żewġ nofsijiet li kontinwament jiġġeneraw enerġiji varji. Skont kif tipprattika l-pranayama flimkien mal-mantrajapa, tbiddel kulma jseħħ fil-ħsibijiet tal-moħħ sal-glandoli tal-ġisem. Kollox jibbilanċja. Fuq livell emozzjonali dak li jseħħ hu li l-għeja, l-ansjetà u l-biża’ jonqsu. Ilħsibijiet jikkalmaw u jkunu aktar ċari. Memorji xejn pjaċevoli, ta’ vjolenza, biża’, insigurtà, insulti jiġu mfejqa mill-memorja. 221 223
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Memorji sbieħ mill-passat jitfaċċaw, jinħassu friski fil-preżent. Dawn huma siddhi ċkejknin li jseħħu bħala frott tal-prattika regolari tal-Yoga. Il-bniedem għandu teżor enormi ta’ enerġiji rieqda. Bil-prattika ta’ Sadhana, Mantrajapa, Dhyana, Pranayama u prattiki oħra li tkellimna ftit dwarhom, jiffjorixxu diversi siddhi li jinsabu reqdin ġewwa fik stess. L-enerġija pranika tinsab imferrxa fis-sistema ta’ nadis. Hemm 72,000 nadis imferrxa fil-ġisem eteriku. Tantra Yoga tirreferei għat-tlieta l-aktar prinċipali. Dawn huma ida, pingala u sushumna nadi. In-nadi huma passaġġi ta’ enerġija pranika li jiltaqgħu matul is-sinsla, jissejħu chakra. Hemm bosta nadi li jiltaqgħu f’diversi chakra. L-aktar magħrufa huma sebgħa: mooladhara, swadhisthana, manipura, anahata, vishuddhi, ajna u sahasrara. Il-fakultajiet taċ-chakra fil-bniedem jinsabu rieqda u jiġu mfissra skont it-triguna. Meta l-ewwel tnejn mooladhara, swadhisthana, ikunu attivati, jiġu espressi bħala: mibegħda, għira jew imħabba. Dawn meqjusa bħala fakultajiet t’isfel, kwalitajiet tamasiki. Il-fakultajiet sato guna jiffjorixxu meta tiġi attivata ajna chakra, li tinsab fil-moħħ. Meta l-ajna chakra tiġi attivata bil-prattika tal-pranayama jseħħ l-għarfien ta’ diversi siddhi. Il-pranayama tiġi abbinata malmantrajapa sabiex jiġu attivati chakra li jiffjorixxu diversi siddhi. Tajjeb niftakru li l-bażi ta’ dawn il-prattiki huma l-Yama u Niyama li semmejna fil-bidu. Jeħtieġ li persuna jkun stabbilit fil-Yama u Niyama sabiex jimxi għall-prattiki tal-pranayama u mantrajapa. Prattiki li jidhru sempliċi iżda ċertament li mhux tant faċli u jeħtieġu gwida minn persuna esperta fit-Tantra Yoga. © 2021 C.J. Muscat
222 224
Ekam EkamSat Sat
Il-fenomeni tas-siddhi huma ferm komuni flIndja sa minn żminijiet imbiegħda. Fil-Punent ukoll iseħħu fenomeni minn persuni li jitwieldu bid-don ta’ xi siddhi, iżda jitqiesu maġija, mirakli jew okkult. Dan għaliex it-teknoloġija Tantra Yoga mhix magħrufa. Kif spjegajna d-dixxiplina tal-Yoga hi ferm nieqsa filPunent għax jeħtieġ li wieħed jippersisti u jkun regolari fil-Yama u Niyama. Iżda l-ħajja saret orjentata lejn akkwisti materjali u pjaċiri senswali. Id-doni tas-siddhi mhux faċli li jħallu l-frott mingħajr dixxiplina rigoruża tal-Yoga għal bosta snin.
Vishada Yogam
- Il-Yoga tan-Niket u Sofferenzi It-terminu bis-Sanskritt visham, bil-Malti jfisser ‘velenu’ kif ukoll ‘impur’. It-terminu aada, bil-Malti tfisser ‘gidma’. Il-kelma vishada, tfisser l-uġigħ li wieħed iħoss minn xi gidma. Il-ġisem u l-moħħ huma kostitwiti mit-triguna. L-aktar li jippredominaw huma tamaguna u rajaguna, u għalhekk il-ġisem u l-moħħ meqjusin impuri. Vishada fil-kuntest Vedantiku qed tindika b’mod simboliku l-impuritajiet li jġorr miegħu l-ġisem u l-moħħ tal-bniedem, li jwasslu għal sofferenzi, niket u mewt. Kif nitwieldu, is-sensi jħossu attrazzjoni jew stmerrija lejn l-oġġetti jew bnedmin oħra li niskopru fir-realtà oġġettiva madwarna. Irrealtà oġġettiva kif ukoll is-sensi huma l-kawża tal-irbit u s-sofferenzi f’ħajjitna. 223 225
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Ninqabdu f’din l-eżistenza tant affaxxinanti li nsiru egoċentriċi. Nintrabtu ma’ dak kollu li jaffaxxinana u ninsew in-natura vera tagħna jivatman, bħala bnedmin. Fi ftit kliem vishada huwa stat ta’ niket, dwejjaq, għali, disprament. Wara kollox dawn huma parti mill-ħajja tal-bniedem li hu suġġett għallmard, xjuħija u mewt. Inħoss vishada, in-niket, għax marbut ma’ xewqat. Intant, vishada tfisser ukoll bluha, li tiġi min-nuqqas ta’ għażla meta l-intelliġenza buddhi tkun fi stat xejn ċar, stat imċajpar. Jekk nitkellmu b’mod simboliku, vishada tirriżulta meta nintrabtu mal-frugħat tad-dinja, meta nkunu ngdimna mixxewqat, nimtlew bil-velenu ta’ moha (injoranza). Dan hu stat totalment oppost għall-istat ideali ta’ serħan ilmoħħ, bilanċ fil-ħsieb, fil-kliem u fl-għemil. Meta tkun migdum minn xewqat bla bżonn, tħoss attrazzjoni jew stmerrija, tħossok separat jew imjassar. Il-moħħ ikun disturbat u fi stat ta’ niket. Lewwel kapitlu tal-Bhagavat Gita proprju jibda billi jitkellem dwar Vishada Yogam. In-niket ta’ Arjuna hu simbolu tan-niket li l-bnedmin kollha jħossu matul ħajjithom. Il-lotta kontinwa kontra l-istess niket. Issofferenzi u n-niket li nsibu f’ħajjitna huma proprju nniggieża li tqajjimna sabiex nibdew nistaqsu, nibdew infittxu x’inhu s-sens fil-ħajja. L-esperjenza tal-ħajja turina li n-niket u s-sofferenza huma l-akbar ħbieb u għalliema tal-ħajja. Mingħajrhom bosta bnedmin jibqgħu fi stat ta’ suppervja u injoranza. Ikunu ddominati minn żewġ guna, dik tamoguna kif ukoll dik rajoguna. Dik sattvika, satoguna tkun l-aktar nieqsa. Il-jien (ego), l-aham, jiġi f’sensih bis-sofferenzi, riżultat tas-suppervja u l-injoranza tiegħu stess. © 2021 C.J. Muscat
224 226
Ekam EkamSat Sat
Il-jien (ego), aham ikollu jgħaddi min-nar tassofferenzi li jsaffi l-impuritajiet tal-ġisem u tal-manas. L-esperjenza tal-ħajja turina li dan japplika għallmaġġoranza tal-bnedmin. Meta nkunu fi stat ta’ niket u sofferenzi, nistaqsu: għaliex kull maħluq isofri? X’qed jipprovaw jgħallmuni n-niket u s-sofferenzi? X’inhu lvalur tan-niket u s-sofferenzi fil-ħajja? Nirrikorru għattalb u l-mirakli. It-tagħlim avidya, hu ferm limitat sabiex jagħtina dawl fuq il-problema tas-sofferenzi u n-niket. Mhux biżżejjed sabiex isolvi l-problemi talħajja. Il-moħħ ċkejken wisq quddiem is-sofferenzi u nniket li jwasslu finalment sal-mewt. Jaf kemm jaf, ilmoħħ mgħammad bid-dlam ta’ ajnan (nuqqas ta’ verità). Jeħtieġ jgħaddi minn bosta keded jikkumbatti nniket u s-sofferenzi sabiex jibda jara ftit dawl, ftit għarfien vidya li tant hu meħtieġ fil-ħajja. Jaf li jaf (avidya) jibqa’ fil-limiti tat-triguna li jiddominaw ilħajja kollha. Il-moħħ, jaf kemm jaf, qatt mhu ser isolvi l-problemi tal-ħajja, tas-sofferenzi u lanqas tal-mewt. L-avidya li bih jimtela l-moħħ jasal għandu bis-sensi minn diversi mkejjen, nieqes minn ċarezza, viżjoni tajba u intuwizzjoni. Avidya strument limitat, ma jilluminax lil min qed isofri sabiex jifhem dak li mhux magħruf. Lanqas ma jifhem l-inċertezzi tal-ħajja. Mhux possibbli jinduna x’ġej fuqu ’l quddiem. Avidya strument li jattira aktar xewqat li jorbtu maddlam aktar milli jwassal lil hinn lejn id-dawl ta’ dejjem. Avidya mhux tant li tilliberak, iżda li żżommok marbut mas-sbuħija apparenti tad-dinja. Ma tnaqqasx l-uġigħ, iżda żżid is-sofferenzi madwar il-jien. Avidya ma tressaqniex lejn iċ-ċentru tal-Infinit. 225 227
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
L-iskrittura Yoga Vashista tgħidilna li għalxejn il-bniedem jipprova jtawwal ħajtu. L-inkwiet u ssofferenzi jiżdiedu wkoll. L-istess sofferenzi jkunu ferm effettivi, meta jkun lest li jħalli kollox u joħroġ mill-konfini tal-moħħ. Sakemm l-individwu jibqa’ filkonfort tal-moħħ u tas-sensi, ifittex biss li jpaxxi lissensi, jibqa’ marbut mal-guna li l-aktar jiddominawh. Is-sofferenzi jgħinu lill-persuna sabiex tagħmel qabża lejn it-traxxendentali. Vishada meqjusa bħala rigal divin li tasal għandna b’niggieża sabiex tqajjimna millgħażż tan-niket li tant imdorrijin fih. Vishada tiġi sabiex tbiddel fina drawwiet li jirrenduna dgħajfin, vittmi u msieken. Is-sofferenza għandha aspett pożittiv li tittrasforma sabiex inkunu ppreparati aħjar għallġejjieni. Vishada tniggiżna sabiex infittxu biss lImgħallem Divin, Bhaja Govindam. Il-Yoga Sutra jgħidulna li min jara sew il-ħajja jinduna li kull sofferenza titfaċċa bħala konsegwenza ta’ vritti li wettaqna fil-passat. Is-sofferenzi jieħdu diversi xeħtiet tant sottili li ma tindunax li huma sofferenzi. Il-kitbiet tal-Veda joffrulna l-Yoga bħala soluzzjoni prattika għall-problema tas-sofferenzi. Moksha twassalna għal soluzzjoni permanenti. Kull min qiegħed fl-oċean talħajja, żgur li jesperjenza l-mewġ tas-sofferenzi. Iddifferenza qiegħda li wieħed jitfarrak mal-mewġ tassofferenzi u ieħor isofri bl-aktar mod nobbli. IlJivanmukti jagħraf li s-sofferenzi huma biss tal-moħħ u tal-ġisem u mhumiex tal-jivatman (ruħ). Is-sofferenzi jippruvaw juruna l-iżball oriġinali li kull bniedem iwettaq mat-twelid. Kull bniedem maħkum minn gunamaya, jidentifika mal-oġġetti ta’ madwaru, jidentifika ma’ ġismu stess, jidentifika mal-moħħ. © 2021 C.J. Muscat
226 228
Ekam EkamSat Sat
Jinsa li hu l-jivatman, jinsa li mhux suġġett għas-sofferenzi u n-niket. Jinsa li hu l-jivatman li qed josserva kollox iżda mhux effettwat u lanqas suġġett għat-triguna. Is-sofferenzi u n-niket huma biss niggieża vishada sabiex jistenbaħ u jiftakar min hu tassew. Tkellimna dwar il-klesha, l-ostakli li l-jien jesperjenza u jżommu l-moħħ imċajpar u jfittex biss namarupa, l-oġġetti li l-jien imdawwar bihom. Tkellimna dwar karma u samscara, rajna li l-bnedmin suġġetti għal vikshepa (disturbi): mard, dubji, għażż, traskuraġni, inattività. Rajna li l-jien ‘falz’ isofri. Issofferenzi intenzjonati sabiex kull persuna jirrealizza min hu tassew. Jieqaf jinħeba wara l-maskra talahamkara, tal-jien magħmul, il-jien falz. Jieqaf jirreċta fuq il-palk u jgħix tabilħaqq firrealtà u mhux fl-apparenzi, moħbi wara dak li mhux hu. Għalxejn jistenna mirakli, jitlob sabiex jitbiegħdu minnu s-sofferenzi u n-niket. Jeħtieġ jirrealizza l-iskop tas-sofferenzi u tan-niket. Meta nindunaw l-iskop tassofferenzi mhux daqstant ikun kbir in-niket tal-mard jew tal-mewt. Jgħaddu wkoll bħall-ħolm. Jgħaddu wkoll bħaż-żifna taż-żmien. Il-jien falz jinqabad f’xibka ta’ sofferenzi. Il-jien falz jirreċta fuq il-palk tad-dinja, jiċċelebra, jiġġieled gwerer, jaħkem, jakkwista, jgħallem, jitlob għal aktar, joħlom; kollox jgħaddi. Is-sofferenzi vishada niggieża li jqajmuna minn din ir-reċta. Jeħtieġ insaqsu aktar milli nitolbu aktar. Sakemm nindunaw il-veru Atman, il-veru jien.
227 229
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Rajna kif l-indrija u l-guna jfixklu lill-jivatman milli jiddixxerni, jidentifika ma’ dak li jidher, mal-jien hu dal-ġisem. Rajna li, għalkemm il-jivatman bla tebgħa, iżda l-modifikazzjoni li jlibbsuh it-triguna jiġi suġġett għal xewqat, egoiżmu, rabta, delużjoni, jasar. Qegħdin nifhmu aktar kif is-sofferenzi jitfaċċaw mhux mix-xejn jew b’kumbinazzjoni. Qed nindunaw li jeħtieġ ikollna l-għarfien tal-verità jnana yoga sadhana. Jeħtieġ il-prattika tal-Yoga sabiex neħilsu minn kull impurità mentali, minn kull vishada tal-moħħ. Rajna li ebda bniedem mhu liberu min-niket u s-sofferenzi. Rajna kif l-ewwel stazzjon tal-miġja tagħna fuq din id-dinja hu vishada yogam. L-iskop ewlieni tal-ħajja hu li nkunu liberi minn kull xkiel. Jeħtieġ li nżommu l-lampa tal-għarfien jnana dipti mixgħula fina sabiex tiggwidana fit-toroq mudlama ta’ dinja sabiħa, sabiex naraw u nesperjenzaw il-verità. Sakemm nagħżlu li ngħixu ħajjitna f’illużjoni ta’ separazzjoni, in-niggieża tas-sofferenzi tibqa’ magħna għal dejjem. Il-Veda tqis vishada bħala soluzzjoni u mhux bħala problema tal-ħajja. Vishada toffrilek opportunità tinduna bl-iżball oriġinali li tkellimna diversi drabi fuqu fil-paġni ta’ qabel. Issofferenzi huma n-niggieża vishada yogam li jħeġġuna sabiex nitwaħħdu mal-konoxxenza universali. Maharshi Pantanjali jgħidilna fil-Yoga Sutra li Sadhaka jeħtieġ jgħaddi minn seba’ stadji ta’ prajna (konoxxenza). © 2021 C.J. Muscat
228 230
Ekam EkamSat Sat
1. Kif Sadhaka jibda jfittex l-għarfien vidya, jinduna li għandu ħafna x’jitgħallem mis-sofferenzi tiegħu. 2. Meta jirrealizza dan l-għarfien, jimxi għat-tieni fażi viveka-khyāti, iħossu ċert li ma fadalx aktar x’jirrinunzja. 3. Wara din it-tielet fażi jħossu li wettaq kulma jeħtieġ sabiex ikun liberu u ma fadallu xejn aktar x’jagħmel. 4. Kif jasal għar-raba’ fażi bil-prattika ta’ samprajnata samadhi, jaħseb li wasal għall-moksha (ħelsien min-nuqqas tal-verità) u ma fadal xejn aktar x’jeħtieġ iwettaq. 5. Fil-ħames stadju ta’ prajna jinduna li s-sofferenzi u n-niket li tfaċċaw minn vasana u vritti, xewqat u impulsi waqfu. Il-manas wettaq id-doveri u rtira filkwiet tal-kamra ta’ ġewwa tiegħu stess. 6. Kif titfaċċa s-sitt fażi, l-effett tal-manas dipendenti mit-triguna tibda ssir aktar fluwida, sakemm tisfuma fil-kawża oriġinali, dik ta’ prakriti. 7. Fis-seba’ fażi, purusha terġa’ tistabbilixxi l-istat pur oriġinali mingħajr xkiel mill-manas li issa tnaddaf minn kull konfużjoni, impuls u dubju. L-ewwel tlieta huma kkaratterizzati billi jiġu eliminati duhkha, bhaya, u vikalpa (in-niket, il-biża’ u thewdin tal-moħħ). Hekk kif il-yogi jkun irrinunzja kollox, l-aħħar tlieta jseħħu wara xulxin. Ikun wasal fil-kulminu tal-għarfien, f’esperjenza diretta tal-verità.
229 231
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Maharshi Vasishtha jiddeskrivi fil-Yogavasishtha seba’ stadji ta’ konoxxenza li jwasslu għall-istat ta’ Jivanmukti. 1. Shubeccha: xewqa qawwija għall-verità (ħelsien minn asat) bil-prattika tal-yama, niyama u sadhana. 2. Vicharana: studju u riflessjoni tal-Vedanta bilgwida ta’ guru/rishi (għalliem spiritwali). 3. Tanumanasa: il-moħħ jinfetaħ u jibda japprezza veritajiet spiritwali bil-prattika talkontemplazzjoni. 4. Sattvapatti: jirrealizza l-unità tal-Atman u Brahman bil-prattika tal-mahavakya. 5. Asamnakti: bil-prattika ta’ nirodha, fejn il-moħħ jiffoka fuq punt wieħed biss, jersaq lil hinn minn kull thewdin għal nirvikalpaka samadhi. 6. Padarthabhavini: wara li l-yogi jkun għadda millħames stadji ta’ qabel u jkun stabbli fihom jintlaħaq is-sitt stadju. 7. Turyaga: il-yogi jkun laħaq il-milja tal-hena fi Brahman, tant li ma jerġax lura lejn l-istadji ta’ qabel. L-ewwel tliet stadji jippreparaw lill-yogi għarraba’ stadju sabiex jirrealizza l-unità tal-Atman ma’ Brahman. L-aħħar tlieta huma stadji li jwasslu għal Jivanmukta. Il-Bhagavad Gita tispjega kif jgħix Jivanmukta.
© 2021 C.J. Muscat
230 232
Ekam EkamSat Sat
Jivanmukta Viveka
~ Jaf li hu mbierek u mimli hena fi Brahman ~ L-Upanishad, Dharma Shastra, Purana, Smriti, Bhagavad Gita, kif ukoll il-Yoga Vasishtha jirreferu għall-istat ta’ Jivanmukti. Bil-prattika ta’ Yoga Sadhana, l-aspirant jaċċellera l-bidla tal-manas skont id-direzzjoni li jrid, sabiex ikun fi stat ta’ bhavana samadhi, ta’ ferħ kontinwu. Stat ta’ Jivanmukta jiddependi fuq dixxiplina tal-manas, tal-menti, talmoħħ. Kif tkellimna fil-paġni ta’ qabel, l-attività talmanas hija l-ħsibijiet. Skont l-attività mentali wieħed jista’ jintrabat aktar mal-materjali jew mal-Infinit. Waqt mumenti ta’ meditazzjoni wieħed jitlef is-sens ta’ separazzjoni, jitlef il-jien, jasal għal bhavana samadhi, esperjenza ta’ unità universali. L-individwalità tiġi assorbita fil-konoxxenza universali, Brahman. Il-jivatman jitwaħħad malparamatman. Il-Yoga hi l-għodda prinċipali li persuna jeħtieġ jipprattika sabiex jaċċellera parinama l-bidla u jkollu l-għarfien meħtieġ. L-ideal tal-Yoga hu proprju Jivanmukta, li tgħix fil-preżent etern, meħlus u liberu miż-żmien. Il-Jivanmukta m’għandux konoxxenza personali, iżda konoxxenza li tixhed il-verità, konoxxenza spontanja u luċida. Jivanmukti jgħix f’sadhana kontinwa, jesperjenza bhavana samadhi li tiġi frott tal-prattika citta vritti ħelsien minn kull irbit u xewqat. Persuna li għaraf u esperjenza l-verità jissejjaħ jnani. Jgħix ħajtu mingħajr ebda biża’ la mill-mewt u lanqas mit-twelid. 231 233
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
L-istint għal xewqat ordinarji ġie meħlus u orjentat biss lejn l-Infinit. Bhaja Govindam: lilek biss infittex. Il-manas għaraf id-dharma, li jingħaqad malInfinit. Inħall minn kollox, ħieles minn kull irbit, ħieles minn tamoguna u rajoguna. Ifittex biss unjoni malInfinit. Ma jittallab għal xejn. Ma jitlob xejn. Il-manas ġie trasformat u sar sattviku, liberu minn rajaguna u tamaguna. Bħall-fjuri u l-frott li jinsabu rieqda ġewwa żerriegħa fi stat sattviku, ilkawża intelliġenti tinsab dejjem fil-qalb. Għalkemm Jivanmukta għandu rasu fuq għonqu, iżda ħarstu lejn Brahman. Juża kemm ilmanas (menti) kif ukoll il-ġisem bħala strumenti sabiex iwettaq il-ġid lil kull ħlejqa. Persuna ajnani li m’għarafx il-verità (injorant mill-verità) iħares biss lejn il-ġisem, ifittex biss xewqat għall-ġisem, jidentifika biss mal-ġisem (l-iżball oriġinali). Il-manas ta’ persuna ajnani li m’għarafx ilverità jinsab fi stat tamasiku, mudlam. Il-manas ta’ persuna Jivanmukta dejjem fi stat bilanċjat f’kull ċirkustanza li jinsab fiha. Xejn ma jaffettwah, la dak negattiv u lanqas dak pożittiv. Jivanmukti la jinġarr mill-pjaċiri, lanqas ma jinħakem bin-niket. Dejjem f’bilanċ u fis-skiet f’kull sitwazzjoni li tippreżentalu l-ħajja. Jgħaddi minn fost in-niket u fost il-ferħ, bla ma jitlef il-bilanċ mentali. Igawdi kuntentizza interna anke waqt il-mard u waqt l-uġigħ. Wiċċu jesprimi l-uġigħ tal-ġisem iżda l-menti ħielsa minn kull xewqa u impuls. Ħielsa mill-iċken ħajra lejn oġġetti u pjaċiri li toffri d-dinja tant sabiħa. © 2021 C.J. Muscat
232 234
Ekam EkamSat Sat
Jnani dejjem konxju minn realtà li tidher kif ukoll minn realtà li ma tidhirx. Konxju minn Saguna Brahman kif ukoll minn Nirguna Brahman. Meta l-għajnejn iħarsu lejn oġġett, jiddependu fuq id-dawl tax-xemx. Għalkemm l-oġġett qiegħed hemm, iżda mingħajr id-dawl, il-manas (moħħ) ma jara xejn. Hekk ukoll Jivanmukta, meta jħares lejn id-dinja jara d-dawl ta’ Brahman. Jivanmukta tant hu konxju minn Brahman li f’kollox jara lilu biss. Għalih kollox ħajja waħda, kollox dawl wieħed, kollox verità waħda, kollox Brahman, Hu biss, m’hemmx it-tieni. Jivanmukti jesperjenza biss sens ta’ Universalità. Konoxxenza waħda eterna. Iħares b’għajnejn ċelestjali, mimli bil-grazzja ta’ ferħ li ma jistax jitfisser. Fost diversi kitbiet ta’ Sanatan Dharma nsibu deskrizzjoni ta’ Jivanmukti, stat ħieles u liberu, stat li jkun intlaħaq matul il-ħajja. Jivanmukti. Stat li jibdel in-natural ta’ kif jaġixxi individwu matul ħajtu stess. Il-Veda tagħtina eżempji ta’ kif jgħix fis-soċjetà Jivanmukti. • Jgħix fil-ħajja kuljum, iggwidat mill-għarfien jnanam u mhux mis-sensi biss. Liberu minn kull xewqat. • Sensittiv għall-biża’, imħabba, mibegħda. Suġġett għas-sofferenzi tal-ġisem; iżda qalbu safja daqskemm hu pur l-akasha. • Jipprattika dixxiplini tapasya, yoga, sadhana u oħrajn. • Ma jweġġa’ qatt lill-ebda forma ta’ ħajja ahimsa. Jagħmel it-tajjeb u jgħin lil kulħadd. 233 235
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
• Joffri servizz yagna mill-qalb, bla ma jistenna xejn lura nishkam karma, ħlief il-ġid u l-ferħ ta’ kulħadd. • Dejjem kuntent, kemm meta jiekol mal-kumpanija fil-villaġġi u fl-ibliet kif ukoll waħdu. Ikun tajjeb meta jkun fost bnedmin oħra, kif ukoll meta jkun waħdu fis-skiet man-natura. • Jittratta lil kulħadd l-istess anke lil min jinsultah, min jgħajru u min iweġġgħu. Xejn u ħadd ma jiddisturbah, lest li jgħaddi minn kull saram. • Meta jkun quddiem persuna rrabjata, ma jirrabja xejn. Jirrispondi bil-għaqal u bil-kwiet jew bissilenzju. • Dejjem jgħid u jgħix il-verità anke taħt tortura. Jgħix id-dharma ta’ bniedem tassew, protett middharma. • Ma jistenna qatt, ma jixtieq qatt apprezzament jew tifħir minn xi ħadd. Mhux importanti kif jilbes bħala turija ta’ klassi jew reliġjożità popolari. Għalih l-ilbies hu l-jnanam, l-għarfien hu suprem f’ħajtu. • Dejjem ferrieħi, umli, kuraġġuż, ċar fi ħsibijietu, kollu paċenzja, kliemu meqjus. Jgħix ħajja sempliċi, bi ħsibijiet nobbli. • Persuna Jivanmukta jqis li l-ġisem hu biss strument sabiex jimxi d-dharma ta’ bniedem. Ritwali u ddehra esterna mhux tant ta’ valur. • Jagħraf li ġismu jibqa’ jiffunzjona skont ilprarabdha, skont il-frott tal-passat li hu stess kien żara’ u li qed iwarrad issa fil-preżent. • Jivanmukti jagħraf li s-sofferenzi huma biss talmoħħ u tal-ġisem u mhumiex tal-jivatman (ruħ). © 2021 C.J. Muscat
234 236
Ekam EkamSat Sat
• Jaf ukoll li meta jkun f’samadhi u jagħraf il-verità ma jkunx tant marbut mal-ġisem, iqisu bħal f’ħolma. • Il-Jivanmukta jkun ħieles minn xewqat, jirrinunzja wkoll ’il ġismu, jirrinunzja l-uġigħ, jirrinunzja lmiżerja. Jaf li hu mbierek u mimli hena. Vasile Andru jitkellem dwar l-evoluzzjoni bijoloġika talmoħħ u jsemmi l-possibbiltà li l-bniedem għad jevolvi rraba’ moħħ. Tajjeb nistaqsu jekk il-prattiki tal-yogatapasya li jwettqu s-Sadhu fil-foresti sabiex jaslu fi stat ta’ Jivanmukti, humiex rilevanti u applikabbli għaż-żminijiet meta l-bniedem qed jevolvi aktar lejn bniedem ċibernetiku.
Bhaja Govindam - Fittex biss l-Imgħallem Divin Fit-tmien seklu, wieħed għaref mistiku, Adi Shankaracharya, kien miexi fit-toroq ta’ Kashi. Osserva xwejjaħ mgħobbi bl-età, jgħallem ir-regoli tas-Sanskritt lil xi studenti. Ħass ħniena meta rah jedha f’attività intellettwali li ma sservih għalxejn fl-età tiegħu. Aħjar jimmedita sabiex igawdi ferħ u paċi milli jkisser moħħu bla skop ta’ xejn għal ftit muniti. Shankara osserva li hekk ukoll bosta bnedmin, okkupati bil-pjaċiri senswali, attività intellettwali, jixxennqu għal aktar akkwisti. Kulħadd jiżfen u jaqbeż lejn it-tmiem. Ma jafux għalfejn qed jagħmlu dana kollu tataḥ kiḿ tataḥ kiḿ tataḥ kiḿ tataḥ kiḿ. 235 237
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Shankaracharya nfexx f’għanja Bhaja Govinda, li tiġbor fil-qosor it-tagħlim tal-Vedanta. Ifisser kif naħlu ħajjitna niġru wara xewqat fiergħa u foloz. Jurina l-bluha tagħna u jipprova jeħlisna mixxibka ta’ delużjoni li maqbudin ġo fiha. Din l-għanja fil-bidu kienet tissejjaħ Moha Mudgara, il-martell li jkisser l-injoranza, l-illużjoni. Bhaja Govinda tinkoraġġina nirriflettu u nistaqsu: Għaliex jiena qiegħed hawn? Għaliex għandi kulma rrid iżda m’iniex kuntent? X’inhi l-verità? X’inhu l-iskop ta’ ħajti? Tissejjaħ ‘bhaja’ għax tiġi kantata mit-tfal waqt ittagħlim. It-terminu govinda jfisser fittex il-Veda jew fittex l-Imgħallem Divin. L-iskop ta’ din l-għanja hu li jqajjimna mir-raqda sabiex infittxu l-verità u nersqu aktar lejn Jagadguru, l-Imgħallem Divin. Din l-għanja timbuttana sabiex ma naħlux żmien f’attività trivjali biss. Tinkoraġġina sabiex nagħmlu dixxerniment talħajja. Nitgħallmu niddistingwu bejn dak li hu veru, reali, u dak li hu temporali, jinbidel, falz. Nagħrfu lverità u mhux niġru wara l-fantasiji. Nagħrfu d-dawl u mhux niġġerrew fid-dlam. Jikkonkludi li kull forma t’għarfien avidya hu bla valur, jekk ma tiskoprix min int tassew atmajnana. Shankaracharya jħeġġek tirrealizza kemm qed tgħix fil-bluha, fil-frugħat. Iħeġġek tfittex il-Jagadguru. Tinduna li l-iskop talħajja hu li tfittex titqarreb u titwaħħad mal-Imgħallem Divin minn issa f’din il-ħajja. Għalhekk din l-għanja Bhaja Govinda. Il-kliem użat ferm iniggeż u mhu xejn ġentili, bħal sikkina użata sabiex tqaċċat l-injoranza li tmarrad lil bosta bnedmin u twassal għal ħajja mimlija niket u sofferenzi. © 2021 C.J. Muscat
236 238
Ekam EkamSat Sat
Bhaja Govinda, għanja devozzjonali, bhakti yoga, sabiex tfittex il-Maħbub Divin fuq kollox. Għanja li tgħaqqad il-bhakti marga u l-jnana marga. Tgħaqqad it-triq tad-devozzjoni u t-triq tal-għarfien. Shankara jfaħħar dawn iż-żewġ toroq li jwasslu għallferħ bla qies minn issa f’din il-ħajja. Kull vers hu indirizzat lil mudhamate, il-bluha ta’ moħħi, il-bluha ta’ qalbi. It-terminu mudha jesprimi s-sofferenzi li jirriżultaw mill-injoranza. Għaliex qed tibki? Tqum u torqod tibki, għajnejk juruk id-dinja, ja qalbi meta ser titgħallem? Qum mill-injoranza. Iddur u tagħqad, niket biss issib. M’hemmx triq oħra, ħlief dik li tfittex l-Imgħallem Divin Bhaja Govinda... Bhaja Govinda... Lilek biss infittex.
Siltiet mill-kitbiet tal-Veda Dharma Tajjeb induqu ftit milli jgħidulna l-kitbiet talVeda dwar Brahman, dwar il-bniedem, dwar il-ħolqien u l-univers. Il-kliem ‘int’ u l-kelma ‘jien’ li nsibu f’dawn is-siltiet qed jirreferu għal Brahman. Il-kelma ‘dlam’ fil-Veda tfisser nuqqas ta’ għarfien ajnan; jew aħjar ‘stat ta’ injoranza’: avidya, asat. Il-kelma ‘dawl’ fil-Veda tfisser għarfien jnanam: vidya, sat. Bosta siltiet mill-Veda, kif ser naraw, insibu l-eku tagħhom f’diversi twemmin li ġew ferm wara. 237 239
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Ejjew nifhmu u nirriflettu fuq ġabra ferm ċkejkna ta’ siltiet mill-kitbiet tal-Veda Dharma. Int l-għassies waħdieni tal-univers, tindokra lkreaturi kollha. Tinsab fil-qalb ta’ kulħadd. Int l-għajn li jixorbu minnha r-reliġjonijiet tal-ġnus. Id-dawl talgħerf tiegħek jiddi, m’hemmx jum jew lejl, kollox fik u bik jeżisti. Int biss Hu. Svetasvatara Upanishad X’jimbotta lill-bniedem iwettaq nuqqasijiet, anke mhux b’intenzjoni? Ix-xewqat u r-rabja, l-aktar li jikkunsmawh. Dan hu l-akbar għadu tal-bniedem. Għaraf li dan hu l-ħażen imwettaq fid-dinja minn moħħ il-bniedem. Bhagavad Gita III:36,37 Min għadu m’għarafx il-Verità iżda fiddlamijiet u bis-suppervja jmexxi lill-oħrajn warajh, bilgħamad tiegħu stess, ikun bħal wieħed agħma jmexxi agħmi ieħor, jibqgħu jduru u jduru. Mundaka Upanishad L-għarfien ta’ Brahman, bħal ilma li jaqta’ lgħatx għal dejjem. Chandogya Upanishad Jien id-dawl li jkeċċi d-dlam li jinjora u jostor il-verità. Min ifittex l-għarfien u jsegwi t-triq talVerità, ma jimxix fid-dlam, iżda jagħraf id-dawl ta’ dejjem. Bhagavad Gita, Ch. 10, vs. 11 © 2021 C.J. Muscat
238 240
Ekam EkamSat Sat
Jiena Brahman l-oriġini ta’ kollox, fija jfawwar kollox kif ukoll jirtira kollox. Kollox jinsab fija u fija jirritorna kollox. Bhagavad Gita Ch. 7 Vs. 6, Ch. 10 vs. 20 Jekk persuna jħalli din il-ħajja fi stat ta’ injoranza, bla ma għaraf is-saltna ta’ dejjem, jitlef ilferħ, imut bla ma jilħaq l-għan waħdieni tal-ħajja. Għalhekk jeħtieġ jagħraf is-saltna ta’ Brahman u xejn aktar. Brihadaranyaka Upanishad Il-jivatman, l-iċken fost iż-żrieragħ, iċken minn żerriegħa tal-mustarda. Jinsab fil-warda tal-lotus ġewwa qalbi, ikbar mid-dinja, ikbar mis-smewwiet, ikbar mill-kożmos. Chandogya Upanishad L-għarfien jnanam jinsab mgħotti wara s-siparju tal-injoranza. Għalhekk il-ħlejqiet ma jagħrfunix. Bhagavad Gita V:15 Bħal dak li ma jafx li taħt saqajh hemm midfun taħt l-art teżor tad-deheb, jirfes fuqu u jerġa’ bla qatt isibu. Hekk ukoll il-bnedmin jinsabu fil-belt ta’ Brahman bla qatt ma jindunaw biha. Jinsab moħbi wara l-velu tal-illużjoni. Chandogya Upanishad Il-bieb tal-verità mgħotti b’għatu tad-deheb. Int li tmantnina, illi devot tal-verità, neħħi dak l-għatu, sabiex nara l-verità. Isha Upanishad 239 241
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
L-għorrief, li għarfu li l-Atman hu etern, ma jfittxux dak li jgħaddi. Katha Upanishad Min għadu fid-dlam, jaħdem għall-profitt tiegħu biss. Min għaraf id-dawl, jaħdem għall-ġid ta’ kulħadd, bla ma jaħseb għalih innifsu. Bhagavad Gita Dak li jgħix fis-smewwiet, għamel is-sajjetti d-dar tiegħu. Chandogya Upanishad Setgħani u qawwi... bħal berqa ddamdam fissmewwiet. Katha Upanishad Hekk kif bniedem iwarrab ħwejġu qodma u jilbes ħwejjeġ ġodda, il-jivatman iħalli ġismu u jingħatalu ieħor ġdid. Bhagavad Gita
Id-dinja ta’ Brahman hi dinja ta’ dawl. Brahman hu d-dawl tad-dinja. Chandogya Upanishad
Tliet toroq iwasslu għat-telfa ta’ dejjem: żina, rabja u regħba. Kull min jixxennaq għall-verità, jeħtieġ jirrinunzja dawn it-tliet toroq li jwasslu għal degradazzjoni. Bhagavad Gita
© 2021 C.J. Muscat
240 242
Ekam EkamSat Sat
Meta l-ġisem jiddgħajjef bil-mard u xjuħija, bħal frotta matura tintelaq minn mal-fergħa, hekk ukoll iljivatman ta’ kull bniedem jinħall mill-ġisem talbniedem u jirritorna lura fil-ħajja ta’ dejjem. Taittirya Upanishad Ejjew ninġabru flimkien, nitkellmu flimkien, inkunu fil-paċi flimkien, nitolbu flimkien, ikollna għan wieħed, niddiskutu flimkien, nitgħallmu flimkien, ikollna l-istess xewqa, inkunu qalb waħda, ikollna intenzjoni waħda, flimkien uniti nkunu perfetti. Rig Veda 10.191.2 Il-jivatman ċkejken inqas minn ponta ta’ xagħra, madankollu fih iż-żerriegħa tal-Infinit. Il-jivatman la hu raġel u lanqas mara. Meta jilbes il-forma ta’ ġisem, jieħu l-limiti tal-istess ġisem. Il-jivatman isir bniedem bl-ikel tal-ħajja, bil-ħolm u x-xewqat. Skont l-għemil li jwettaq isir bniedem ġdid. Maitri Upanishad
Siltiet meħudin minn Shiva Purana • Tgħaddi min-niket jew mill-ferħ, qatt tittollera lħażen. • L-imħabba tikber bl-attenzjoni. • Il-ħażen jikber bl-injoranza. • Kollox, anke l-iċken ramla parti mill-univers. • Il-kożmos hekk ukoll, jinsab fl-iċken ramla. • Meta l-jivatman jilbes ġisem, iż-żifna tal-ħajja tibda mill-ewwel. • Meta inti tiżfen, żgur li ma tiżfinx waħdek. 241 243
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
• Sew jekk hu xitan jew anġlu, inqisu ibni, hekk kif nagħraf lilek ukoll. • Kollox responsabbli minnu jiena, għax jien ilħallieq ta’ kollox. • Jeħtieġ titgħallem tkun grat anke meta jitfaċċa lgħawġ, in-niket jew is-sofferenzi. • Ħalli l-esperjenza sseħħ, osserva biss u tara kif kollox jgħaddi. • Xejn ma jista’ jweġġgħek. • Jien ’il fuq mill-mewt u ż-żmien. • Is-suppervja mhix l-għażla tiegħi. • Triqti nimmedita fuq l-univers bl-imħabba. • Kollox jgħaddi. • Tintrabat ma’ xejn.
Atma-vichara
Rajna li l-kelma Atman bis-Sanskritt tfisser xrara minn Brahman. Rajna li Atman bla bidu u bla tmiem bħal paramatman. Rajna li kull individwu hu xrara minn Brahman u għalhekk nirreferu għall‘Atman individwali’ bħala jivatman. Bil-Malti ma nsibu ebda kelma għal Atman u jkollna nużaw il-kelma ruħ (li xejn mhi eżatta). It-terminu vichara bisSanskritt ifisser ħsieb, deliberazzjoni, analiżi. Rajna li vichara ssegwi tliet proċessi ta’ sravana, manana u nididhyasana. It-terminu vichara jimplika l-ħsibijiet li jiġu ġġenerati mill-manas (moħħ). Kif tkellimna f’diversi paġni l-ħajja tal-bniedem tfawwar bilħsibijiet. © 2021 C.J. Muscat
242 244
Ekam EkamSat Sat
Atma Vichara hu proċess intern li jikkonsisti minn manana (tirrifletti), djalogu intern, flimkien malprattika ta’ neti... neti... Ikompli jistaqsi bla waqfien sabiex jiskopri l-veru jien. Il-Veda tgħidilna li hekk kif in-nar jieħu forom differenti skont f’liema materjal jidħol, hekk ukoll Brahman jieħu suriet differenti filwaqt li jibqa’ Wieħed. Jeħtieġ ħafna prattika fil-kwiet atma vichara, sabiex wieħed jibda jkollu aktar għarfien tar-realtà interna tiegħu nnifsu, tal-jivatman. Atma Vichara hi waħda mill-prattiki li tintuża fil-Jnana Yoga. Semmejna l-ħsibijiet, iżda atma vichara tiffoka biss fuq ħsieb wieħed, dak tal-jien li jaħseb il-ħsibijiet loħra kollha. Matul l-irqad kif ukoll matul il-ġurnata, inħarsu lejn il-ħsibijiet kollha ħlief lejn min qed jaħseb! Lanqas biss nafu min hu dak li qed jaħseb. Atma Vichara proprju dan li tipprova tesplora: Jien min jien? Min hu dak li qed jaħseb? Staqsi lil xi ħbieb “Min tgħidu li jien?” X’aktarx isemmu l-familja tiegħek, ix-xogħol li twettaq, l-isem li kienu tawk mattwelid. Ma jaslux biex jgħidu ‘min int’. Il-ħsibijiet mhumiex il-jien. Meta nħarsu lejn ilħsibijiet żgur li ma nindunawx min qed jaħseb. Meta nħarsu lejn il-ħsibijiet, qed noħolqu ostakli li jgħattu ljien, bħal velu li jgħatti l-oġġett. Il-ħsibijiet weħidhom m’għandhomx konoxxenza. Il-jien biss għandu konoxxenza tal-ħsibijiet u tiegħu stess. Il-jien hu ssuġġett, filwaqt li l-ħsibijiet kollha huma biss oġġetti tal-jien. Il-jien hu chit-jada-granthi. Granthi, l-għoqda li torbot il-konoxxenza chit mal-jada, l-elementi materjali. Kulma jeżisti dovut għar-rabta ta’ dawn iż-żewġ forzi li huma opposti finnatura tagħhom. 243 245
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Importanti li nħollu din l-għoqda jekk irridu noħorġu miċ-ċiklu tal-eżistenza materjali skont lgħażliet li nwettqu. Il-Veda titkellem sikwit fuq din lgħoqda li tiddependi fuqha l-eżistenza. Il-bniedem ifixkel il-jivatman, il-jien veru mal-jien magħmul. F’diversi paġni għamilna referenza għal dan l-iżball oriġinali li jwettaq kull individwu kif jitwieled. Ilbniedem nesa li hu tassew - il jivatman u jidentifika mal-oġġett/ġisem li għandu forma u isem namarupa, bħalma għandhom l-oġġetti fl-eżistenza. Din l-għoqda chit jada granthi, hi l-għoqda li torbot il-konoxxenza mal-oġġett materjali. Din hi ttħabbila bejn l-ahamkara u l-jivatman, bejn il-‘jien’ magħmul u l-‘jien’ veru. Atma vichara hu proċess meditattiv, sabiex l-individwu jagħraf din l-għoqda li torbot il-jivatman mal-anatman. Din it-tagħqida sseħħ bil-ħsibijiet biss. Meta ma naħsbux, bħal waqt l-irqad fil-fond, ilħsieb jiskot u l-jien il-falz ma jkunx aktar jeżisti. Bħal kull forma li naraw fil-ħolm, dawn jisparixxu hekk kif inqumu bla qatt ma jeżistu. Rajna fil-paġni ta’ qabel, li t-tliet stati ta’ konoxxenza (qawmien, ħolm u rqad) huma r-realtà talkonoxxenza jien il-jivatman. Dak li mhux l-Atman hu ħlejqa tal-jien falz, ħlejqa tal-anatman. Dak kollu li naraw fil-ħolm hu ħlejqa, immaġinazzjoni, prodott magħmul. Qatt ma narawh fi stat ta’ qawmien matul ilġurnata fil-ħajja. Kulma naraw fil-ħolm huma biss ħlejqiet tranżitorji, ma jeżistux, speċi ta’ thewdin talmoħħ. Il-ħolm u l-ħsibijiet prodotti tal-istess moħħ, talistess jien. Is-sors li qed joħlom u jaħseb hu dak li aħna nirreferu bħala jien. Ngħidu jien kelli ħolma jew jien għaddieli ħsieb. © 2021 C.J. Muscat
244 246
Ekam EkamSat Sat
Dan il-jien, l-ahamkara, li jaħseb u joħlom fl-istess waqt jostor u jaħbi l-veru jien, il-jivatman. Jekk fi stat meditattiv ta’ atma vichara niffukaw biss fuq il-jien u mhux fuq il-ħsibijiet u l-ħolm, ikun possibbli nindunaw li l-Atman hu l-veru jien u mhux ilħsibijiet u l-ħolm. Il-jivatman la hu suġġett għall-ħolm u lanqas għall-ħsibijiet. Atma vichara tgħinna nnaddfu ċ-ċpar tal-ħsibijiet, thewdin u ħolm, sabiex naslu għal darshan esperjenza diretta tal-verità. Għalxejn nispekulaw, il-ħsibijiet prodotti tal-moħħ li hu ferm limitat sabiex jippenetra l-velijiet ta’ maya li jgħattu Nirguna Brahman. Il-moħħ tal-bniedem tant ċkejken li għadu jfittex, idur u jagħqad kullimkien fl-infinità ta’ Saguna Brahman. Intant għalhekk ngħidu li d-dinja sabiħa u eċitanti tant li kemm il-bniedem kif ukoll il-ħlejqiet jagħmlu minn kollox sabiex jgħixu l-ħajja għal dejjem. Brahman tant hu sempliċi fil-kobor, jinsab fil-ħolqien, fid-dinja tant sabiħa, iżda l-bniedem ma jsibux. IlBhagavad Gita tgħidilna li min għandu darshan viżjoni tajba, jara tajjeb. Kif ser tagħraf il-jivatman (il-jien veru) mill-ahamkara (il-jien magħmul)? Tajjeb immorru fil-paġni fejn tkellimna dwar dan l-iżball oriġinali li jwettaq kull bniedem mattwelid. Jinsa l-jien veru, il-jivatman, u jipproġetta jien apparenti sabiex jiggosta l-eżistenza materjali talmoħħ, tal-ġisem u ta’ madwaru. Tant jitqarreb lejn iljien apparenti li jinsa totalment min hu tassew! 245 247
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Semmejna l-eżempju tal-attur li jilbes kostumi differenti fuq il-palk tal-ħajja. Tant jirreċta tajjeb ilparti li jinsa min hu tassaw! Jassoċja mal-atturi sħabu fid-dinja hemm barra u jinsa l-jivatman mgħotti bilvelijiet ta’ maya. Atma vichara meditazzjoni li tfittex il-veru jien. Kull ħsieb jippossedi element essenzjali tal-konoxxenza jien. Għalxejn nużaw il-ħsieb u nfittxu fi ħsieb ieħor. Ma jirnexxilniex niskopru r-realtà essenzjali li hemm f’kull ħsieb. Meta nħarsu lejn ilħsibijiet, bħal meta nħarsu lejn l-istampi fuq l-iskrin. Atma vichara ma tiqafx fuq il-ħsibijiet iżda tipprova tagħraf min qed jaħseb il-ħsibijiet, min qed jipproġetta l-ħsibijiet. Tkompli tistaqsi: Min qed jaħseb? Minn fejn jiġu l-ħsibijiet? Kull azzjoni mwettqa, titwettaq mill-ġisem? Mill-moħħ? Il-jien hu l-ġisem? Jew distint mill-ġisem? Tinduna li kull ħsieb, kull azzjoni jitwettqu mill-jien. Il-moħħ li jaħseb? Lilsien li jitkellem? L-idejn li jiktbu? Jew il-jien? Fejn hu ċ-ċentru li jiġġenera l-ħsibijiet? Fejn hu ċ-ċentru li jwettaq kollox? Atma vichara, prattika li teħtieġ paċenzja, persistenza u fiduċja bla ebda preġudizzji jew biżgħat. Trid tkun qalbieni u mhux beżżiegħ sabiex tipprattika l-Yoga. Meta tippersisti fil-prattika atma vichara, tinduna kemm il-ħsibijiet itappnu l-verità. Bħal sħab li jgħatti x-xemx. Meta l-perċezzjoni tas-sensi u lkonoxxenza interna jitħaddnu flimkien, kull dubju, konflitt, skuża, argument, spekolazzjoni, thewdin u diffikultà jisfumaw fid-dawl tal-konoxxenza.
© 2021 C.J. Muscat
246 248
Ekam EkamSat Sat
Id-dawl tal-konoxxenza tant jiddi li sseħħ ittrasformazzjoni fil-bniedem il-ġdid u tibqa’ tiġġedded aktar u aktar. Waqt mument ta’ samadhi, il-jivatman, xrara ta’ Brahman, jitwaħħad ma’ Brahman. Din esperjenza mistika Saksatkara, ferm diffiċli tiddeskriviha bil-kliem jew bil-kitba. L-aħjar bis-silenzju.
Il-Vedanta applikata fil-ħajja ta’ kuljum Veda Dharma - mod t’għajxien, mod ta’ ħajja. Toffrilek bosta għodod sabiex tisseddaq. Inti responsabbli u liberu tagħraf u tagħżel it-triq li trid filħajja yatha icchasi tatha kuru. Veda Dharma mhix twemmin, ma teskludi l-ebda reliġjon. Kulħadd għandu dritt għall-Verità u d-dmir li jagħraf il-Verità. Bosta jippruvaw jimxu t-triq imdawla tal-verità filwaqt li jkunu impenjati fil-familja u fil-komunità. Dan mhux tant faċli. Uħud jiddeċiedu jirtiraw mill-ħajja ta’ kuljum sabiex jiddedikaw aktar ħin jaqraw, jistudjaw, jipprattikaw, jirriflettu dwar it-tagħlim tal-Vedanta u jimmeditaw. Dan proċess li jħaffef it-trasformazzjoni tant mixtieqa fil-ħajja. Il-Veda tgħidilna li l-aktar importanti għall-bniedem, hu li jagħraf l-iskop talħajja, li jimxi t-triq tad-Dharma. Faċilment li l-moħħ jiġi mfixkel. L-ego ma jagħtihx ċans jirrifletti fil-kwiet. Jippreżentalu xewqa waħda wara l-oħra, jimbuttah iwettaq proġetti sabiex jedha u jżommu okkupat. 247 249
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-Bhagavat Gita tgħidilna li aħjar twettaq dmirek sewwa milli twettaq dak ta’ xi ħaddieħor. Qed tgħidilna li, għalkemm titfixkel xi drabi matul it-triq tas-sewwa, iżda aħjar tkun int innifsek tassew milli tipprova tirreċta l-parti fil-ħajja ta’ xi ħaddieħor. IlVedanta tgħidilna li meta ssegwi d-Dharma tiegħek, tirċievi għajnuna minn ġewwa fik stess. Tiżviluppa għarfien minn ġewwa fik stess. Ħajtek tkun aktar nobbli, aktar sempliċi, kemm lejk innifsek kif ukoll lejn dawk ta’ madwarek. Il-prinċipji tal-Vedanta huma relevanti u applikabbli fid-dinja tal-lum. Jistgħu jwassluk għall-paċi, armonija u għarfien tiegħek innifsek. Il-Vedanta toffrilek diversi għodod sabiex twettaq din il-mixja. Tgħinek tiskopri min hu l-veru jien. Tgħinek li ma tibqax tirreċta liebes diversi kostumi, bħala l-jien falz. Tgħinek li la tqarraq bik innifsek u lanqas b’ħaddieħor. Tgħinek tiskopri min int tassew u tkun int tassew fil-ħajja. • Toffrilek dixxiplini mentali sabiex tkun kalm f’kull sitwazzjoni tal-ħajja. Agħraf liema rwol qed twettaq f’kull mument. Ħu gost wettaq kull parti; daqqa mnikket, daqqa ferħan, darba oħra parti romantika, jew irrabjat. Agħmel distinzjoni bejn ilparti li qed tirreċta fuq il-palk tal-ħajja u min int tassew. Agħraf li dak ir-rwol mhux int. B’hekk jirnexxilek iżżomm iffukat min int tassew u twettaq kollox miċ-ċentru tiegħek stess; il-jivatman josserva kull irwol li qed jirreċta l-jien f’kull mument. Din bil-prattika tal-Yoga. © 2021 C.J. Muscat
248 250
Ekam EkamSat Sat
• Toffrilek dixxiplina tas-sensi sabiex tagħżel x’tieħu mid-dinja ta’ madwarek. It-terminu ahara jfisser ikel, dak kollu li jidħol ġewwa fina minn barra. IlVeda tqis bħala ikel dak kollu li jidħol mhux biss fil-ġisem iżda wkoll fil-menti. Kun konxju mill-ikel li titma’ lill-ġisem u lill-moħħ. Ikel sattviku l-aħjar ikel kemm għall-ġisem kif ukoll għall-moħħ. Kun konxju mhux biss tal-ikel fiżiku, iżda wkoll ta’ kulma tisma’ u tara. Din bil-prattika tal-Pratyahara. • Toffrilek kif tiżviluppa kapaċità li ma tkunx suġġetta għal kull xewqa li d-dinja esterna tipprova tikkonvinċik li għandek bżonn. Il-bniedem ma jgħixx bl-ikel li jiġi minn barra biss. Agħraf ittendenzi sattviki li twilidt bihom. Fittex il-paċi u kuntentizza li jinsabu ġewwa qalbek, apprezza kulm’għandek. Din bil-prattika Vayragya. • Toffrilek abbiltà li tissaporti dak li ma tistax tbiddel u bil-paċenzja tilqa’ kulm’għandu jasal fi triqtek. Din bil-prattika Titiksha. • Toffrilek fiduċja fl-għarfien tat-tagħlim u ta’ min qed jgħallmek il-Veda. Kif ukoll fiduċja fik innifsek. Meta jkollok xi dubju, l-ewwel iddubita lil min qed jiddubita. Staqsi u ibqa’ staqsi bla waqfien. Din bil-prattika neti... neti... 249 251
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
• Toffrilek bilanċ mentali sabiex tkun attent għal dak li qed tfittex. Hekk kif tinduna li qed tiżvija mit-triq, fittex kun attent mill-ġdid fuq l-iskop li qed tfittex. Din bil-prattika ta’ Vicharana. • Toffrilek li tkun fil-preżent, tgħix il-mument t’issa. Il-ħsibijiet joħduna fil-passat u fil-futur bla qatt ma nkunu fil-preżent. Osserva l-ħsibijiet, emozzjonijiet, azzjonijiet u kulma jseħħ madwarek u ġewwa fik stess. Matul il-ġurnata, meta tkun qed taħdem, timxi jew tiekol, ieqaf ftit u staqsi: Min qed jisma’? Min qed jimxi? Min qed jaħdem? Osserva lilek innifsek, kun xhud tal-mument, kun preżenti. Din bil-prattika ta’ Dharana Yoga. • Toffrilek kif tagħmel għażliet int u mhux l-ego jagħmel l-għażliet għalik. Il-ħajja kollha għażliet, lgħażliet kollha ħajja. Meta tħalli l-jien (ego) jagħmel l-għażliet għalik, tagħmel għażliet bissensi aktar milli bil-qalb u l-moħħ. Kun konxju li qed tagħżel bil-għaqal u mhux bil-passjoni. Aħseb b’qalbek sabiex l-għażliet ikunu bl-imħabba u mhux bil-biża’. Meta tagħżel id-dawl u mhux iddlam, l-univers żgur li joffrilek kull għajnuna. Din bil-prattika ta’ Dharma Yoga. • Toffrilek kif issir tagħraf il-veru jien kif ukoll tagħraf il-jien falz. Staqsi: Min jien? Xi rrid f’ħajti? X’inhu l-iskop ta’ ħajti? © 2021 C.J. Muscat
250 252
Ekam EkamSat Sat
Għalfejn għandi nkun grat fil-ħajja? Min qed iwettaq il-ħidma li nagħmel? Staqsi mistoqsijiet qabel ma tibda kull attività, qabel kull meditazzjoni jew meta tkun fil-kwiet. Osserva bla ma tiġġudika jew tiddelibera fuq dak li taħseb. Tinduna bil-veru jien u kif qed tinbidel fil-ħajja. Din bil-prattika ta’ Antarmauna. • Toffrilek kif tinħeles minn kull irbit, minn dak li tistmerr, mill-biżgħat, minn kull mhu falz (asat) u jaħbi l-veru jien il-jivatman. Li tkun marbut, tkun ukoll limitat. Li tkun liberu mix-xewqat, tkun aktar viċin l-Infinit. Li tkun ħieles u mhux marbut, tkun aktar tista’ timxi fit-triq tas-sewwa bla ma tkun imxekkel minn xewqat ta’ pjaċir jew uġigħ fil-ħajja ta’ kuljum. Xewqat jitqanqlu kull ħin, tkunx marbut magħhom. Kun għaref li tinduna kemm l-univers jaf l-aħjar għalik, jipprovdi kulma jkollok bżonn u mhux aktar bla bżonn, afda, la tibżax. Din bil-prattika Karma Yoga. • Toffrilek l-għarfien tal-veru jien (jivatman). L-ego dejjem lest sabiex ifixkel, aktar ma tagħraf lilek innifsek. Aktar ixekklek sabiex tibqa’ mgħammad bid-dlam, aktar tinjora l-verità, aktar tibqa’ flinjoranza. Jeħtieġ titgħallem kif tkun ħsiebek biss fit-triq tal-għarfien jnana yoga. Sabiex tagħmel hekk trid tkun iffukat, attent u fl-istess ħin flessibbli u kalm. Jeħtieġ li tkun viġilanti, mhux emozzjonali iżda matur. 251 253
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Dan ifisser li tkun sod iżda mhux titgħakkes, tkun deċiż bla ma tiġġudika, tkun b’saħħtek bl-umiltà. Meta tidħol f’xi kobba mħawda, ipprattika antarmauna, ieqaf, imtela bil-grazzja u tinduna li ser ikollok opportunitajiet akbar jistennewk. Din bil-prattika ta’ Jnana Yoga. • Toffrilek kif tħalli l-ħsibijiet jgħaddu u mhux jaħkmuk bil-frugħat u t-thewdin tal-moħħ. Turik kif ikollok esperjenza diretta tal-jivatman, tal-veru jien. Il-verità tkun iċ-ċentru fundamentali ta’ ħajtek, fejn l-esperjenzi ta’ barra jkunu integrati mal-esperjenza ta’ ġewwa. Il-limiti tar-realtà tiegħek jinfetħu beraħ. Stabbilixxi mumenti matul il-ġurnata fil-prattika ta’ Sadhana adattata għalik li televak u timliek bil-ferħ u l-enerġija friska. Din bil-prattika ta’ Yoga Sadhana. • Toffrilek xewqa waħda biss, kif titnaddaf millkundizzjonijiet li ħloqt inti stess għalik innifsek. Qabel ma tasal s’hawn, jeħtieġ tagħraf lilek innifsek l-ewwel. Ftakar li dak li tixtieq u titfa’ lattenzjoni fuqu, jisseddaq. Għall-bidu titħawwad xi trid, iżda maż-żmien dak li mhux importanti jiskot u jitlaq il-ħakma fuqek. Din bil-prattika ta’ Moksha Yoga. • Meta sadhaka (aspirant) jinduna min hu l-veru ‘jien’, jesperjenza l-verità. Min jasal f’dan l-istadju, jingħaraf bid-dawl t’għemilu. Ma fadallux il-ħtieġa li jagħżel. L-għemil tiegħu jimxi fit-triq tas-sewwa.
© 2021 C.J. Muscat
252 254
Ekam EkamSat Sat
Ma jistax iweġġa’ lil ħaddieħor u fl-istess waqt li jkun fid-dinja ma jkunx tad-dinja. Din bil-prattika ta’ Ahimsa. • L-aspirant jesperjenza l-unità fil-multipliċità. Laspett femminili u dak maskili jitwaħħdu f’unità waħda. Din bil-prattika ta’ Jnana Yoga Sadhana. • Għalkemm f’din id-dinja ebda bniedem mhu ħieles mill-iżball li wettaq hu stess, iżda fl-istess waqt jista’ jikxef il-velijiet li jostru l-jivatman u jgawdi d-dawl tal-verità eterna. Jeħtieġ biss li twarrab iljien falz u tintreħa fil-verità. Ftakar min int, insa dak li mhux int. Din bil-prattika Ishwarapranidhana. Meta tasal fl-istadju ta’ Sattvapatti, il-Vedanta ma tistax turik aktar. Int hekk ukoll. Tat Tvam Asi.
Om Shanti Shanti Shanti Om 253 255
© 2021 C.J. Muscat
© 2021 C. J. Muscat
It-Tieni Sezzjoni Ġabra ta’ riflessjonijiet, ispirati mill-Veda Dharma
Jalla din il-kitba Ekam Sat ta’ Charles Muscat, tkun tessera oħra fil-mużajk ta’ kitbiet li jfakkru lil ġensna fl-importanza tal-ħajja ġewwinija. Neħtieġu ilħna profetiċi bħal dawn li jċaqilquna mis-superfiċjalità li fiha drajna neżistu. Rev. Dr. Charlò Camilleri, O.Carm
© 2021 C. J. Muscat
Jai Satchitanand C.J.M.
10 ta’ Novembru 2019
© 2021 C. J. Muscat
Ekam Ekam SatSat
Hari Om Tkellimna fil-qosor dwar xi aspetti tal-Veda Dharma. Ċertament li din kienet preżentazzjoni sempliċi għat-teżori tal-Veda. Ser inkomplu nesploraw fil-paġni li jmiss b’riflessjonijiet ispirati mill-ħajja, fid-dawl tal-Veda Dharma. Tajjeb li taqra għanja waħda biss u terġa’ taqraha fil-waqtiet ta’ mistrieħ li ssib matul il-ġurnata. Ikkritika u kompli staqsi bla waqfien. Nittama li tkun ispirat, iżda l-aktar importanti li tipprattika regolarment. Ippruvajt nevita żbalji tal-ortografija, kif ukoll żbalji oħra min-naħa tiegħi. Dan il-ktejjeb għaddejtu għal diversi drabi mill-provi tal-Malti u għalhekk nittama li n-nuqqasijiet huma ftit li xejn. Iddiskutejt ma’ diversi persuni li offrewli kritika sabiex it-tagħlim prattiku tal-Veda jasal bl-aktar mod preċiż u sempliċi għand kull min ifittxu. Nittama li aktar ’il quddiem ikollna kitbiet bil-Malti dwar il-Veda Dharma, ta’ livell aqwa, kemm bħala użu tal-Malti kif ukoll bħala kontenut. Tajjeb li jkunu sempliċi u ta’ interess sabiex jinqraw faċilment. Ħajr lill-ħbieb tal-Veda u lil kull min qed jaqra u japprezza bil-qalb dawn il-kitbiet.
Pranam lil
Manjulla Ac. Satyaparananda Avadhuta, Ac. Sumitrananda Avadhuta, Ac. Siddhiyogananad Avadhuta, Dr Sharma u Dr Varma. Dejjem ispirawni u jibqgħu dejjem ġo qalbi. Grazzi li kontu l-aqwa għalliema tiegħi. 254259
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-Liila tal-Ħolqien It-Tajjeb jinsab f’kollox. Sikwit insibu xi problema. Ġiet għandna b’xi tagħlima. Kawża hemm qabel kull saram. Xejn ma jiġi mix-xejn. Tagħraf il-kawża, tifhem l-effett. Raġuni hemm f’kull niket. Żgur ma ġie minn xejn. Tagħrfu, tifhmu u tfejqu. Din hi l-iskola tal-ħajja. Kollox jinbidel, kollox għaddej. Sakemm il-qalb tinħall. U ssib is-serħan. Din hi l-logħba eterna. Il-Liila tal-Ħolqien. Om Shanti – Shanti – Shanti Om Nerħi nifsi fl-Infinit Jirtiraw il-karmindrija Jirtiraw il-gnanindrija Tirtira ħarsti mill-ispettaklu infinit Nirtira għal ftit mid-dinja Nosserva d-dramm tal-ħajja Nisma’ l-Ħoss Etern Ma’ kullimkien jidwi Niskot u Nirpoża Inrodd nifs barra, nieqaf Nixxennaq nifs tal-Infinit © 2021 C.J. Muscat
255 260
Ekam EkamSat Sat
L-iskop tal-ħajja x’inhu? Tfaċċajna fuq din id-dinja għal ftit żmien. Ħadna sura ta’ bniedem. Skop tal-ħajja wieħed, l-istess komuni għal kulħadd. M’hemmx ħin x’titlef, ma’ kull nifs il-ħajja qed tiqsar. Okkupati sabiex inwettqu opri kbar. Tagħmel x’tagħmel, qed tagħmlu għalik stess. Xi saram jinqala’ kuljum. Insejna l-għan għalfejn ġejna? Kull nifs qed iressaqna sabiex nitilqu minn fejn ġejna. Tisma’ min jistaqsi: Kif qed tgħaddi ż-żmien? Qed naħdem, qed nikteb, qed nibbrawżja, qed ninkwieta, qed nitħawwad. Donnu ż-żmien ma jgħaddi qatt, jew jgħaddi jiġri? Noqtlu l-ħin. Naħlu l-ħin. Ngħaddu ż-żmien. Insejna għalfejn ġejna hawn? Agħmel kulma tixtieq - Yatha icchasi tatha kuru int ser tħallas il-konsegwenzi. Ħafna żmien jinħela fil-lotta għall-akkwisti, filkapriċċi, fil-pjaċiri, fit-tpaċpiċ, fil-fantasiji. Ħalli kollox, irrifletti. Wettaq l-għan waħdieni. Insejna x’inhu? Iż-żmien tant hu ta’ valur fuq din id-dinja. Wara li jitwarrab il-ġisem tisma’ min jgħid Ħalliena! Kemm gawda! Kemm ħabrek! Kemm għamel opri kbar! Kemm ġid ħalla! Min jaf fejn mar? Spiċċa, sar trab. Laħqu l-iskop tal-ħajja? 256 261
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Iljuni maqbudin fil-magħluq
Komunità ta’ ljuni kienet miżmuma f’ġonna żooloġiċi. Kienu azzettati għall-ħajja fil-magħluq. Kellhom jadattaw għax kienu maqbudin u la setgħu jimirħu fil-foresti u lanqas jakkwistaw il-priża bil-ħila tagħhom naturali. Ġabulhom iljun ġuvnott, kollu ħeġġa u qafluh magħhom. Ħass stmerrija għall-ħajja maqfula. Esprima r-rabja li kellu ma’ sħabu. Qalulu li aħjar jinsa u jadatta għall-ħajja fil-jasar. M’hemmx raġuni tgerger għall-ħajja fil-ġonna maqful. L-ikel jasal għandek! L-iljun żagħżugħ kien determinat li jaħrab ’il barra. Ħarstu kienet dejjem fuq iċ-ċint għoli u ħsiebu kien biss jhewden kif ser jeħles mill-jasar u jmur għannaħa ta’ barra. Xejn ma kien jissodisfah f’dawn ilġonna. Sħabu għaddewh biċ-ċajt. Kien isostni li dik mhix ħajtu, iħossu priġunier! Tkun kemm tkun komdu hemm ġew, iżda tibqa’ priġunier. “Irrid naħrab... neti... neti... irrid neħles minn dan il-jasar.” Hekk kien jirrepeti kull ħin u kull mument. Il-bnedmin hekk ukoll, maqbudin fil-ġonna tal-bnedmin. Adattajna għall-ħajja komda, ikel lest, rikkezzi, pjaċiri, xejn ma jonqosna. Insejna l-iskop ewlieni tal-ħajja. Kulħadd jiċċelebra n-niket, imdawrin bil-ġid u bil-ġlied. Kuntenti mbeżżgħin. Jeħtieġ li nkunu bħall-iljun żagħżugħ. Jeħtieġ nirrealizzaw li l-ħajja tkun ħajja billi tagħżel u mhux imjassar bis-sensi u bil-konfużjoni mentali. Jeħtieġ inkunu determinati nilħqu l-iskop suprem tal-ħajja. Li ngħixu d-dharma ta’ veru bnedmin. © 2021 C.J. Muscat
257 262
Ekam EkamSat Sat
Ahimsa
- La toqtolx il-Ħajja Il-Ħajja hi waħda, ferm prezzjuża għalija. Hekk ukoll il-ħajja hi prezzjuża għall-oħrajn ukoll. Jekk ma nqisux il-valur tal-ħajja ndaqs għall-Ħlejqiet kollha, l-iżvilupp tal-umanità jkun ferm diffiċli. Jekk mhux impossibbli. Il-Ħlejqiet kollha għandhom valur fil-ħajja. Għandhom dritt għall-ħajja. Diversi bnedmin qed ijassru u jaħqru bosta ħlejqiet. Qed jeqirdu bosta speċi. L-Umanità ser titlef u tbati l-konsegwenzi. La toqtolx il-Ħajja, tapplika għall-Ħlejqiet kollha. L-Umanità obbligata tirrispetta kull Ħlejqa. Min iħobb in-natura, ma jaħqarx, ma joqtolx. Jekk ma tħobbx l-annimali, kif tista’ tħobb lil bnedmin oħra bħalek innifsek? Meta tħoss is-sofferenzi tal-ħlejqiet ġewwa qalbek, dik hi l-konoxxenza.
Kull min jixtieq isemmen lil ġismu billi jiekol il-laħam ta’ ħlejqiet oħra, jgħix ħajtu fil-miżerja. Mahabharata, Anu. 115.47
258 263
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Sitt bidliet Sitta huma l-bidliet li jrid jgħaddi minnhom kull maħluq. 1. Jitwieled 2. Jeżisti 3. Jiżviluppa 4. Jimmatura 5. Jixjieħ 6. Jintemm Isha Upanishad
Drawwa tajba
L-aħjar li tqum mill-irqad, kmieni qabel is-sebħ. Aħtaf dan il-mument speċjali. Tkun frisk, fil-kwiet u kollox ikun kalm. Ifawwar bl-itjeb tjubija. L-ewwel mumenti jkunu l-aktar mumenti ta’ ferħ. Funtana li tferraħ matul il-jum kollu. Tajjeb li tbakkar, timmedita u tibbilanċja l-enerġija għal matul il-jum. Tinduna kemm dan ikun ferm ta’ fejda. Il-ġurnata tkun ferm aħjar minn tas-soltu. Drawwa tajba li tbakkar filgħodu. Qabel is-Sebħ. Kull filgħodu niffriska moħħi bit-tagħlim tal-Bhagavad Gita... li, meta mqabbla magħha, id-dinja moderna u lletteratura jidhru tant dgħajfa u trivjali. Henry David Thoreau © 2021 C.J. Muscat
259 264
Ekam EkamSat Sat
Dawl dehbi Drawwa tajba malli tqum. Kun konxju min-nifs li ttina l-ħajja. Kun konxju minn dawl dehbi madwarek. Dawl dehbi li ġej mill-kurdun tal-ġuf ta’ Ommna ddinja li sawritna u tipprovdi kollox lil kulħadd. Ikkonoxxi dan id-dawl dehbi. La tinsieh qatt. Imdawwar madwarek jipproteġik u jsostnik. Dawl ta’ enerġija sattvika. Drawwa ta’ prattika qabel kull meditazzjoni. Qabel kull attività u matul kull attività. Xerred dawl dehbi madwarek kull fejn tkun. Il-Vedanta huma l-aktar tagħlim metafiżiku li jdawwal moħħ il-bniedem. Alfred North Whitehead Matematiku Ingliż u filosofu 260 265
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Jirrepeti l-istess żball Kull ħlejqa tissawwar fuq din id-dinja mit-trab tal-art. Hekk kif tissawwar ġarra tal-fuħħar. It-twelid jimmarka l-bidu lejn it-tmiem. Kull maħluq jirrepeti din il-logħba diversi drabi. Jirrepeti l-istess żball. Kull sura tingħata isem. Is-sura ta’ ġisem il-bniedem tingħata isem. Sura glorjuża, torri b’seba’ saffi. Struttura mekkanika ta’ meravilji. Jitfixkel, jissaħħar, jinsa, konvint li hu dal-ġisem. Maħkum mill-biża’ li jitilfu, dal-ġisem. Joħlom li jibqa’ hawn għal dejjem. Ikattar sabiex jibqa’ ħaj fl-ulied. Iħalli opri, marka li hu kien hawn. Jagħmel isem sabiex qatt ma jintesa mill-istorja. Ħarba mir-realtà limitata ta’ din id-dinja. Joħlom b’għajnejh miftuħa li hu dan il-ġisem fantażma. Nesa li jisboq bil-bosta lil dal-ġisem. Jedha jilgħab bil-ġugarell magħmul mit-trab. Jinsa li jeħtieġ ibiddel dal-ġisem li tmermer. Minn kollox jagħmel sat-tmiem, sabiex le jitilfu. In-nifs jitlaq u l-ġarra ssir trab. L-ispazju ta’ ġewwa jitwaħħad ma’ dak ta’ barra. Sarvam khalvidam Brahman © 2021 C.J. Muscat
261 266
Ekam EkamSat Sat
Tensjoni tal-ħajja Parti mit-tensjoni tal-ħajja tinħoloq minna stess. Jiddependi t-tendenza ta’ kif naġixxu. B’mod impulsiv? Aggressiv sabiex naħbu ħtija u naħarbu mir-responsabbiltà? Jew nirrispondu b’mod kalm? L-ewwel tendenza ddaħħalna f’aktar gwaj u taħwid. Jeħtieġ li nikkoreġu t-tendenza li naġixxu b’mod impulsiv sabiex innaqqsu tensjonijiet bla bżonn. Jeħtieġ nikkultivaw it-tieni waħda. Nirrispondu b’mod kalm, irraġunat, nammettu ħtija u noffru soluzzjoni. Il-ħajja tkun aktar sempliċi u faċli għal kulħadd.
Il-moħħ hu riċevitur. Fil-qalb tal-univers jeżisti ċentru li minnu nistgħu nakkwistaw kull għarfien, kull ispirazzjoni, kull saħħa. Ma rnexxilix nippenetra ssigrieti li hemm fil-qalb tal-univers, iżda naf li qegħdin hemm. Nikola Tesla 262 267
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Kollox iseħħ It-twelid iseħħ. It-tfulija sseħħ. Iż-żgħożija sseħħ. Ix-xjuħija sseħħ. It-tmiem ukoll iseħħ. Dak kollu li hu naturali u essenzjali kollu jseħħ minn prakriti. Bla ma nafu kif. Il-Jien jagħmel biss dak li mhux essenzjali. Il-Jien liberu li jagħmel kulma jrid. Yatha icchasi tatha kuru Agħmel kulma tixtieq. Int responsabbli ta’ kulma twettaq. Il-futur tal-jien jinbena skont l-intenzjoni, skont ixxewqat u skont l-għemil tiegħu stess.
Hekk kif min hu nieqes mill-għarfien jintrabat ma’ kull azzjoni li jwettaq, min hu għaref iwettaq kull azzjoni bla ebda rbit. Jixtieq biss il-ġid ta’ kulħadd. Bhagavad Gita 3.25 © 2021 C.J. Muscat
263 268
EkamSat Sat Ekam
Il-leġġenda tas-Siġra Hu mifhum li teżisti siġra antika msoqqija mit-tliet guna. Il-forma ta’ din is-siġra ma tistax tiġi magħrufa f’din id-dinja. Mhux magħruf fejn tibda, fejn tispiċċa jew fejn jinfirxu l-għeruq tal-vritti. Kull min għarafha u rnexxielu jinħeles mill-għeruq tagħha, jgħidu li qatt ma reġa’ ġie lura. Bosta jerġgħu jitfaċċaw bla ħadd ma jaf kif.
Is-Sigrieti tal-Ħajja Jinfetħu beraħ. Ċavetta waħda jeħtieġ tintuża. Jnana Yoga Sadhana.
264 269
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-Ħlejqiet Il-Ħlejqiet huma l-aqwa għalliema. X’inhi l-ħajja tal-bniedem mingħajr l-inqas waħda minn dawn il-ħlejqiet? Dak li nagħmlu mal-iċken ħlejqa jiswa għalina lkoll. Il-ferħ ta’ wieħed hu l-ferħ tagħna lkoll. In-niket ta’ wieħed hu n-niket tagħna lkoll. Dak li nagħmlu mal-inqas wieħed, qed nagħmluh għall-ġid tagħna lkoll. Fostna l-bnedmin jingħad li hekk kif tixtieq isir miegħek, għandek tagħmlu ma’ bnedmin oħra. Prattika sempliċi li għandha tiġi applikata għal kull ħlejqa, anke l-inqas waħda. Jeħtieġ li tinkludi mhux biss il-bnedmin diversi iżda kull xorta ta’ ħolqien.
Ahimsa La toqtolx il-ħajja. Din il-prattika sempliċi tfisser rispett lejn il-ħajja. Il-bniedem mhu xejn mingħajr il-ħlejqiet. Jingħad li min ma jħobbx l-annimali ma jħobbx lill-bnedmin bħalu nnifsu. © 2021 C.J. Muscat
265 270
Ekam EkamSat Sat
Il-Panchatantra
- L-arti kif tgħix bil-għaqal u kif tgħix sewwa It-terminu Panchatantra jikkonsisti minn żewġ kelmiet. Pancha tfisser ħamsa, filwaqt li tantra bisSanskritt tfisser tinseġ. Meħuda mill-għerq tanoti li tfisser tespandi, kif ukoll mill-għerq trayati li tfisser tillibera. Panchatantra huma nisġa ta’ ħames trattati intenzjonati li jespandu l-konoxxenza tal-bniedem u jilliberawh min-nuqqas t’għarfien (injoranza). Kollezzjoni ta’ ħrejjef Indjani li jmorru lura aktar minn mitejn sena Q.K. L-awtur mhux magħruf, iżda ġew attribwiti psewdonimu ta’ Vishnu Sharma kif ukoll ta’ Vasubhaga. Meqjusa bħala letteratura antika tal-Indja, li ntirtet minn tradizzjoni orali. Ġabra ta’ ħrejjef l-aktar tradotti, dwar annimali. Popolari f’diversi pajjiżi fiddinja. Insibuhom taħt ismijiet differenti f’diversi kulturi. Insibu verżjoni ta’ Panchatantra f’kull lingwa li hemm l-Indja. Insibu wkoll aktar minn mitejn verżjoni tal-kitba Panchatantra f’aktar minn ħamsin lingwa mferrxin mad-dinja. Verżjoni waħda waslet lEwropa fil-ħdax-il seklu. Il-Panchatantra maqsuma f’ħames partijiet: 1. 2. 3. 4. 5.
Mitra-bheda Mitra-labha Kakolukiyam Labdhapranasam Apariksitakarakam
kif tispiċċa l-ħbiberija. kif il-ħbieb isiru aktar uniti. gwerra u paċi. telf ta’ qligħ. għemil xejn mistenni.
266 271
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Jintuża metodu allegoriku ta’ narrazzjoni li filletteratura klassika tas-Sanskritt tippredomina nota didattika u nota mqassra. Dan il-metodu jippredomina aktar fil-ħrejjef, fejn insibu riflessjoni ta’ etika u filosofija tal-proverbji bl-abbundanza. Il-Panchatantra hekk huma minsuġin sabiex jgħaddu t-tagħlim morali. Fattur ieħor li jippredomina fil-Panchatantra hu lintroduzzjoni ta’ ħrafa minsuġa fl-isfond ta’ narrattiva waħda. Il-karatteristiċi tal-istorja prinċipali jirrelataw ma’ diversi ħrejjef oħra sabiex isebbħu lil xulxin u jsostnu t-tagħlima li jixtiequ jgħaddu. Dan il-fattur jixbah lill-istruttura li tikkonsisti minn kaxxa ċkejkna li tidħol ġo kaxxa oħra u tibqa’ tirrepeti fi struttura talmeravilji. Il-popli tal-Persja u tas-Sawdi Arabja wkoll adottaw dan il-metodu allegoriku ta’ narrazzjoni filkitbiet tagħhom. Dan id-daqsxejn ta’ ktejjeb li qed taqra, mhux ser jirrakkonta dawn il-ħrejjef. Insemmu biss li l-persunaġġi huma l-annimali, l-aqwa għalliema tal-bniedem. Fil-Panchatantra jiddomina l-umoriżmu misterjuż li jittrasforma s-saltna tal-annimali bl-imġiba tal-bnedmin. Insibu li l-annimali jiddedikaw ħin għallistudju tal-Veda bid-devozzjoni kollha. Jidħlu f’argumenti dwar persuni rishi u persuni qalbiena, dwar argumenti ta’ etika bl-aktar mod aħrax. Ħabta u sabta jitfaċċa karattru ieħor, qattus, bħala medjatur li jispira liż-żewġ litiganti (xadin u għasfur tal-bejt). Ilqattus jispjega fit-tul dwar il-frugħa tal-ħajja u limportanza tal-valuri. Bi kliemu mimli għerf, it-tnejn jisktu u jsiru aktar ħbieb minn qabel.
© 2021 C.J. Muscat
267 272
Ekam EkamSat Sat
In-narraturi tal-Indja għarfu kif jagħmlu użu mill-karattri tal-annimali sabiex jgħaddu tagħlim morali u tagħlim intellettwali. Dawn il-ħrejjef adattati għall-qarrejja ta’ kull età. Saru popolari mhux biss bħala divertiment u tagħlim fittizju, iżda kellhom influwenza fuq letteratura ta’ diversi kulturi. Aħna lbnedmin mingħajr stejjer ma nsibu ebda sens madwarna. Stejjer ikattru stejjer, ħrafa tfakkarna fi ġrajja li għaddejna minnha. Il-karattri tal-annimali filPanchatantra jirrappreżentaw simbolu ta’ persuna. Ngħidu aħna, l-iljun jirrappreżenta re, hekk ukoll xi ġurdien, xadin, qattus jirrappreżentaw bnedmin li jippruvaw jgħixu flimkien. L-istorja ta’ villaġġ, imperu jew komunità tiġi wkoll imfakkra b’dan il-metodu ta’ narrazzjoni. Lannimali diversi jippreżentaw mudelli għall-karattri ta’ bnedmin, l-isem biss ikun differenti. In-narratur ta’ ġewwa wieħed mill-karattri, kif ukoll in-narratur lieħor hemm barra joħloq aktar karattri fost issemmiegħa. Il-karattri t’annimali, bnedmin jew oġġetti, mhumiex marbutin ma’ xi lokalità jew żmien partikolari. Il-ħrejjef tal-Panchatantra ma jirrakkuntawx xi storja fittizja li seħħet, iżda jipproġettaw dak li għad jista’ jseħħ. Il-karattri talannimali u l-għasafar jirrakkuntaw ħrejjef morali b’dimensjoni universali. Ippreżentati bħala esperiment sabiex juru kif jiffunzjona l-bniedem fil-laboratorju tad-dinja. Jissejħu wkoll Pancopakhya, l-arti kif tgħix bil-għaqal u kif tgħix sewwa. Il-preżenza u l-vuċi tannarratur hi ferm importanti sabiex iqanqal l-istorja. Fi żminijiet imbiegħda kien hu li niseġ ir-rikkezzi morali bil-ħajta inviżibbli tal-unità li tant tisħaq fuqha l-Veda Dharma. 268 273
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Hitopadesha
- Parir sabiex tgħix aħjar Hemm xebh bejn il-Hitopadesha u l-Panchatantra. Il-Hitopadesha hi ġabra ta’ ħrejjef Indjani, fejn ilkarattri prinċipali huma l-bnedmin kif ukoll l-annimali. Tiġbor qwiel, kliem il-għerf u tixbah lill-Panchatantra. L-aktar trattat eżistenti maħsub li nkiteb fit-tnax-il seklu, x’aktarx minn Narayan. Kien poeta fil-qorti ta’ Bengali, bejn is-sena 800 u 950 w.k. Insibu wkoll manuskritt tal-Hitopadesha tan-Nepal li nkiteb flerbatax-il seklu. Insemmu xi kwotazzjonijiet li nsibu fil-Hitopadesha: • Iż-żgħożija, ġid, rikkezzi, nuqqas ta’ esperjenza, kull waħda minn dawn jistgħu jwasslu għal rovina. Meta persuna jkollha l-erbgħa f’salt, x’jista’ jkun ilġejjieni ta’ ħajjitha? • Meta tħoss il-periklu, tkun allarmat sakemm ilperiklu jersaq viċin tiegħek. Meta joqrob ferm viċin jeħtieġ li topponi bil-kuraġġ kollu. • Min ikun t’għajnuna waqt mumenti diffiċli, jitqies daqs wieħed ta’ ġewwa, anke jekk ikun barrani. Min ikun tal-familja, u jkun ta’ tfixkil, jitqies barrani. Xi marda li tkun ġewwa l-ġisem, titqies perikoluża. Xi pjanta mediċinali li tkun barra filforesta, tista’ ssalvalna ħajjitna. • Meta nkunu viċin persuna li twettaq il-ħażen, la tkunx għadu tagħha u lanqas ħabib tagħha. Il-faħam jaħarqek meta jkun jaħraq, meta jkun kiesaħ, iħammiġlek idejk.
© 2021 C.J. Muscat
269 274
Ekam EkamSat Sat
• M’hemmx għalfejn tgħajjat bħar-ragħad fil-ħarifa. Min hu għaref qatt ma jperreċ is-suċċessi jew diżappunti tal-oħrajn. • Min hu intelliġenti jiddedika ħin jistudja jew japprezza jaqra xi poeżija. Min le, jaħli l-ħin filgħażż, vizzji ħżiena jew jargumenta. • Il-kliem ħelu li jikkonvinċi ta’ persuni makakki, joħloq biss biża’. Qisu fjuri li jwarrad barra minn żmienu. • Meta jmissek il-gwaj, tibda tifhem u tapprezza aktar lil martek, lil qrabatek u lilek innifsek. • L-aġir u l-kliem ta’ persuna li tnassas, ma jaqbel xejn mal-kliem li tgħid. L-oppost huma persuni ġusti. Kostanti dejjem fil-mod kif jaħsbu, jitkellmu u jaġixxu. • Kull min jidħol ġo darek, jeħtieġ ikun milqugħ tajjeb, sew jekk ikun żgħir fl-età, adult jew anzjan. Il-mistieden jistħoqq li jkun rispettat minn kulħadd. • Il-ġid imur għand min ikun iljun u bieżel fost ilbnedmin. Nies b’intenzjoni xejn tajba, jgħidu li lġid jasal għand min hu ffortunat. Id-destin tegħlbu billi tħabbrek u taħdem. Lil min ser tagħti ħtija jekk ma tirnexxix? • Meta tagħti jixrob il-ħalib lis-serp, iżżidlu aktar ilvelenu. Hekk ukoll parir, meta jingħata lil wieħed xejn bil-għaqal, jaggrava s-sitwazzjoni u mhux iġib il-paċi. • Min hu għaqli għandu jfittex il-ġid u l-għerf daqslikieku ser jgħix għal dejjem. Għandu jipprattika prinċipji morali, daqslikieku l-mewt ħatfitu minn xagħru. 270 275
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Għożż tajjeb dan il-jum Sat Qis dan il-jum bħalaEkam l-aħħar jum ta’ ħajtek. Mument qasir mimli b’kull realtà fl-eżistenza tiegħek. Għożż tajjeb dan il-jum Il-ferħ li qed tikber. Il-ħeġġa twettaq, il-milja Qis li danqed il-jum bħala l-aħħar jum ta’tas-sbuħija. ħajtek. MumentIlbieraħ qasir mimli b’kull realtà fl-eżistenza għadda bħal ħolma.tiegħek. Il-ferħ li qed tikber. Għada xewqa ta’ tas-sbuħija. stennija. Il-ħeġġa għadu li qed twettaq, il-milja ħolma. Qis liIlbieraħ tgħixgħadda tajjebbħal dan il-jum. Għada għadu xewqa ta’ stennija. Sabiex ilbieraħ jibqa’ ħolma sabiħa. Qis li tgħix tajjeb dan il-jum. Għada jkun viżjoni ta’sabiħa. tama. Sabiex ilbieraħ jibqa’ ħolma Għada jkun viżjoni ta’ tama. Għożż tajjeb dan il-jum.
Għożż tajjeb dan il-jum.
Int ħlejqa tal-paċi
Int ħlejqa tal-paċi
M’hemmx għalfejn tiġġerra sabiex tħossok kuntent. Int ħlejqa tal-paċi. M’hemmx għalfejn Metatiġġerra trid u kull sabiex fejn tkun, tħossok kuntent. tista’ tirtira mill-ħsejjes ta’ barra Int ħlejqa tal-paċi. u mill-ħsejjes ta’ ġewwa. MetaIdħol triddaħla u kull fejn tkun, fik innifsek. Tindunatirtira li l-paċimill-ħsejjes tinsab fis-saltnata’ ta’ qalbek. tista’ barra Tkellem bil-qalb mal-qalb ta’ kulħadd. u mill-ħsejjes ta’ ġewwa. Bla ma tlissen kelma waħda. Idħol Int daħla innifsek. ħlejqafik tal-paċi.
Tinduna li l-paċi tinsab fis-saltna ta’ qalbek. 271 Tkellem bil-qalb mal-qalb ta’ kulħadd. Bla ma tlissen kelma waħda. Int ħlejqa tal-paċi. © 2021 C.J. Muscat
271 276
Ekam EkamSat Sat
Il-Prana hi l-Ħajja Il-ġisem ta’ kull maħluq jeħtieġ il-prana, l-enerġija vitali, sabiex jiċċaqlaq. Bla prana, bla ħajja, il-ġisem ikun bla użu ta’ xejn; Ekam Sat jitwarrab. Magna mingħajr elettriku ma jkollha Għożż tajjeb dan il-jum użu ta’ xejn. Il-prana, il-ħajja, waħda l-istess f’kull maħluq. Qis dan il-jum bħala l-aħħar jum ta’ ħajtek. L-għajnejn qatt ma rawha, bla forma u bla kulur. Mument qasir mimli b’kull realtà fl-eżistenza tiegħek. Qiegħda fl-ajru Il-ferħ li qed kullimkien? tikber. Il-ħeġġa li qed twettaq, il-milja tas-sbuħija. Inviżibbli u tieħu l-forma? Ilbieraħ għadda bħal ħolma. Il-materja tiġi mill-ħajja? Il-ħajja tiġi mill-materja? Għada għadu xewqa ta’ stennija. Tissawwar?QisTinħoloq mill-arja? li tgħix tajjeb dan il-jum. Mix-xejn? Min jonfoħ Sabiex in-nifs? Min jonfoħ tal-ħajja? ilbieraħ jibqa’ ħolmail-prana sabiħa. Għada jkun viżjoni ta’ tama. Ikkoltiva l-ħajja. Ikkoltiva l-prana. Għożż tajjeb dan il-jum. La toqtolx il-ħajja.
Tajjeb li tagħmel it-tajjeb
Taħbix teżori f’qalbek Int ħlejqabil-biża’ tal-paċi li jiġu misruqa. Qassam, kull esperjenza lil min jitlobha. M’hemmx kull għalfejn tiġġerra sabiex tħossok Qassam tagħlim lil kull minkuntent. ifittex. Int ħlejqa tal-paċi. Mhux sabiex takkwista, tistenna xejn lura. Meta trid u kull fejn tkun, Aktar ta’ valur li tagħti, milli tistenna li tirċievi. tista’ tirtira mill-ħsejjes ta’ barra Tajjeb li tagħmel it-tajjeb. u mill-ħsejjes ta’ ġewwa. Hekk Idħol daħlajagħmlu fik innifsek. s-siġar, u l-ward. Tinduna li l-paċiix-xtieli tinsab fis-saltna ta’ qalbek. Tkellem bil-qalb mal-qalb ta’ kulħadd. Bla ma tlissen kelma waħda. xejn popolari: “Ħadd ma jagħmel Int ħlejqa tal-paċi.
Saret aktar għal xejn.” L-individwalità bbażata fuq il-jien-issmu. L-ewwel jien u li nagħmel sabiex nakkwista jien. 271 L-imħabba donnha qed issir relazzjoni fis-sħab. 272 277
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Niddistingwu Talba, karba, xewqa, waħda wara l-oħra. Bosta jitolbu bilwieqfa, oħrajn fuq l-irkupptejn. Iqumu, ipoġġu, iduru, isellmu, itellgħu l-idejn ’il fuq. Il-moħħ jikkontrolla kull ċaqliqa. Donnu żiemel, jiċċaqlaq bla kwiet qatt. Jitlob elf xewqa, talb bla ma jsib kwiet qatt. Noħolmu, nitolbu, irridu aktar ġid, flus, setgħa. Nitolbu li jinħafer lilna, ninħelsu minn kull tiġrib. Jitbiegħed minna l-kalċi li mlejna bin-niket u nsejna. Il-moħħ jitferrex u jimraħ bil-ħsibijiet jiġru. Iħufu wara fantasiji, xewqat maħluqa bla bżonn mill-jien magħmul bniedem. Il-ġisem jitkagħweġ, jiżfen skont ir-rieda tal-ħsieb mitluf. Ritwali li drajna rridu aktar sal-mument tat-tluq. Wara li nitilqu nistennew premju għal kulma wettaq il-jien. Nixtiequ nerġgħu niġu sabiex nerġgħu nibdew. Mhux faċli li l-moħħ jinġabar, jitnaddaf sabiex niddistingwu Il-ħolm ta’ binhar mill-ħolm ta’ billejl.
© 2021 C.J. Muscat
273 278
Ekam EkamSat Sat
Dawwar ħarstek ’il ġewwa Idħol daħla fik innifsek. Hekk kienet tgħidli ommi. Fil-ħemda u l-kwiet ta’ ġewwa fik, ’il bogħod mill-ħsejjes tal-madwar, għandek issib teżori bla qies. Fis-silenzju jdubu kull xewqat, diżappunti u niket. Meta ddawwar ħarstek ’il ġewwa tistrieħ fl-ispazju infinit tal-qalb issib serħan, paċi, ferħ, għarfien imdawwal tal-verità.
Il-moħħ jinfetaħ u l-qalb tistrieħ F’rasna ndeffsu kull forma ta’ ħsieb. Kull biċċa informazzjoni, naħsbu li twassalna għat-tgawdija u l-kuntentizza. Rasna timtela thewdin, dubji, biża’, suspetti. Il-ħsieb jagħmlek. Il-ħsieb jeqirdek. Memorji ta’ niket itaqqlu l-moħħ. Xewqat antiki bla kwiet iħawduk. Ir-ras timtela bit-tama u tistenna futur aħjar. Min jaf x’qed jistennieni? Iskot ftit. Aħjar tgħarbel kollox u tiżbarazza. Tħalli spazju għall-ġdid u l-kreattiv. Il-moħħ jinfetaħ u l-qalb tistrieħ. 274 279
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Talba waħda biss Ikun imwettaq kulma trid Int. Jiena żgur li Int taf X’inhu l-aħjar għalija. Nafda fik. Ħajja Sempliċi
Ħsibijiet Nobbli
Ekam evadvitiyam Brahman.
Għalik ukoll Ipprova kun twajjeb. Mhux għall-fama u ċ-ċapċip, biex tħossok kbir. Tista’ tkun kbir bla ma tkun twajjeb? Li tkun twajjeb fis-skiet Tkun twajjeb tassew. Li tkun sempliċi fit-tjubija tiegħek. Tajjeb li tkun sieket bil-kobor tiegħek. Tiftaħar xejn b’li tkun wettaqt. It-tajjeb li tagħmel jiswa għal kulħadd. Għalik ukoll.
© 2021 C.J. Muscat
275 280
Ekam EkamSat Sat
Il-Ħajja tkun ħajja bl-imħabba Ix-xemx tferra’ r-raġġi lil kull ħlejqa bla ebda distinzjoni ta’ xejn. Ix-xemx verament li tħobb. Bla ebda differenzi. Bla ma tistenna xejn. Bla ma teskludi xejn. L-imħabba tferra’ r-raġġi tagħha billi tisma’ – taċċetta – tgħin – taħfer – Bla ebda preferenzi. Bla ebda paraguni. Bla ebda preġudizzji. Bla ma tistenna xejn. Bla ma tippretendi xejn. L-imħabba li tfittex u tippretendi mhix imħabba iżda forma ta’ akkwist, forma ta’ sagrifiċċju, forma ta’ tpartit, forma ta’ negozju. Tiegħi tiegħi – Tiegħek tiegħek. L-imħabba li tagħżel – lil dak iva, lil dik le, li tistenna tirċievi lura, li tagħmel b’sagrifiċċju, li ma tagħmel xejn għalxejn ~ din imħabba? Il-Ħajja mingħajr imħabba titfarrak, tispiċċa, titħassar, titkisser. Il-Ħajja tkun ħajja bl-imħabba. 276 281
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Inħallu lil kulħadd jiġi għandna Kuljum ilaqqagħna ma’ xi persuni ġodda. Kull filgħodu jitfaċċaw persuni differenti. Min skifuż, min ferrieħi, min imnikket. Inkunu dejjem lesti nħallu lil kulħadd jersaq għandna. Inkunu dejjem lesti li noffru wens lil dak li ġie viċin tagħna jfittex il-mistrieħ. Nirrikonoxxu fuq kollox, viżitaturi li jaqilgħu xi diffikultà jew inkwiet. Kull għawġ nilqgħuh fil-bieb ta’ barra bi tbissima. Nittrattaw kull għawġ bil-għaqal u bil-kuraġġ. Inżommu qalbna miftuħa u ppreparata. Mimlija xewqat tajba għal kulħadd l-istess. Nifhmu tajjeb l-iskop taż-żjara tiegħu. Inkunu grati għal kull min jiġi viċin għax żgur li għandu xi messaġġ kif ukoll xi tagħlim siewi għalina. Xejn le ninfixel kemm fin-niket kif ukoll fil-ferħ. Inħallu lil kulħadd jiġi għandna.
Jeħtieġ nimmeditaw
sakemm nindunaw bid-dawl tal-verità ~ satyam bit-tjubija tal-verità ~ shivam bis-sbuħija tal-verità ~ sundaram Satyam – Shivam – Sundaram Dawl – Tjubija – Sbuħija Tal-Verità © 2021 C.J. Muscat
277 282
Ekam EkamSat Sat
Faċli li tinduna
b’xi żball. Pronti nkunu biex nikkritikaw. Aħjar inkun attent li ma nkunx inqast jiena wkoll. Ħafna aħjar li ninduna malajr bit-tajjeb fl-oħrajn. Neħodha drawwa li pront inkun sabiex napprezza. Bla ma nperreċ u nredden fuq in-nuqqasijiet tal-oħrajn. Xi tajjeb hemm f’kulħadd. Nitgħallem għandi minn kulħadd. Nindunaw fejn wasalna fil-mixja ta’ triq is-sewwa, skont kemm naraw inqas difetti fl-oħrajn. Aktar ma nkunu fil-paċi, inqas naraw difetti fl-oħrajn.
Nibdew mill-ġdid
L-istorja ta’ kull maħluq l-istess. Nitwieldu bit-timbru data tat-tmiem. Fid-dinja ħajjitna bħal ħolma sabiħa mżewqa bil-mewġ ta’ dmugħ in-niket u l-uġigħ tal-qalb. Ninsew kollox u nibdew mill-ġdid l-istorja ta’ kollox. Dinja tant fertili, ħlejqiet jitfaċċaw kull ħin u kullimkien. L-istorja l-istess tirrepeti ċiklu wara ieħor. Bidu ġdid, warajh it-tmiem, bidu ġdid. Id-dinja tant sabiħa. Nixtiequ nerġgħu niġu. Tgħid veru nerġgħu niġu? Ninsew kollox u nibdew mill-ġdid. 278 283
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
It-Tifel u s-siġra tat-tuffieħ Kien hemm siġra tat-tuffieħ f’nofs t’għalqa. Tfajjel ċkejken kien imur jilgħab madwar is-siġra kuljum. Kien ukoll jitla’ fuq is-siġra u jiekol xi tuffieħa, jieħu xi nagħsa fid-dell tagħha. Kien iħobb issiġra u s-siġra kienet ferm tieħu gost tilgħab miegħu. Għaddew is-snin u t-tfajjel kiber u ma baqax imur jilgħab madwar is-siġra. Darba fettillu jmur viċin issiġra, kien jidher ferm imnikket. “Ejja nilagħbu,” talbitu s-siġra. “Issa kbirt u m’għadnix nilgħab mas-siġar. Issa rrid ġugarelli. Neħtieġ il-flus sabiex nixtri.” Is-siġra ferm iddispjaċuta qaltlu li m’għandhiex flus. “Iġbor it-tuffieħ kollu u mur biegħu. Ikollok ilflus li teħtieġ.” Hekk għamel il-ġuvnott. Ħataf ittuffieħ kollu u telaq. Qatt ma ġie lura aktar. Is-siġra tnikktet. Għaddew is-snin u s-siġra ratu ġej, bil-ferħ talbitu “Ejja nilagħbu.” Kien sar raġel, qallha, “M’għandix ħin biex nilgħab. Jeħtieġ naħdem għall-familja. Neħtieġ dar, kif tista’ tgħinni?” © 2021 C.J. Muscat
279 284
Ekam EkamSat Sat
Xtaqet tkun t’għajnuna u qaltlu, “Dar m’għandix, aqta’ l-friegħi u z-zkuk li għandi biex tibni d-dar tiegħek.” Malajr kien pront qata’ kollox u s-siġra ratu sejjer kollu ferħan. Qatt ma reġa’ lura. Kien is-sajf. Is-siġra mnikkta waħedha tistenna, ratu ġej, biex jistkenn taħt il-friegħi tagħha, qaltlu bilferħ, “Ejja nilagħbu.” Ir-raġel kien wisq għajjien, talabha, “Għandek xi dgħajsa?” Xtaq imur fuq il-baħar jiddeverti ftit. Is-siġra kkonfonduta qaltlu, “Dgħajsa m’għandix, ħu z-zokk il-kbir tiegħi, sabiex tibni dgħajsa.” Ir-raġel isserra z-zokk u telaq sabiex jibni d-dgħajsa. Mar ibaħħar u qatt ma ġie lura. Qatt ma ġie lura għal bosta snin. Wara ħafna u ħafna snin ratu ġej. Kollha mnikkta s-siġra qaltlu, “Jiddispjaċini m’għandix aktar x’nagħtik, xejn tuffieħ ma fadalli.” Ir-raġel: “Issa lanqas snien ma fadalli biex niekol ittuffieħ.” 280 285
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Is-siġra mnikkta qaltlu, “Lanqas friegħi sabiex titla’ tilgħab fuqi.” Ir-raġel irrisponda: “Issa xjaħt wisq u ma nistax nitla’ żgur.” Is-siġra mnikkta qaltlu, “Lanqas zokk m’għandi, sabiex inti tistrieħ miegħi... xejn x’noffrilek... ħlief l-għeruq li qegħdin imutu...” Imnikket wieġeb: “Xejn m’għandi bżonn, ħlief post sabiex nistrieħ.” Kollha ferħ qaltlu: “Tajjeb wisq, għeruq niexfa u rotob ferm komdi, ejja strieħ, ejja, ejja fi ħdani u strieħ.” Hu poġġa fuq l-għeruq. Is-siġra ferħana bid-dmugħ, tbissmet.
© 2021 C.J. Muscat
281 286
Ekam EkamSat Sat
Fil-mumenti ta’ Sadhana Din in-naħa tar-realtà apparenti, tant sabiħa, mimlija attività bla waqfien. Wied ta’ niket, kollox jinbidel. Fil-mumenti ta’ Sadhana Fis-skiet Ngħaddu minn realtà apparenti Saguna Brahman għal Nirguna Brahman Realtà Permanenti. Kollox HU L-iskop ewlieni tal-Veda hu li wieħed ifittex il-Verità mhux biss fid-dinja ta’ barra iżda ġewwa fih stess.
282 287
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Iż-żejjed imbidded Ikel żejjed tagħbija żejda. Il-ġisem bħal karettun, aktar ma tgħabbih aktar jitqal. Il-moħħ jimtela bl-ikel tal-ħsibijiet. Timla rasek daqs qartalla. Ikel bil-qies u b’għażla intelliġenti. Aħjar inqas ikel u aktar nifs. Ikel mejjet mimli wġigħ, dan tagħżlu għax trid int. Jirvilla l-palat, jinbela’ l-vittma biċċiet, jindifen ġewwa fik, jieħu x-xebh ta’ ġismek. Ikel bla għaqal vizzju, ibati l-ġisem, ibati l-moħħ. Ikel bil-għaqal virtù, jissaħħaħ il-ġisem, jisseddaq il-moħħ. Ikel mix-xemx, jagħtik ħeġġa u ħajja. L-ikel bil-qies u bin-nifs hu sostenn, duwa tal-ġisem, duwa tal-moħħ. Fittex ikel, frott id-dawl, frott ix-xemx. Imkabbar mid-dawl. Preparat bl-imħabba. Imbierek bid-dawl. Imbierek bil-ħajja.
© 2021 C.J. Muscat
283 288
Ekam EkamSat Sat
Il-Ħajja Nifs Qaddis Tista’ tħares lejn il-ħajja bħala lotta bla nifs. Tqatta’ ħajtek bl-argumenti u bil-ġlied. Taqbida għall-ħakma? Kontroll? Setgħa? Kollox misluf, kollox trid tħalli warajk. Tista’ tħares lejn il-ħajja b’aktar għaqal. Bl-argumenti l-verità tintilef. Tkellem bil-kwiet, kun pożittiv, offri soluzzjoni. Bil-paċenzja, kollox iseħħ f’waqtu. Kun ta’ għajnuna għal kulħadd. Tnejn biex tisma’ tajjeb u wieħed biex titkellem ftit. Ħares ’il quddiem b’entużjażmu u b’ċertezza li kollox iseħħ kif għandu jseħħ. Wettaq dak li hu meħtieġ fil-preżent t’issa, bil-qalb u bla ma tistenna xejn. Li jseħħ għada skont ma twettaq illum b’idejk. Imxi t-triq tad-dharma. Id-dharma tipproteġik. Ħares lejn il-Ħajja bħala Nifs Qaddis.
284 289
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Strieħ fuq l-art ħanina Ikun ferm tajjeb li xi drabi tkun bħal Ċkejken. Taqbeż – Tilgħab – Tkanta Bla ebda xewqat xejn. Apprezza l-ħajja sakemm qiegħed hawn. Kultant tajjeb terħi kollox. Taħseb xejn. Tixtieq xejn. Tinkwieta xejn. Tagħmel xejn. Titkellem xejn. Strieħ fuq l-art ħanina. Vishva-Daaniim Id-dinja tipprovdi kollox. Kull forma ta’ ħajja tiddependi fuqha. Strieħ fil-Ġuf ta’ Dejjem.
Xejn ġdid Tiftakar xi ftit jew ħafna milli għamilt fil-passat. Tinduna kemm nirrepetu l-istess azzjonijiet. Bla ma nistaqsu l-iskop x’inhu u għaliex. Infittxu xi attività differenti sabiex nedhew, inkunu aktar kuntenti. Iżda xorta niddejqu nirrepetu l-istess. Xejn ġdid. Xejn ma jissodisfana. Ninsew ħafna milli nkunu għamilna. Ninsew il-passat u lanqas m’għandna ħjiel tal-futur. Il-ħajja tal-bniedem ktieb tat-taħbil il-moħħ. Xejn ġdid kemm fin-niket kif ukoll fil-ferħ. © 2021 C.J. Muscat
285 290
Ekam EkamSat Sat
Dejjem jixxennaq
Il-moħħ, jixxennaq sabiex jingħaqad mar-realtà, li s-sensi jaraw fl-oġġetti tad-dinja. Itiegħem sabiex jirċievi dak li tant jixxennaq. Iżda l-unjoni le ma sseħħ. Dejjem jitlob, jixxennaq għall-ħajja ta’ dejjem. Il-ġisem tas-suġġett u l-ġisem tal-oġġett jippreżentaw ostaklu ta’ separazzjoni. Dan jien, dan tiegħi. Dak int, dak tiegħek. Ix-xewqa għall-unjoni qatt ma tispiċċa. Il-ħajja tal-jien, hekk hi. Jakkwista sigurtà, jakkwista pjaċiri, jakkwista fama. Qatt kuntent – Jitlob aktar. Jixtieq aktar – Qatt komplut. Dejjem jixxennaq.
Fid-dinja ssaltan il-paċi Tajjeb li l-qalb tkun miftuħa, għat-tajjeb li hemm f’kull qalb oħra, bla ma tfittex differenzi. Twemmin li jeskludi, joħloq firdiet, biżgħat, titfarrak il-paċi kif tixhed l-istorja u jista’ jara kulħadd. Twemmin fil-Ħajja jnissel paċi, fiduċja, għaqda fil-qalb ta’ kulħadd. Fid-dinja ssaltan il-paċi meta tkun fil-qlub ta’ kulħadd. Om – Shanti – Shanti – Shanti – Om 286 291
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Tfittex soluzzjoni Ir-realtà fiha kemm negattiv kif ukoll pożittiv. Li tkun pożittiv anke f’sitwazzjoni diffiċli ma jfissirx li qed tippretendi li kollox sew. Tfisser li qed tagħmel għażla pożittiva li dik ilproblema jew sitwazzjoni diffiċli hi sfida. Sabiex tfittex soluzzjoni. Kull problema u sitwazzjoni diffiċli fiha stess hemm soluzzjoni. Tippruvax taħrab jew twarrab jew teħles min-niket li jitfaċċa. L-avventura tal-ħajja hi li tagħraf l-isfidi u ssib soluzzjoni.
Tfewwaħ lil kulħadd Il-qalb bħal fjura. Jeħtieġ li tinfetaħ sabiex terħi l-fwieħa. Il-kwalitajiet sbieħ u l-virtujiet huma l-fwieħa tal-qalb li meta tinfetaħ tfewwaħ lil kulħadd madwarha. Tkellem bil-qalb mal-qalb ta’ kulħadd. Bla ma tlissen xejn.
© 2021 C.J. Muscat
287 292
Ekam EkamSat Sat
Satyam Shivam Sundaram
- filosofija tal-ħajja fi tliet kelmiet Il-Veda toffri fi tliet kelmiet biss, filosofija tal-ħajja lill-popli ta’ kull twemmin u diversità. Satyam ~ Verità Shivam ~ Tjubija Sundaram ~ Sbuħija Li nfittxu Sundaram, is-sbuħija tal-ħajja, hi parti min-natura prakriti, niftakru biss li din tiġi mhux qabel Shivam, it-Tjubija. Li nfittxu t-Tjubija tal-ħajja, niftakru biss li din tiġi mhux qabel Satyam, il-Verità. Għalhekk il-Veda tgħidilna “Tkellem il-Verità. Tkellem it-Tajjeb. Qatt tgħid nofs verità sabiex tidher ħelu.” Hekk nesperjenzaw u nesprimu l-ħajja fiżikament, intellettwalment, emozzjonalment, moralment bl-aktar mod sempliċi u nobbli. Fil-Veda niltaqgħu mal-kelma Brahman tiġbor tliet aspetti. Asti – eżistenza, Bhaati – tista’ tkun magħrufa, Priyam – tagħti l-ferħ. Il-filosofija tal-ħajja miġbura fi tliet kelmiet. ~ Satyam Shivam Sundaram ~ Il-Ħajja hi espressjoni ta’ Brahman. Il-Ħajja hi esperjenza tal-Ħolqien. 288 293
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Il-Jien u l-Atman
Il-jien jidentifika mal-ġisem. Jagħmel distinzjoni bejn il-jien u dak li mhux jien. Jagħmel distinzjoni sabiex il-jien ikollu identità partikolari. Ikollu opportunità li jesperjenza pjaċir, niket, sofferenzi, dubji, argumenti, ferħ, differenzi u firdiet. Id-distanza bejn il-jien u l-Atman hi tali skont l-irbit u x-xewqat mad-dinja, li jinbidlu kontinwament. Ftit ferm huma dawk li jindunaw, jixxennqu sabiex jesperjenzaw il-glorja, it-tjubija tal-Atman. Aham Brahmasi Ir-Realtà Unittiva. L-Unità fid-Diversità. Meta l-jien ifittex l-għaqda, ikun hemm unità f’kollox. Meta l-jien ifittex id-differenzi, jinbtu l-firdiet.
Ħadd m’għandu jsofri Sarve’tra sukhinah bhavantu sarve santu nira’maya’h; sarve bhadra’n’i pashyantu na kashcid duhkhama’pnuya’t. Kulħadd ikun ferħan. Kulħadd ikun bl-ebda mard. Kulħadd iħares lejn is-sabiħ ta’ kollox. Ħadd m’għandu jsofri jew ikun mgħakkes. © 2021 C.J. Muscat
289 294
Ekam EkamSat Sat
L-esperjenzi tal-ħajja jixbhu lis-sentenzi; għandhom tmiem bit-tikka. Osserva għal mument l-ispazju wara t-tikka qabel jibda ħsieb ieħor ġdid. L-ispazju bejn ħsieb u ieħor, jagħtik tikka spazju frisk. Ħsieb u spazju, jipproġettaw ir-realtà hekk kif kull individwu jara rrealtà hemm barra. Il-girlanda ta’ ħsibijiet flimkien mal-ispazji huma l-ingredjenti naturali li jagħtu togħma ta’ kreattività lill-ħajja. Skont il-kwalitajiet u lproporzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ fatturi tkun ir-realtà ta’ kull wieħed u waħda minna. Aktar ma tikkultiva ħsibijiet sattviki, aktar il-ħajja tkun sabiħa. Aktar ma tikkultiva ħsibijiet tamasiki, aktar il-ħajja tkun imtappna. Inti m’intix midneb, tgħidilna l-Vedanta, inti żbaljajt. Tgħidilna li l-akbar żball hu li tqis lilek innifsek dgħajjef, li int midneb, li int miżerabbli, li int fidil. Il-ħajja bħal ktieb li għandu bidu u tmiem. Ilkonklużjoni tiġbor kulma nkiteb fuq il-paġni ta’ qabel. Kollox iseħħ skont kulma ktibt int. X’sar qabel jintesa. Dejjem nixxennqu għall-paġni li jmiss. L-istorja tkompli fuq il-ktieb li jmiss. Bil-prattika, il-moħħ jinfetaħ u jiffjorixxi. Meta l-moħħ jitgħallem jiskot. Fis-silenzju tisseddaq il-paċi. Sabiex ikollok il-kwiet ta’ ġewwa, naqqas mitthewdin, xewqat u ħsejjes tal-ħsibijiet. Afda lilek innifsek. Afda lill-oħrajn. Afda lill-ħajja. Tibda tara l-ħajja b’għajnejn ġodda, tisma’ l-Vuċi Suprema. Bil-prattika, il-moħħ jinfetaħ u jiffjorixxi. 290 295
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Tama u Entużjażmu Bla ma nindunaw, x’aktarx inkunu aktar negattivi milli pożittivi waqt xi konverżazzjoni. Tant issir drawwa li nkunu negattivi, li niżviluppaw attitudni negattiva lejn il-ħajja. Tajjeb inkunu konxji li waqt li qed naħsbu u nitkellmu nkunu aktar pożittivi anke f’sitwazzjonijiet diffiċli. Jeħtieġ li wieħed jagħmel sforz u jibdel l-atteġġjament negattiv għal wieħed realista. Dak li hu, hu. B’hekk tapprezza l-ħajja aktar. Iseħħ tant tajjeb fil-ħajja li lanqas biss nindunaw. Meta nkunu pożittivi noħolqu ambjent aktar b’saħħtu u mimli tama għall-futur tant li jaffettwa lil ta’ madwarna bil-ferħ. Li tibdel ħarstek mid-dlam għad-dawl tissarraf f’Tama u Entużjażmu.
© 2021 C.J. Muscat
291 296
Ekam EkamSat Sat
Skont ma taħseb, tkun Bix-xogħol veru li tista’ tegħja. Iżda li jfarrkek hu l-ħsieb. Waqt kull attività żomm ħarstek fuq li qed tagħmel. Tħallix il-ħsibijiet jiġru ’l hemm u ’l hawn. Meta jitferrxu, tintilef fil-ħsibijiet, tispiċċa mfarrak u għajjien. Il-ħsieb jagħmlek dak li int. Il-ħsieb jista’ wkoll ikissrek. Il-moħħ, jaf kemm jaf, qatt mhu ser isolvi l-problemi tal-ħajja, tas-sofferenzi u lanqas tal-mewt. Waqt kull attività, iffoka fuq dak li qed tagħmel biss. Ħalli l-ħsibijiet jiffjorixxu fil-kwiet. Il-ġisem ikun mistrieħ ukoll waqt il-ħidma. Mhux ix-xogħol li jgħajjina, iżda l-kwalità ta’ ħsibijiet. Skont ma taħseb, tara r-realtà.
292 297
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Ftit mumenti Matul il-ħajja niltaqgħu ma’ mumenti li jkidduna. Inħossuna miżerabbli. Għajjenin mentalment u fiżikament. Ngħixu u naħdmu kontra r-riħ aħrax li jitfaċċa madwarna. L-irwiefen tal-ħsibijiet jonfħu dubji u biżgħat. Lejl u nhar ivenvnu bla waqfien. Il-qalb tbati, il-moħħ jitħawwad. In-nifs jonqos, l-organi jiddgħajfu. Ftit mumenti ta’ meditazzjoni l-qilla tal-ħsibijiet itaffu. Ftit mumenti ta’ meditazzjoni kuljum isaħħuna. Inkunu aktar armati sabiex negħlbu l-isfidi tal-ħajja li nsibu fi triqitna. L-ansjetà tonqos, u nsibu aktar soluzzjonijiet. It-thewdin jonqos, u jitfaċċaw toroq ġodda. Il-biżgħat jonqsu u jkollna aktar kuraġġ. Id-dgħufija tonqos u jkollna aktar saħħa. Ftit mumenti ta’ meditazzjoni kuljum l-aħjar għażla sabiex ngħixu l-ħajja.
© 2021 C.J. Muscat
293 298
Ekam EkamSat Sat
Jirriflettu Waqt mumenti ta’ meditazzjoni, jitfaċċaw ħsibijiet ta’ kull xorta, kemm ta’ ferħ kif ukoll ta’ niket. Nosservaw kull ħsieb u nħalluh għaddej wieħed wara l-ieħor. Il-moħħ jirvilla u jqajjem maltempata ta’ ħsibijiet antiki bla rażan, bħal żwiemel bla kontroll. Nosservaw l-ispazju bejn ħsieb u ieħor. Il-ħsibijiet, bħal qtajja’ ta’ tajr li jgħaddu fl-ajru u xejn ma jiġi disturbat. Opportunità sabiex inxettlu ħażna ta’ ħsibijiet ċari. Hekk jonqsu ħsibijiet distruttivi. Bil-prattika regolari tal-meditazzjoni nnaddfu l-manas minn kull thewdin u tberrin. Meta l-meditazzjoni ssir drawwa b’saħħitha, tinħaraq is-sikrana ta’ ħsibijiet qerrieda. Bħal meta nnaddfu xi lampa sabiex inħallu d-dawl talfjamma jkeċċi d-dlamijiet. Meta ssir drawwa regolari, il-manas ikun aktar luċidu, pożittiv u ħieles. Jirrifletti l-ħsibijiet bħal mera nadifa l-vera immaġni universali.
294 299
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Inxettlu biss ħsibijiet tajba Meta nxettlu xi intenzjoni tajba jeħtieġ li nsaqqu kuljum bil-ħsieb dik ix-xewqa. Insostnu l-istess xewqa; hekk kif id-dawl tax-xemx isostni lil xitla li qed tnebbet. Aktar ma nikkultivaw ħsibijiet nodfa u ġusti, dawn jissaħħu u ħarsithom titla’ ’l fuq lejn id-dawl. Kemm hu importanti li nxettlu biss ħsibijiet tajba u utli għalina kif ukoll għall-ġid ta’ kulħadd. Persuna li qalbu mimlija ostilità, jagħraf dinja ostili. Persuna li qalbu mimlija mħabba, jagħraf dinja mimlija mħabba. Ma’ kull persuna li tiltaqa’, tagħraf l-immaġni tiegħek stess. Tat Tvam Asi
© 2021 C.J. Muscat
295 300
Ekam EkamSat Sat
Tvam-Eva Maataa त्वमेव माता च पिता त्वमेव । त्वमेव ब्धश्ु च सखा त्वमेव ।
त्वमेव पवद्या द्रपवणम ् त्वमेव । त्वमेव सवगम ् मम दे व दे व ॥
Tvam-Eva Maataa Ca Pitaa Tvam-Eva | Tvam-Eva Bandhush-Cha Sakhaa Tvam-Eva | Tvam-Eva Viidyaa Dravinnam Tvam-Eva | Tvam-Eva Sarvam Mama Deva Deva || Inti l-veru Ommi – Inti l-veru Missieri | Inti l-veru l-eqreb tiegħi – Int l-akbar ħabib tiegħi | Inti l-veru tagħlim suprem tiegħi – Inti l-veru ġid tiegħi | Inti l-veru kollox tiegħi | Inti l-veru Wieħed – m’hemmx ieħor ħliefek. ||
296 301
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Kollox jinbidel Fil-qalb ta’ diversi reliġjonijiet, insibu aspett komuni. Konxji mis-sitwazzjoni normali tal-umanità tul iż-żminijiet. Kull reliġjon tagħraf li fil-ħajja kollox jinbidel. Minkejja diversi żviluppi u avvanzi li jseħħu, jew li għad iridu jseħħu: kollox jinbidel. Kull reliġjon toffri twemmin u rimedji differenti. Tul iż-żminijiet ippruvat timmansa l-popli. Ippruvat toffri l-aħjar twemmin. Offrew rigali ta’ tgawdija fil-ħajja ta’ wara. Offrew twerwir tal-biża’ wkoll. Fost l-umanità hemm min jibni u hemm min iħott. Lotta perpetwa. Sitwazzjoni normali li titbandal bejn il-ferħ u n-niket. Aktar jidher jiżdied it-taħwid, il-mard, id-dubji, il-kaos. Popli bil-biża’ jaħarbu minn pajjiż għal pajjiż ieħor bit-tama li jakkwistaw sigurtà u futur komdu. L-umanità tasal sabiex tirreaġixxi b’modi diversi ta’ ansjetà, suspetti, vjolenza. Umanità maħkuma mill-biża’. Maħkuma bil-kilba għall-akkwist, kontroll u setgħa. Tisfrutta kull ħlejqa u kull parti ta’ din il-pjaneta. Kollox jinbidel.
© 2021 C.J. Muscat
297 302
Ekam EkamSat Sat
Il-Ħajja hi waħda Il-ħlejqiet jiddependu wieħed mal-ieħor. Kull individwu jiddependi wieħed fuq l-ieħor. Sakemm ikun ħaj, jeħtieġ jitgħallem jaffronta l-ibħra mqallba ta’ madwaru u ta’ ġewwa fih stess. Is-sitwazzjoni normali tal-umanità tidher ser taggrava. Tant aggravat li nistgħu nqisuha kundizzjoni normali tal-umanità. Diversi tradizzjonijiet u kulturi jittamaw li xi darba sseħħ bidla. Min isejħilha ħelsien minn kull tbatija, min isejħilha salvazzjoni, min isejħilha qawmien middlam. Jeħtieġ li ssir fil-qalb ta’ kull persuna. Jeħtieġ li ssib it-tajjeb li diġà hemm ġewwa fik. Jeħtieġ li dak ittajjeb jinfetaħ. Jinfetaħ meta ssir bidla fundamentali fil-konoxxenza. L-iżball oriġinali hu li nagħrfu biss dak li jidher barra, nagħrfu biss Saguna Brahman, irrealtà apparenti. Insejna l-eżistenza pura li qiegħda filqalb ta’ kull persuna. Insejna Nirguna Brahman, irrealtà permanenti. Il-bidla sseħħ meta tinduna li l-ħajja hi waħda komuni, universali. Meta tapprezza l-ħajja, tirrispetta l-ħajja, ma toqtolx il-ħajja. Il-bnedmin ma jkollhom ebda paċi sakemm iwettqu l-qtil tal-ħlejqiet ħajjin madwarhom. Meta tastjeni tweġġa’ u taħqar bil-kliem jew bl-għemil. Meta kull individwu jirrealizza li l-ħajja hi waħda u l-istess fil-ħolqien kollu, tibda tinħass ilPreżenza Divina tal-Ħajja. Kull forma ta’ ħajja hi espressa l-istess f’kull ħlejqa, f’kull persuna. Meta jseħħ dan l-għarfien, l-individwu jirrispetta u jħobb verament. Agħraf li f’kull forma ta’ ħajja, hemm komuni espressa l-istess preżenza divina tal-ħajja. Jeħtieġ bidla fil-konoxxenza kollettiva tal-umanità. Min iħobb jgħix għal dejjem. 298 303
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Darshan Viżjoni fl-ispazju infinit tal-qalb. Matul iż-żminijiet, kienu bosta li staqsew x’inhu l-iskop tal-ħajja. Fittxew it-triq tal-verità. Iffurmaw strutturi tal-ħsieb, inkitbu duttrini, dommi, kitbiet ferm tajba, ta’ għajnuna prattika. Fejn ma laħaqx moħħ il-bniedem, baqa’ misteru. Matul iż-żminijiet imbiegħda, l-għorrief tal-Vedanta osservaw li s-sensi huma limitati u difettużi. Osservaw li din it-tfittxija teħtieġ għodda differenti mill-ħsieb. Is-sensi jħarsu ’l barra u għalhekk il-bnedmin jaraw biss id-dinja esterna, dinja ta’ duwalità. Realtà apparenti, li donnha tidher vera, tinbidel u ma tibqax vera. ~ Mitya ~ Trasformazzjoni kreattiva kontinwa. ~ Sundaram ~ Realtà apparenti, li tinbidel kontinwament. Waqt mumenti ta’ meditazzjoni, l-għorrief Rishi sabu l-verità għal diversi mistoqsijiet. X’inhi l-ħajja? Għalfejn neżistu? Fejn ser naslu? Min jordna n-niket u l-ferħ tal-ħajja? Il-verità qiegħda ġewwa fina lkoll. Dawwar ħarstek ’il ġewwa. Darshan Viżjoni fl-ispazju infinit tal-qalb. © 2021 C.J. Muscat
299 304
Ekam EkamSat Sat
Kollox espressjoni ta’ Satyam Kulm’hu possibbli jiġi magħruf bis-sensi; kull oġġett li hu viżibbli madwarna, kollox hu espressjoni ta’ Satyam. Kulma jeżisti ma jistax jeżisti mingħajr Satyam. Jimmultiplika f’diversi forom tal-ħames elementi Pancha Tanmatra. Il-ħames elementi l-aktar sattviki li kontinwament jikkombinaw bejniethom u jieħdu ħames forom. Pancha Mahabhuta. Il-ħames elementi li jiffurmaw il-kożmos. Akash - Spazju Vayu - Arja Agni - Nar Jala - Ilma Prithvi - Art Relatati mal-ħames organi ta’ perċezzjoni. Shabda – Sparsha – Roopa – Rasa – Gnadha Tisma’ – Tħoss – Tara – Ittiegħem – Ixxomm Il-bniedem hu mikrokożmu, mudell ċkejken tal-univers bla tarf.
300 305
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
Din hi r-realtà tal-bniedem? It-teknoloġija qiegħda tagħti kontribut lissoċjetà u toffri riżultati effikaċi. Żdiedu l-bżonnijiet, konsum bil-ħela, sistemi ta’ informazzjoni għallmassa, kollox lest, kemm tordna, tikkonsma u tarmi. L-iskop tal-ħajja jitqies x’ser takkwista biex tgawdi matul ħajtek qabel it-tmiem. Sistemi bbażati fuq mudelli ta’ kompetittività u individwaliżmu. Nakkomodaw il-ħażin u t-tajjeb inqisuh skadut. Kulħadd flimkien, iżolat għal rasu, li nagħmel għalija. Insibu ukoll persuni sinċieri. L-importanti li nsir popolari, nakkwista status, nieħu pjaċir, nakkumula ħafna ġid, nikkmanda jien. Dan l-atteġġjament jirrifletti ċar fis-soċjetà li qiegħda titfaċċa fid-dinja kuljum. Soċjetà mfawra bl-informazzjoni, akkwisti, suċċessi, diżappunti, niket, biża’, suspetti, argumenti u dubji dwar kollox. Tellieqa sfrenata tal-jien, bla kwiet u bl-inkwiet. Veru li jeżistu persuni sinċieri, jippruvaw jagħmlu mill-aħjar. Ir-realtà tal-bniedem saret artifiċjali. Il-bniedem qed jittama fl-intelliġenza artifiċjali. Relazzjonijiet dubjużi, kollox fis-sħab, ikel modifikat, donnu kollox tossiku, xejn ġenwin. Din hi r-realtà tal-bniedem? Umanità orjentata lejn inċertezzi u dubji aktar milli lejn il-Verità?
Meta tħoss is-sofferenzi tal-ħlejqiet ġewwa qalbek, dik hi l-konoxxenza. Bhagavad Gita © 2021 C.J. Muscat
301 306
Ekam EkamSat Sat
Vijnana yoga – Il-Yoga tal-Għerf – Bhagavad Gita Kap. 7.3 manusyanam sahasresu kascid yatati siddhaye yatatam api siddhanam kascin mam vetti tattvatah Shri Krishna Minn fost eluf ta’ bnedmin, ikun hemm wieħed li jipprova jħabrek u jfittex it-triq tas-sewwa u perfezzjoni. Fost dawk il-ftit li jippruvaw, bilkemm wieħed jagħrafni. Shri Krishna Fost il-bnedmin insibu bosta gradi differenti. Minn ħafna eluf, wieħed jinteressah ikun jaf il-verità. Normalment il-bnedmin okkupati jissodisfaw ilbżonnijiet bażiċi, l-ikel, l-irqad, il-familja, bħallkumplament
tal-ħlejqiet
jinteressahom
jistaqsu,
kollha. ifittxu
u
Ftit
ferm
jesperjenzaw
direttament il-verità. 302 307
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
L-għażla f’idejk Insibu fil-Malti diversi espressjonijiet ‘il-moħħ kollox’ kif ukoll ‘il-ħsieb jagħmlek, il-ħsieb jeqirdek’ u oħrajn li jiddeskrivu l-effett tal-moħħ fuq kif jaġixxi lbniedem, kif ukoll fuq is-saħħa tal-ġisem. Meta l-bniedem ikun konxju u f’armonija mal-moħħ, ngħidu li dan hu stat ta’ unjoni, stat ta’ Yoga. Meta l-moħħ jikkmanda lbniedem, ngħidu ‘dak moħħu jikkmandah’, dan hu stat xejn bilanċjat, ‘kif jiftillu fil-mument’ stat xejn ordinat. Sri Sri Ravi Shankar jgħidilna li meta l-moħħ jikkontrolla lbniedem, din Bhoga. Meta l-bniedem jikkontrolla l-moħħ, din Yoga. ✓ Bil-Yoga l-ħajja tkun aktar ibbilanċjata u interessanti. Il-persuna tisseddaq b’dak li tkun żergħet hi stess. Bil-Bhoga l-ħajja tkun aktarx imħawda u diffiċli. Jaħsad li jkun żera’ hu stess. ✓ Bil-Yoga wieħed jerfa’ kull responsabbiltà tiegħu nnifsu, jipprattika sabiex itejjeb ħajtu. Bil-Bhoga wieħed jittraskura u jirrendi lilu nnifsu vittma tal-istess mod ta’ ħajja li għażel hu stess. Meta jogħdos fil-qiegħ, jitfa’ t-tort fuq is-soċjetà jew fuq xi entità ħażina. It-triq tal-Bhoga tgħidlek: imxi mal-kotra, ħawwad kif jagħmel kulħadd. ✓ It-triq tal-Yoga tgħidlek: jeħtieġ tipprattika, ikun tajjeb għalik stess, ippersisti bil-kuraġġ u rrispetta bl-imħabba lil kulħadd. Il-Bhagavad Gita tgħidilna: Inti biss l-aqwa ħabib tiegħek innifsek. Inti biss l-akbar għadu tiegħek innifsek.
© 2021 C.J. Muscat
303 308
Ekam EkamSat Sat
Id-Dinja familja waħda Il-President tal-Indja, Narendra Modi, ikkwota din ilfrażi mill-Maha Upanishad waqt il-Festival Kulturali tad-Dinja: वसुधैव कुटुम्बकम ् VASUDHAIVA KUTUMBAKAM Maha Upanishad Din il-persuna qariba tiegħi u dak barrani. Jgħid min għandu l-għamad quddiem għajnejh. Min għaraf il-verità jaf li d-dinja kollha hi familja waħda. Maha Upanishad
Il-Veda tawgura lill-umanità tal-bnedmin bħala familja waħda
universali
sabiex
flimkien
ingawdu,
napprezzaw, nipparteċipaw u nirrispettaw il-meravilja kreattiva tal-Ħajja għal dejjem.
304 309
© 2021 C.J. Muscat
Ekam EkamSat Sat
O Bniedem Xorti kbira inti għandek Sura ta’ bniedem inti wasalt Ftakar dejjem l-għan ta’ ħajtek Jekk insejt, staqsi lil xi ħadd Mhux għax hekk jgħidu Idħol ġewwa qalbek Agħraf int stess waqt mumenti Ta’ skiet u paċi Ixrob il-verità Isker fil-verità Intreħa fil-verità Iżra’ l-verità Bil-ferħ qassam il-verità Tistenna xejn Int magħmul bniedem. Wettaq kollox skont Id-Dharma ta’ bniedem. Hekk int tkun tassew bniedem. OM – Shanti – Shanti – Shanti – OM
© 2021 C.J. Muscat
305 310
It-Tielet Sezzjoni Ġabra ta’ informazzjoni addizzjonali
DanGħad il-ktieb huwa fil-Melitensia. Mill-fond ta’ mill-Veda Dharma! fermkapulavur x’nitgħallmu fadal qalbi nħeġġeġ kemm nista’ nies li jaqraw dan il-monument, JaiIl-bqija, Satchitanand issa fil-kelma Maltija. gawdu dan il-ġmiel imsaħħar fis-skiet u l-ħemda fejn jitkellem u jgħajtilna l-ispirtu. U C.J.M. dak li ġie l-bieraħ l-lum. Nifraħlek Charles. Ġabrajibqa’ ta’ informazzjoni addizzjonali
It-Tielet Sezzjoni
Karl Borg
Għad fadal ferm x’nitgħallmu mill-Veda Dharma!
10Jai ta’ Satchitanand Novembru 2019
C.J.M.
10 ta’ Novembru 2019
© 2021 C. J. Muscat
© 2021 C. J. Muscat
Ekam Sat Ekam Sat
Il-Yoga rigal tal-Indja lill-Umanità Il-Yoga oriġinat mill-Indja aktar minn ħamest elef sena ilu u tferrxet fost l-umanità bl-aktar mod spontanju u naturali. Tikkonsisti minn sistema li tiġbor dak kollu li jseddaq lill-bniedem fuq kull livell, fiżiku, psikiku, emozzjonali kif ukoll traxxendentali. Insibu aktar minn dixxiplina waħda fil-Yoga, iżda l-aktar li saret familjari fost il-popli tad-dinja tissejjaħ il-Hatha Yoga. Matul iż-żminijiet bdew jitfaċċaw varjazzjonijiet tal-Yoga li ngħataw ismijiet differenti sabiex jirriflettu l-laqta individwali ta’ min ħawwarhom jew il-laqta partikolari tal-kultura fejn qed jiġu applikati. Illum wieħed jista’ jattendi għall-korsijiet talYoga mxerrdin mad-dinja kollha. Malta wkoll insibu li kien hawn Ċentru tal-Yoga f’Tigné bejn is-sena 1983 sal-1999. Miljuni ta’ persuni mad-dinja kollha qed japplikaw il-Yoga fil-ħajja ta’ kuljum, fl-iskejjel, filpostijiet tax-xogħol, f’ċentri ta’ riabilitazzjoni, terapija fiżika, terapija mentali. Insibu wkoll li matul iżżminijiet, xi individwi applikaw il-Yoga fil-ħajja reliġjuża li jħaddnu fuq bażi personali.
306 313
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Ekam Sat
Il-Veda tinkoraġġik issegwi d-Dharma tiegħek, tirrispetta t-twemmin tiegħek, tirrispetta u taċċetta kull reliġjon. Il-Yoga hi fenomenu li jiffjorixxi mill-qalb tal-bnedmin b’mod spontanju u naturali. Ma nsibu ebda fundatur u lanqas bżonn ta’ struttura. Il-Yoga mhix xi sistema ta’ twemmin, tinkludi lil kulħadd u ma teskludi lil ħadd. Dixxiplina u gwida sabiex tgawdi l-ħajja billi tevita d-dgħufija kemm tal-ġisem (mard) u kif ukoll tal-manas (ansjetà). Il-Yoga tikkultiva l-unità interna u l-unità kollettiva fis-soċjetà u fost l-umanità. Il-Yoga hi esperjenza personali kif ukoll esperjenza f’komunità għall-ġid tal-akbar numru ta’ persuni. Mhux faċli li waħdek tapprofondixxi l-metodi applikati sempliċement mill-internet, kotba jew rivisti. It-tradizzjoni titlob li l-Yoga tkun mgħallma minn acharya jew avadhuta. Fit-tradizzjoni tal-Yoga tissejjaħ ir-relazzjoni bejn l-imgħallem tal-Yoga u min qed ifittex sabiex jitgħallem il-Yoga. Min jgħallem il-Yoga ma jistenna xejn lura, ħlief il-ġid u l-benefiċċji tal-persuna li talbitu sabiex jitgħallem.
307 © 2021 C.J. Muscat
314
Ekam Sat Ekam Sat
Il-Jum Internazzjonali tal-Yoga Il-Prim Ministru tal-Indja Narendra Modi kien introduċa l-Jum tal-Yoga fid-diskors tiegħu lillUNGA, fis-27 ta’ Settembru 2014. Il-Yoga hi rigal tal-Indja sa minn żminijiet imbiegħda, ta’ valur imprezzabbli. Tikkombina l-Unità bejn il-moħħ u l-ġisem; bejn il-ħsieb u l-azzjoni; bejn il-milja tassodisfazzjon u r-rażan; armonija bejn ilbniedem u n-natura, metodu komplut ta’ saħħa u modi ta’ benesseri. Il-Yoga ma tfissirx eżerċizzju iżda mod ta’ kif tiskopri sens ta’ unità fik innifsek, unità maddinja u man-natura. Il-Yoga ġġib bidla filmod kif ngħixu, insiru aktar konxji u ntejbu ħajjitna għall-aħjar. Ejja nfakkru l-Jum Internazzjonali tal-Yoga, sabiex individwi kif ukoll popli sħaħ jagħżlu ħajja aktar b’saħħitha u jsegwu sistemi t’għajxien aktar ta’ benefiċċju għas-saħħa.
308 315
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Ekam Sat
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) kienet appoġġjat din il-proposta. L-abbozz tarriżoluzzjoni kien ġie ffirmat minn 175 pajjiż. InNazzjonijiet Uniti rrikonoxxiet il-Yoga fuq livell mondjali fil-11 ta’ Diċembru 2014 u ġie stabbilit li l21 ta’ Ġunju għandu jkun il-Jum Internazzjonali talYoga,
iċċelebrat
minn
bosta
pajjiżi
fid-dinja
(riżoluzzjoni Stati Uniti 69/131). L-iskop tal-Jum Internazzjonali tal-Yoga hu li jinkoraġġixxi
l-prattika
tal-Yoga
u
l-benefiċċji
individwali, soċjali u internazzjonali fost il-pajjiżi u lkulturi tad-dinja. Il-Jum tal-Yoga jiġi mfakkar hawn Malta mill-Ambaxxata tal-Indja.
Il-Yoga hi ta’ benefiċċju għal kull min jixtieq l-aħjar f’ħajtu. Għandha tiġi pprattikata f’diversi oqsma hawn Malta.
309 © 2021 C.J. Muscat
316
Ekam Sat Ekam Sat
Kelmtejn tal-Għeluq
Matul is-snin, ġejna f’kuntatt ma’ żgħażagħ minn pajjiżi differenti kif ukoll ma’ bosta żgħażagħ Maltin li xtaqu jitgħallmu l-Yoga. Studjajna, tgħallimna u pprattikajna l-Yoga flimkien. Bejn is-sena 1981 sal-1999, tajna kontribut fil-prattika tal-Yoga lill-mijiet ta’ persuni li attendew fiċ-Ċentru tal-Yoga (YOC). Ġew viżitaturi u għalliema minn diversi kulturi, l-aktar mill-Indja, ilĠermanja, Franza, l-Italja, l-Ingilterra, Spanja u l-Greċja. Qsamna esperjenzi u komplejna nitgħallmu aspetti varji tad-dixxiplina Yoga. Namaste mill-qalb, lil kull persuna li lqajna fiċ-Ċentru Yoga Tigné. Matul is-snin, kont inżomm noti bil-Malti dwar ilVeda Dharma, il-prattika tal-Yoga u l-filosofija intuwittiva tal-Veda. Tkellimt ma’ ħbieb viċin tiegħi dwar din il-ġabra ta’ noti bil-Malti u ħeġġewni ngħaddilhom kopja. Nirringrazzja lilek għażiż qarrej u nittama li sibt l-għodda adattata għalik. Min jixtieq l-aħjar f’ħajtu, jeħtieġ li jipprattika sabiex jibbenefika. Temmen xejn: aqra u analizza, ikkritika u rrifletti, isma’ u staqsi. Fuq kollox: ipprattika, esperjenza u agħraf int stess. Li temmen kulma jintqal nuqqas ta’ responsabbiltà. Jeħtieġ li tuża d-don tar-raġuni, taħseb b’rasek u mhux taċċetta kulma jintqal b’għajnejk magħluqa. Jeħtieġ tipprattika u tkun ċert int stess mill-verità. Eżatt kif jagħmlu x-xjenzi, hekk ukoll jeħtieġ tagħmel meta tistudja l-Yoga. Jeħtieġ tipprattika u mhux biss temmen. Kliem Vivekananda 310 317
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Ekam Sat
Lista t’awturi li kkwotajna Adi Shankara (788 – 820) François Voltaire (1694 –1778) William Jones (1746 – 1794) Arthur Schöpenhauer (1788 – 1860) Ralph Waldo Emerson (1803 – 1882) Friedrich Max Müller (1823 – 1900) Haraprasad Shastri (1853 – 1931) Nikola Tesla (1856 – 1943) Aurobindo (1872 – 1950) Sri Ramana Maharshi (1879 – 1950) Albert Einstein (1879 – 1955) Erwin Schröedinger (1887 – 1961) Niels Bohr (1885 – 1962) Romain Rolland (1866 – 1944) Max Plank (1858 – 1947) Rabindranath Tagore (1861 – 1941) Swami Sivananda (1887 – 1963) Swami Prabhavananda (1893 – 1976) Lin Yutang (1895 – 1976) Carl Sagan (1934 – 1996) Deepak Chopra, twieled 1946 David Frawley, twieled 1950 John Samuel Hagelin, twieled 1954 311 © 2021 C.J. Muscat
318
Ekam Sat Ekam Sat Fil-Qosor
• •
• • • • • • • • • •
• • • • •
Il-Veda Dharma patrimonju dinji tal-umanità. Tferrxet mad-dinja kollha mill-Indja, bl-aktar mod spontanju u naturali bla ebda fundatur. Tissejjaħ Dharma, tfisser mod ta’ għajxien. Il-kitbiet tal-Veda Dharma ġew magħrufa mir-Rishi mistiċi tal-Indja qabel ma nkitbu, aktar minn sebat elef sena ilu. Fuq l-iskala taż-żmien, diversi reliġjonijiet ġew wara lVeda Dharma. Meqjusa bħala repożitorju sħiħ tal-Għarfien Dirett talVerità. Jikkonsistu minn mhux anqas minn mitt biljun vers billingwa Sanskritt. Il-Veda tispjega fuq kulma hu viżibbli kif ukoll fuq dak li mhux possibbli li s-sensi jaraw. Tissejjaħ ukoll Sanatan Dharma, it-triq tal-Verità Eterna. Sanatan Dharma tat kontribut xjentifiku fuq kull aspett. Insibu kitbiet minn ħassieba, skulari u xjenzjati li jirrispettaw l-għerf tant siewi tal-Veda Dharma. Il-kummentarji fuq il-Veda jissejħu Vedanta. Jitkellmu b’aktar dettall fuq l-applikazzjoni prattika tal-Veda Dharma fil-ħajja ta’ kuljum. Matul iż-żminijiet il-ħakkiema barranin li daħlu fl-Indja bdew jużaw it-terminu Hindu. B’mod skorrett bdiet titqies bħala reliġjon sal-lum. It-terminu Dharma tfisser mod t’għajxien. Ma tfissirx twemmin jew reliġjon. L-aktar aspett prattiku tal-Veda Dharma hu l-Hatha Yoga. Saret ferm popolari u pprattikata f’diversi pajjiżi. Matul iż-żminijiet il-Hatha Yoga bdiet tingħata laqta ta’ min jgħallimha u skont il-kultura tal-pajjiż. Il-Yoga tista’ tiġi applikata minn diversi reliġjonijiet u dixxiplini oħra. Qatt ma kien hemm fundatur u lanqas ma nsibu mexxejja jew struttura li tikkontrolla jew tippropaga l-Veda Dharma. Tibqa’ tinfirex b’mod spontanju. Ma teskludi lil ħadd. Il-Veda Dharma tiċċelebra l-Ħajja. Tawgura l-unità tal-umanità bħala familja waħda.
312 319
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Ekam Sat
Lista ta’ kliem bis-Sanskritt Adharma Adi Shankara Adwaita Agastya Agni Aham Ahamkara Ahimsa Akaash Anandi Anantha Anatman Angirasa Antahkaran Antar mauna Antardrishti apara vidya Aparigraha Apauruseya Jnanam Artha Aryanaka Asana Asat Ashrama Ashvalayana Ashvalayana Astanga Yoga Asteya
Asti Astika Aswa Atharva Veda Atman Avidya Ayur Veda Balaram Bhagavad Gita Bhakti yoga Bharadwaja Bharat Bharatavarsha Bhati Brahma Brahma muhurta Brahmacharya Brahman Brahmana Brahmarishi Brih Buddhi Buddhism Carvaka Chakra Charakasamhita Chatushtaya Chitta 313
© 2021 C.J. Muscat
320
Ekam Sat Ekam Sat
Dama Darsana Darshana Dasopanishad Deva Devarishi Dharana Dharma Dharmachakra Dhatusarvasvam Dhri Dhyana Div Divyadriishti Drishti
Jeevan Mrityu Jiva Jivanmukti Jivatman Jagat Jaimini Jainism Jala Japa Jnana Kanda Jnana Yoga Sadhana Jnanedndriya
Kali Yuga Kama Kandarishi Karma Karma Kanda Karma pratyahara. Karmabdhiparah Karmendriya Krishna Kriya
Gnani Purush Guru Hatha Yoga Hindu Dharma Hapta Hindu Indirya pratyahara Indriya Indu Ishwarapranidhana
Liila
314 321
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Ekam Sat
Maatra Maha Atma Maha Vakya Mahabharatha Maharishi Mahayoga Manas Manana Mananam Mano pratyahara Mantra Maya Mitya Moksha Mumukshutva
Padartha Padmasana Panchamahabhuta Papa Para vidya Param Purusha Paramarishi Paramatman Parampara Patanjali Prakriti Prana Prana pratyahara Pranam Pranayama Prarabhda Pratyahara Prakriti Prithvi Priyam Punya Purana Purusha Purushartha Purva Mimamsa Raja guna Rajarishi Ramayana Rasa Liila Rig Veda Rishi Rishika
Nada yoga Nama/rupa Namaste Narayana Nastika Neti Nididhyasana Nihshvaasa Nirguna Brahman Nirukta Niyama Nyaya Om Tat Sat Omkara 315 © 2021 C.J. Muscat
322
Ekam Sat Ekam Sat
Sadsampat Saguna Brahman Saksatkara Sama Veda Sama Samadhana Samadhi Samhita Samkhya Nyaya Samkhya Yoga Samsara Samsri Samsari Samskara Sanatan Dharma Sanskritt Santosha Sadsampat Sanyas Sapta Sindhu Sarira Sat Satapatha Brahmana Satchitanand Satsang Saksatkara Sattwa Satva guna Satya Satyam Satyam Saucha Saudamini
Shabda Sparsha Gnadha Shadshampat Shakti sutram Shanti Sharira Shishya Shivam Shravanam Shrutarishi Shuddhividya Kalapam Shukshmadrishti Siddhi Sindu Sraddha Sravana Sruti Sulba Sutras Sundaram Suryasidhanta Sutra Swadhyaya Tama guna Tapasya Tat tvam asi Tattva Jnana Titiksha Triguna Upanishad Uparati Uttararkhand
316 323
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Ekam Sat
Veda Dharma Yayur Veda Atharva Veda Sama Veda Rig Veda Ayur Veda Shukla Yajurveda
Vaisheshik Vaisheshik Valmiki Valmiki ganitam Vasana Vayragya Vayu Veda Dharma Veda Vyasa Vedanta. Vidya Vishnu Viveka, Vritti
Dasopanishad Brihadaranyakam Upanishad Aitareyancha Upanishad Chandogyam Upanishad Katha Upanishad Kena Upanishad Mundakya Upanishad Ishavasya Upanishad Prasna Upanishad Mandukya Upanishad Taittiriya Upanishad
Yagna Yama Yantrasarvasvam Yaska Yoga Yogasana Yoga Sutra
Sutra Yoga Sutra Dharma Sutra Brahma Sutra Shakti Sutram Sulba Sutras Para Vidya Brahma Vidya Apara Vidya
Mantra Om Purnam Asato Ma Sadgayama Sahana Vavatu Shanti Mantra
317 © 2021 C.J. Muscat
324
Ekam Sat Ekam Sat
Kwotazzjonijiet mill-Veda Dharma Athato brahma jijnasa Ejjew infittxu l-oriġini ta’ kollox. Yatha icchasi tatha kuru Agħmel kulma tixtieq. Yah pasyati, sa pasyati Dak li għandu viżjoni tajba, jara tajjeb. Jagat mitya Dak li jinbidel. Brahman Satyam Dak li hu etern. Ekam evadvitiyam Brahman Brahman wieħed. Sarvam khalvidam Brahman Kollox hu Brahman. Akoham Vahusyam Jiena wieħed, se nsir ħafna. Ekam sat vipra bahudha vadanti Il-verità hi waħda, l-għorrief isejħulha b’ismijiet differenti. Maha Vakya Sarvam khalvidam Brahman. Kollox hu Brahman. Aham brahmasmi. Jien ukoll Brahman. Tat tvam asi. Int hekk ukoll. Ekam evadvitiyam Brahman. Brahman wieħed. na datavyas cayam granthah
318 325
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Ekam Sat
Sorsi u lista ta’ kotba Dan il-ktejjeb jiġbor biss ftit ferm minn diversi kummentarji. Min qed jaqra jista’ jkompli jfittex u ċertament isib ħafna aktar. Nissuġġerixxu xi kotba għal min jixtieq ikompli jfittex. Il-Bhagawad Gita Essence of Vedanta Bhagavad Gita as it is Jnana Yoga The Yoga Sutras Back to the Truth Practical Vedanta Pancadasi of Swami Vidyaranya A Sanskrit Dictionary Sixty Upanishads of the Veda Gems of Advaita Vedanta Waking from sleep Philosphies of India The Mahabharata The Ramayana Stress-free Living There is Neither I nor Other than I The Diamond in your pocket Wisdom of the Ancient Sages Mundakopanshad: tale of two birds Vedanta: Voice of Freedom The Book of One The Nature of Man The Value of Values Seeds of Consciousness Vivekachudamani 319 © 2021 C.J. Muscat
326
Michael Zammit Brian Hodgkinson Swami Prabhupada Swami Vivekananda Rishi Patanjali Dennis Waite Swami Vivekananda John Denton J.M. Denton Paul Deussen J.M. Denton Steve Taylor H.R. Zimmer Ramesh Menon Valmiki Dayananda Saraswati A. Ramana Gangaji Swami Rama Shri Chinmayananda Swami Vivekananda Dennis Waite John Levy Dayananda Saraswati Nisargadatta Maharaj Adi Shankaracharya
Ekam Sat Ekam Sat The Science of Health The Gita according to Gandhi Atmabodha I am That Karma Yoga Raja Yoga The Core Teachings of Ramana
Satyaparananda Avt Mahadev Desai Adi Shankaracharya Nisargadatta Maharaj Swami Vivekananda Swami Vivekananda Roy Melvyn The Spirit of the Upanishads Yogi Ramacharaka The Holy Vedas Pandit S.Vidyalankar The Light of Ten Thousand Suns Swami Veda Bharati Secret of the Veda Sri Aurobindo Wisdom of the Veda M.P. Pandit The Holy Science Swami Sri Yukteswar Seek the Sri Chinmayananda Eternal Physics and Vedanta Modern Swami Jitatmananda Consciousness – the missing link. Sri Bhaktivedanta Vakya Vritti Adi Sankara Isavasya Upanisad Sri Chinmayananda Atma Bodha Adi Sankara The Mystery of Creation C.C.M.T. The Comprehensive that is incomplrehensible V.M. Srikumaran Metahuman: Unleashing Your Infinate Potential Deepak Chopra Dan il-ktieb jingħata lil min ifittxu. Ikun aktar apprezzat minn kull min jipprattika l-Yoga. Jai Satchitanand C.J.M.
10-11-2019
320 327
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Ekam Sat
Il-kitbiet tal-Veda mqassma f’erba’ fergħat.
Veda Rig Veda
Sama Veda
Yayur Veda
Atharva Veda
It-tabella t’hawn taħt tindika li bosta reliġjonijiet ġew wara l-Veda Dharma. 4500 4000 3500 3000 2500 2000 1500 1000 500 0
Tabella taż-Żmien
321 © 2021 C.J. Muscat
328
Ekam Sat Ekam Sat
Tabella Gwida
Ġabra ta’ termini Sanskritt, għall-użu ta’ referenza Skont ir-regola tal-grammatika ta’ Pânini, il-partiċella ‘a’ tnaqqas jew iżżid is-sens ta’ kelma eż. vidya u avidya. L-użu tal-kelma għarfien u għerf kif użati bil-Malti, applikabbli biss għall-perċezzjoni duwalista avidya. Ma jirriflettux il-kelma sanskritt vidya li għandha tifsira aktar wiesgħa u traxxendentali. Tajjeb li wieħed isib aktar dettalji dwar kelmiet bis-Sanskritt sabiex jifhem aħjar. Fittex trattati minn skulari Indjani tas-Sanskritt Vedantiku. Insemmu skulari tat-tmien seklu: Adi Shankara, Mandana Mishra fost ħafna skulari oħrajn.
Termini ewlenin bis-Sanskritt (1-21)
1. Aham Il-kelma aham bit-terminoloġija Vedantika tindika ljien veru kif ukoll il-jien falz. Meta l-kelma aham tkun abbinata mal-kelma kara tindika l-jien maħluq, il-jien magħmul. Ahamkara, il-jien li jidentifika mal-ġisem u mal-ħsieb. Ahamkara tindika l-jien falz. Meta aham tkun abbinata ma’ brahmasmi tindika l-jien veru, il-jien li jidentifika mal-Infinit ahambrahmasmi.
322 329
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Ekam Sat
2. Brahman Tfisser Unità m’hemmx ieħor. Realtà Waħda, m’hemmx it-tieni. Realtà Perfetta li mhix suġġetta għall-bidla. Il-Kollox, il-Wieħed li jinsab f’kollox. Realtà multidimensjonali Waħda, il-barka oriġinali eterna, dak li Hu wara l-varjetà ta’ namarupa, ilkollox li jinsab fl-univers, fil-kożmos, fik u f’kull ħolqien. Tfisser konoxxenza, eżistenza li teżisti perfetta u totali fiha nnifisha, m’hemmx ieħor ħlief Wieħed. 3.
Asat Meta tintuża l-kelma asat qed nirreferu għal Saguna Brahman, realtà apparenti, dak kollu li għandu forma u isem.
4.
Sat Meta tintuża l-kelma sat qed nirreferu għal Nirguna Brahman, realtà permanenti, dak li jittraxxendi lfenomenu tat-triguna.
5.
Ajnana Il-kelma ajnana qed tirreferi għal realtà apparenti, dak kollu li jista’ jiġi osservat, ipproċessat bilmetodi tax-xjenzi, sabiex jasal għal konklużjoni tentattiva fuq diversi aspetti tal-eżistenza apparenti.
6. Jnana Dixxiplina fejn wieħed fi stat unittiv, jnana yoga sadhana, jiġbor l-attenzjoni, tant li buddhi, lintellett, ikun aktar iffukat u jippenetra s-siparju li jostor il-verità traxxendentali. 323 © 2021 C.J. Muscat
330
Ekam Sat Ekam Sat
7.
Avidya Il-kelma avidya qed tirreferi għal stat mentali mċajpar, nieqes mill-konoxxenza tar-realtà sħiħa. Bir-riżultat li ddubji jiżdiedu u dan iwassal għal thewdin, niket u inċertezza.
8.
Vidya Il-kelma vidya tirreferi għal stat mentali ċar, mimli konoxxenza ta’ realtà unittiva. Vidya ddawwal il-moħħ, jinħelsu fantasiji ta’ qerq (asat). Bir-riżultat li ġġib trasformazzjoni interna li twassal għal ferħ u bilanċ filħajja. Twassal għal esperjenza diretta tal-verità.
9.
Advaita Il-kelma advaita tindika unità fid-diversità. Tgħidilna li l-Atman mhux differenti minn Brahman. Irreferi għal x’jgħidulna l-Maha Vakya aktar ’il quddiem.
10. Dvaita Il-kelma dvaita tindika duwalità, tnejn u aktar. Kunċett li jammetti żewġ prinċipji totalment separati minn xulxin, il-pari opposti (jien/int, tajjeb/ħażin, anġli/ xjaten). 11. Atman Tindika l-konoxxenza eterna, bla bidu, bla tmiem. Tindika l-Wieħed, m’hemmx it-tieni. Il-kelma Atman ma nsibu ebda kelma ekwivalenti għaliha bil-Malti. 12. Jivatman Jivatman xrara tal-paramatman u għalhekk etern bħal Brahman. Il-kelma jivatman ma nsibu ebda kelma ekwivalenti għaliha bil-Malti. 324 331
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Ekam Sat
13. Darshana Għarfien irrivelat lir-Rishi, wara snin ta’ dixxiplina tal-yoga, sadhana, tapasya. Waslu għal esperjenza diretta anubhava. Tajjeb nifhmu li darshana mhux metodu ta’ spekulazzjoni, opinjoni, filosofija, twemmin jew domma. Din hi d-differenza bejn ilVeda u l-filosofiji/reliġjonijiet li ġew ferm wara. 14. Guru Persuna mistika li jiggwida l-aspirant fit-triq talyogamarga. Il-veru guru ma jżommx lill-aspirant dipendenti fuqu. Meta l-aspirant ikun ippreparat, ilguru jibagħtu fit-toroq tal-ħajja sabiex ikun ta’ għajnuna lil kull min jeħtieġ. 15. Manas Il-fakultà li taħseb. Il-manas mhux il-moħħ bħala organu bijoloġiku li jrid jiġi mfisser bis-Sanskritt. 16. Moha Kelma bil-Malti qrib ta’ moha nistgħu ngħidu injoranza. Sħab li jgħatti l-verità bħal sħab li jgħatti d-dawl tax-xemx u kollox jidher mistur fid-dlam. Eż. Avidya, nuqqas t’għarfien tal-verità jinjora lverità unittiva meqjusa bħala moha, injoranza. 17. Mitya Dak li apparentement jidher veru, suġġett dejjem għall-bidla asat. 18. Satya Dak li hu veru, mhux suġġett għall-bidla, jibqa’ veru dejjem. 325
© 2021 C.J. Muscat
332
Ekam Sat Ekam Sat
19. Veda
Il-Veda toffri t-teknoloġija tal-Yoga li twassal biex isseħħ il-qabża lil hinn minn dak li hu materjali. Veda Dharma - mod t’għajxien, mod ta’ ħajja.
20. Yagna It-terminu yagna bis-Sanskritt Vedantiku jfisser dik lazzjoni li sseħħ bejn persuna u persuna oħra li twassal għal riżultat ta’ benefiċċju għal kulħadd. Fin-nuqqas ta’ kelma ekwivalenti għall-kelma yagna kellha tintuża lkelma sagrifiċċju. Kelma aktar viċin bil-Malti ngħidu: offerta, għotja. 21. Yoga Il-Yoga hi l-għodda prinċipali tal-Veda. L-iskop talprattika Yoga hu li tunifika, tibbilanċja, tiġbor f’armonija kull aspett li jikkostitwixxi l-bniedem, dak fiżiku, mentali u traxxendentali. Fittex trattati minn skulari Indjani tas-Sanskritt Vedantiku. Insemmu lil Adi Shankara, Mandana Mishra fost bosta skulari oħrajn. Fost il-bnedmin insibu bosta gradi differenti. Minn ħafna eluf, wieħed jinteressah ikun jaf il-verità. Normalment il-bnedmin okkupati jissodisfaw ilbżonnijiet bażiċi, l-ikel, l-irqad, il-familja bħallkumplament tal-ħlejqiet kollha. Ftit ferm jinteressahom jistaqsu, ifittxu u jesperjenzaw direttament il-Verità.
Bhagavad Gita Kap. 7.3
326 333
© 2021 C.J. Muscat
© 2021 C. J. Muscat
Ir-Raba’ Sezzjoni Kompendju – Satsang
Il-ktieb Ekam Sat, huwa bil-Malti, u dan huwa wkoll att lingwistiku, li jqarreb din it-tip ta’ meditattività aktar qribna, għax filwaqt li tibqa’ l-konsonanza lingwistika mal-lingwa oriġinali, kif ukoll ir-riti ‘estranji’ għal dawk ta’ kulturitna, fl-istess ħin, iservi biex aħna nidħlu f’renju meditattiv, li għandu jgħinna, darba waħda aħna ‘nitgħallmuh’ sew, b’ħila u bis-sens mistħoqq, il-ġmiel tar-realizzazzjoni nifsija fissens etern. J’Alla l-ispiritwalizzazzjonijiet li inti xxierek miegħek innifsek u mal-qarrejja tiegħek, jgħinu biex aħna nittraxxendu l-waqt u nissieħbu f’univers li jsostnina u jsinn lil din ruħna fl-għoġba u s-serħan mistieku li jhennina u jibnina bħala esseri sħaħ immistifikata. Ħajr ta’ ħidmietek u mużtek Charles. Nixtieqlek kull ġid u saħħa. Tarcisju Zarb Poeta
© 2021 C. J. Muscat
SATSANG Naqraw flimkien silta waħda. Nirriflettu u nifhmu aħjar. Napprezzaw lil xulxin. Nistaqsu sabiex nintebħu aktar. Nisimgħu lil xulxin. Ninħallu mill-Konfużjoni u d-Dubbji. Ninħelsu mill-Frugħat u x-Xewqat. Napplikaw il-Yoga fil-ħajja ta kuljum. Niffukaw fuq l-Unita` Infittxu l-Unita` Niġġeddu fl-Unita` Ningħaqdu fl-Unita` Niċċelebraw l-Unita`
© auromaa.org
© 2021 C. J. Muscat
Kompendju ta’ Ekam Sat
SATSANG Ninġabru flimkien Waqt Satsang, kull persuna jaqra silta, isir qsim ta’ riflessjonijiet u esperjenzi mill-ħajja. Tajjeb ukoll li wieħed jikteb ftit notamenti. Iżda l-aktar ta’ fejda huma mumenti ta’ sadhana flimkien. It-terminu Satsang jikkonsisti mill-għerq Sat (verità) marbut ma’ l-għerq Sangha (kumpanija tajba). Satsang hu abbinat mal-paġni ta’ qabel, bħala kompendju ta’ Ekam Sat. Intenzjonat li nesploraw flimkien konoxxenza aktar wiesgħa u esperjenza aktar profonda tal-verità. Ninġabru madwar l-Verità Waħdanija billi nduqu qtar frisk ispirat mil-għajn eterna tal-Veda Dharma. Satsang, jifrex quddiemna nisġa ta’ sentenzi qosra (sutra) sabiex nesploraw flimkien realta` sħiħa u nfittxu l-unita` fil-pari opposti. Flimkien napprezzaw aktar dak li jseħħ madwarna b’viżjoni sħiħa lejn il-ħajja ta kuljum. Napplikaw dixxiplina tal-Yoga sabiex nilqgħu l-isfidi li jiġu quddiemna b’aktar għaqal. Napprofondixxu ftit aktar, minn għejjun differenti li toffri l-Veda Dharma bħalma huma Yoga Vidya, Dharma Shastra, u oħrajn. Tajjeb li taqra silta waħda, tistaqsi u tirrifletti, waqt mumenti ta’ mistrieħ matul ilġurnata. Tista’ wkoll
taqsam ir-riflessjonijiet tiegħek waqt
Satsang, fi grupp ċkejken ta’ ħbieb sinċieri li jinġabru flimkien sabiex jifhmu aħjar il-Konoxxenza Waħdanija – Ekam Sat. 337
© 2021 C. J. Muscat
Ekam Sat Satsang 1
san gacchadhvam sam vadadhvam sam vo manamsi janatam deva bhagam yatha purve sanjanana upasate Ejjew nimxu lkoll flimkien. Ikolna għan wieħed. Inkun kelma waħda.
samano mantra: samiti: samani samanam mana: saha cittamesam samanam mantramabhi mantraye va: samanena vo havisa juhomi Inkunu magħqudin. Vuċi waħda, ħsieb wieħed, għan wieħed, xewqa waħda.
samani va akuti: samana hrdayani vah samanamastu vo mano yatha va: susahasati Inkunu qalb waħda. Ngħixu fil-paċi u l-armonija, ilkoll flimkien. Isha Basya, Rig Veda. X.191
© 2021 C.J. Muscat
338
Ekam Sat Satsang 2
uttishthata jågrata pråpya varån nibodhata Qum mil-ħolm! Fittex qum! Fittex kumpanija ta’ min għaraf il-verità! Akkwista l-għarfien sat tal-verità! Ġarrab int stess il-verità! Katha Upanishad 1.3.14 1. Kelmtejn sbieħ, umiltà ġenwina, bħal djamanti li jsebbħu lbniedem, bħalhom żgur ma ssibx aħjar. 2. Meta il-ġid tal-oħrajn jiġi qabel dak tiegħek, tisseddaq bissħiħ ħajtek u aktar. 3. Tinsa qatt il-ħbiberija ma’ persuni ġenwini. Lanqas ma twarrab il-ħbiberija ma min kien ta għajnuna meta kont tant teħtieġ. 4. Meta tagħżel li tkun imnikket, ikollok opportunitajiet kemm trid, għax faċli ssib min jagħmel dak li ma jogħġobx lilek. 5. Ferm ikun aħjar minn xi rigal mgħoti bil-qalb, li tesprimi kelmtejn bi tbissima ħelwa. 6. Ittaqqalx moħħok bil-passat. Lanqas bil-passat tal-oħrajn. Imxi l-quddiem fil-ħajja bil-ħeffa u liberu mit-toqol talimgħoddi. Ikun aktar faċli għalik u għall-oħrajn. Meta ngħixu fil-preżent inkunu aktar ferħanin u ħielsa. 7. Il-Veda tiddistingwi bejn żewġ kwalitajiet t’għarfien. Bejn lgħarfien sat u l-għarfien asat. L-għarfien veru u dejjiemi, għarfien sat. L-għarfien asat, jinbidel kontinwament.
339
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Satsang 3
Padmapatram iva ambhasa. Kun safi bħal fjur tal-lotu f’wiċċ l-ilma. Bhagavadgita 5.10 1. Imxi fid-dinja, tħallix id-dinja tmexxik. 2. Uħud xejn il-ħażen ma jħabbathom. Oħrajn l-anqas jindunaw bit-tajjeb ta madwarhom. 3. Il-Vedanta jxebbhu lil Sadhaka, l-aspirant mal-fjura talpadma (lotu), li tikber bl-għeruq ġol-ħama tal-qiegħ, il-weraq f’wiċċ l-ilma. Il-fjura miftuħa għad-dawl tax-xemx. 4. L-aspirant, jilqa’ l-isfidi tal-ħajja, saqajh mal-art. 5. Bil-prattika tal-padmasana, iggwidat bil-lampa tal-għarfien jnana dipti dejjem mixgħula f’qalbu, jimxi fit-toroq mudlama, jgħix it-triq tas-sewwa. Jasal biex jagħraf u jesperjenza iddawl tal-verità. 6. Meta nirreferu għall-Veda qed nirreferu għall-għarfien, mhux għall-kitbiet tal-Veda. Hemm żewġ modi ta għarfien. Dak akkwistat mill-kotba jew bit-tgħalim jissejaħ paroksa. Dak li jmur lil hinn u jiġi akkwistat wara esperjenza diretta talverita` jissejaħ aparoksa. 7. Il-Veda m’għandhomx awtur, jissejħu – Apauruseya Jnanam, għarfien li mhux kompost mill-bniedem. Ġew rivelati lirRishi, ma kienx hemm sorsi miktuba qabel il-Veda.
© 2021 C.J. Muscat
340
Ekam Sat Satsang 4
Athato brahma jijnasa. Ejjew infittxu l-oriġini ta’ kollox.
Rig Veda
1. Meta l-bniedem jintebaħ bil-wied ta’ niket li jinsab ġewwa qalbu kif ukoll madwaru stess, jibda jfittex aktar. 2. Jibda jfittex l-infinit, jixxennaq biss għal-Infinit. 3. Il-ġisem uman hu l-bażi tat-tfittxija tagħna, jeħtieġ nimxu iddharma ta’ bnedmin li aħna, flimkien. 4. Il-ġisem li ngħata lilna, hu il-bidu ta’ din it-tfittxija. Il-ġisem ħaj, jitmexxa mil-Jivatman. 5. Jeħtieġ nirrispettaw il-ġisem li ngħata lilna mat-twelid sabiex infittxu l-oriġini tagħna lkoll. 6. GħaliĦ biss irċivejna dan il-ġisem. Ma nsibu ebda serħan qabel ma nistrieħu fiĦ. 7. Din it-tfittxija twassalna fl-oriġini ta’ kollox li minnHu ġej kollox. 8. Fil-bidu kien Brahman, miegħu kienet il-Kelma, u l-Kelma kienet tassew Brahman. 9. Brahman tant hu sempliċi fil-kobor, li jinsab fil-kożmos, filħolqien, fil-bniedem iżda l-bniedem ma jagħrfux.
341
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Satsang 5
Gayatri Mantra ॐ असतो मा सद्गमय । तमसो मा ज्योततगगमय । मत्ृ योमाग अमत ृ ं गमय ।
ॐ शान्तिः शान्तिः शान्तिः ॥ Aum Bhuh Bhuvah Svah Tat Savitur Varenyam Bhargo Devasya Dheemahi Dhiyo Yo nah Prachodayat Int l-Omm tal-eżistenza eterna. Tad-dimensjonijiet kollha. Ħarsitna tfittex id-dawl tiegħek. Sabiex bid-dija glorjuża tiegħek. Tkeċċi d-dlamijiet ta’ ġewwa qalbna. Sawwab fuqna l-barka. Ħeġġeġ fina l-għarfien tal-verità. Għal dan flimkien nixxenqu. Rig Veda (10:16:3) 1. Il-Gaytri meqjusa bħala il-Vada Mata, l-Omm tal-Veda. Hi l-bażi tar-realta` li nesperjenzaw fil-ħajja ta’ kuljum kif ukoll il-bażi tal-kożmos. 2. Il-Veda tisħaq fuq esperjenza diretta tal-Verità li twassal għall-għarfien ta’ Unità espressa fil-multidimensjonalità ta’ Brahman, Unita` Waħda.
© 2021 C.J. Muscat
342
Ekam Sat Satsang 6
Ahimsasthayam tatsannidau vairatyagah Min ifittex biss il-ġid ta’ kullħadd, ebda ostilita` ma tersaq lejħ. 1. Il-Bhagavat Gita tgħidilna li ħadd m’għandu jikkaġuna jew jieħu gost bit-tbatija wieħed fuq l-ieħor, la bil-ħsieb, bil-kliem jew bl-għemil. 2. Importanti noffru l-għajnuna lil kull min jitlobhielna mhux b’sagrifiċċju iżda bl-imħabba, sabiex intaffu mit-tbatija li tinsab imferrxa fid-dinja kollha, bla ma nistennew ebda merti. 3. Id-dixxiplina ta’ Ahimsa meqjusa mill-Vedanta bħala l-ogħla offerta, l-ogħla virtù. Ahimsa, la toqtolx il-Ħajja. Jekk ma tħobbx l-Ħajja, kif tista’ tħobb lill-bnedmin oħra bħalek innifsek? 4. Il-Ħajja hi waħda, ferm prezzjuża. Jekk ma nqisux il-valur talħajja ndaqs għall-Ħlejqiet kollha, l-iżvilupp tal-umanità jkun ferm diffiċli, jekk mhux impossibbli. 5. Il-Ħlejqiet kollha għandhom valur fil-ħajja. Għandhom dritt għall-ħajja. Diversi bnedmin qed jaħqru u jeqirdu bosta Ħlejqiet. L-umanità ser tbati. 6. Kull min jixtieq isemmen lil ġismu billi jiekol il-laħam ta’ ħlejqiet oħra, jgħix ħajtu fil-miżerja. 7. Il-Veda tagħti importanza lill-prattika tal-Yoga sabiex wieħed igawdi armonija bejn is-sensi kollha u s-sistemi tal-ġisem.
343
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Satsang 7
tasmād_dharma-pradhānéna bhavitavyam yatātmanā tathā cha sarva-bhūtéṣhu vartitavyam yathātmani Għamel ma’ l-oħrajn, dak li tixtieqhom jagħmlu lilek. Mahābhārata Shānti-Parva 167:9
Sri Aurobindo jgħidilna li Dharma tirregola l-enerġiji kollha li jeżistu fl-univers. Dharma tinkludi l-konoxxenza, tinkludi leżattezza f’kollox, eżattezza fil-ħsibijiet, fl-għarfien, eżattezza ta’ kull attività li jwettaq il-bniedem. Dharma ma tfissirx biss li nwettqu l-azzjonijiet tagħna b’mod etiku u morali. 1.
Kull ma jeżisti fir-realta apparenti Saguna Brahman isegwi d-dharma. Il-qamar u x-xemx, l-istaġuni, iċ-ċikli tal-ħajja, ilpjaneti kollha jsegwu l-eżattezza tad-dharma li tirregola kollox.
2.
Hekk ukoll il-bniedem għandu jsegwi id-dharma ta bniedem li hu. Dik is-soċjetà li timxi skont id-Dharma, tkun aktar ċivili u inqas vjolenti.
3.
Yogananda jgħidilna li meta l-aġir ma jsegwix id-dharma, tkun inti stess li tiġġudika lilek innifsek, u inti stess tħallas ta’ għemilek.
4.
Il-Ħlejqiet isegwu id-dharma, u għalhekk protetti middharma.
5.
Il-ġisem, il-moħħ u id-dinja joffru fantasiji sbieħ u qarsa. Imxi t-triq tas-sewwa. Għaraf li kollox HU.
6.
Rishi Jaimini jgħidilna li Dharma huwa dak kollu li tfisser ilVeda sabiex twassal għall-ogħla tjubija.
© 2021 C.J. Muscat
344
Ekam Sat Satsang 8
Purushartha Il-Purushartha huma l-valuri essenzjali tal-bniedem. L-erba’ għanijiet li għandu jilħaq tul ħajtu. Dawn huma Artha, Kama, Dharma u Moksha. L-akkwist tal-ġid, l-akkwist tal-pjaċir, lakkwist tas-sewwa, l-akkwist tal-libertà min-niket u sofferenzi. 1. L-ewwel tlieta l-istess bħal tal-Ħlejqiet kollha. Ir-raba’ waħda twasslek sabiex tfittex il-milja tal-ħajja, sabiex tinduna min int verament. 2. Nistennew sigurtà mill-akkwisti, iżda r-realta` turina li aktar ma jkollna aktar jiżdied il-biża li dak il-ġid ser jiġi meħud minna. 3. Ix-xewqat huma l-kawża tal-konflitti. Meta ma tkunx tista’ takkwista dak li tixtieq tispiċċa mnikket. Aktar ma tnaqqas mix-xewqat aktar tgħix fil-paċi. 4. Meta l-ewwel tlieta jkunu mżewqa f’armonija bejniethom, ilbniedem jinduna li għadu ma laħaqx il-milja fil-ħajja. 5. Moksha tgħinek tfittex aktar, lil hinn mil-logħoba tal-pari opposti, tixxennaq biss għal-infinit, l-oriġini ta kollox. Tkun mimli hena għal dejjem. 6. Il-Veda tfakkarna fl-iżball oriġinali tal-bniedem, meta jidentifika mal-ġisem temporali, jinsa l-valur dejjiemi talAtman. Il-bniedem jeħtieġ li jakkwista l-għarfien vidya sabiex jinħeles minn stat ta’ dlam asat. 7. Il-Veda titkellem fuq dimensjoni ta’ żmien ċikliku bla bidu u bla tmiem.
345
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Satsang 9
Yatha icchasi tatha kuru. Wettaq kulma tixtieq.
Bhagavad Gita 18.63
1. Il-pjaċir huwa biss eċċitament fin-nuqqas ta uġiegħ. Aktar ma nfittxu il-pjaċir, aktar inħossu vojt f’qalbna meta jkun nieqes f’ħajjitna. 2. Meta ssib ħin tirtira ġewwa fik, ħares lejn il-ħajja, irrifletti, ippjana t-triq li tixtieq u fuq kollox agħraf kemm l-eżistenza hi fraġli. 3. Il-kliem jagħtik biss idea. L-idea mhix esperjenza. Kull ma hu viżibbli bis-sensi jista jagħtik kemm ferħ kif ukoll niket. Il-menti riflessjoni ta’ kawża bil-limiti taż-żmien. Stat ħieles hu stat mingħajr niket. Jeħtieġ li tmur lil hinn mill-ħsieb. 4. Meta l-jien (aham) iwettaq azzjoni bbażata fuq xewqa jew biża’ jintrabat bil-jasar tan-niket. Meta nwettqu azzjoni li toħroġ blimħabba lejn l-oħrajn, inkunu meħlusa minn kull niket. 5. Il-konoxxenza issawar kull forma u isem. Jekk ma nindunawx bil-konoxxenza li tinsab espressa fil-varjeta tal-eżistenza, nkunu fid-dlam tal-injoranza. 6. Avidya hu għarfien nieqes mill-verita`. Għarfien nieqes mill konoxxenza, hu l-kawża ta’ dubbji, argumenti, firdiet, niket u sofferenzi. 7. Il-Veda joffru t-teknika tal-Yoga li twassal biex isseħħ il-qabża lil hinn minn dak li hu materjali u jiġi żvelat x’hemm wara ssiparju ta’ namarupa.
© 2021 C.J. Muscat
346
Ekam Sat Satsang 10
Ekam sat vipra bahudha vadanti. Il-verità waħda, l-għorrief isejħulha b’ismijiet differenti. 1. Il-ġisem hu l-belt ta Brahman. Ġol-belt hemm Santwarju. Ġos-Santwarju hemm warda ċkejkna. Ġol-warda hemm spazju ċkejken. X’hemm ġo dak l-ispazju ċkejken li lbniedem jeħtieġ ifittex, jeħtieġ li jifhem? 2. Kull bniedem jgħid ‘Jiena hu’ iżda kull bniedem m’għarafx min Hu. 3. Ngħidu li kollox hu: jiena hu, il-qattiel hu, il-qaddis hu, ilmidneb hu, il-ħaruf hu, it-twajjeb hu. Sakemm qegħdin hawn, ma nistgħux inkunu xi ħaġa oħra għax m’hemm xejn li mhux Hu. 4. Il-bnedmin bħal mewġiet f’wiċċ il-baħar. Bħal bżieżaq ċkejkna f’wiċċ l-Infinit. Jitfaċċaw, jitbandlu mal-mewġ talħajja. Jisfumaw lura fl-Infinit. 5. Fejn taqbad tmur biex tfittex lill Brahman? Bosta jitolbu, jixxenqu fis-sħab, fl-akkwisti, għal xejn. Qiegħed quddiemna, viżibbli daqs frotta, daqs fjura, tant viċin. Hawn hu Brahman! Kif mintix taraĦ? 6. Il-bniedem hu l-eqreb lejn Brahman. Brahman wieħed, m’hemmx it-tieni. 7. Il-Vedanta tagħmel distinzjoni bejn intelliġenza qawwija u intelliġenza sottili. Ta’ l-ewwel tikshna buddhi tanalizza b’mod xjentifiku u tiskopri ħafna sakemm tinduna li fadal ferm aktar xi tfittex. 347
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Satsang 11
Yogaś-citta-vṛtti-nirodhaḥ. Il-ħsibijiet jitnaddfu, jissedqu bil-prattika tal-Yoga.
Yoga Sutra 1,2
1. Il-moħħ jixrob li jisma’ u li jara. 2. Meta dak li jaċċetta jkun falz, tossiku, l-għemil tiegħu ma jkun xejn ta’ fejda la għaliħ stess u lanqas għal-oħrajn. 3. Meta l-attività mentali titferrex bla direzzjoni, jibdew iddubbji, tinħoloq konfużjoni. Il-ħsibijiet jitqalu, tintilef irraġuni, tintilef il-verità, jiżdied in-niket, tiżdied l-ansjetà. 4. Ikun aħjar li għal ftit mumenti, nfittxu il-kwiet ta’ ġewwa milli niġru wara l-konfużjoni ta’ barra. 5. Il-kwiet ta’ ġewwa jikkalma t-tempesti tal-ħsibijiet. Dan jista’ jseħħ bil-paċenzja u l-prattika tal-yoga. 6. L-Upanishad ixebbħu in-natural tal-moħħ ma’ xadin li lħin kollu jaqbeż u jogħla, skont l-informazzjoni li jitimgħuh is-sensi tal-perċezzjoni. 7. Inti biss l-aqwa ħabib tiegħek innifsek. Inti biss l-akbar għadu tiegħek innifsek. 8. Il-Veda tgħidilna kemm hu importanti nikkultivaw intelligenza sottili, eukshma buddhi li tipprova tintegra aktar milli taqsam u tanalizza. Li tagħraf l-unità fiddiversità, mhux tant li tanalizza l-partikulari fid-diversità.
© 2021 C.J. Muscat
348
Ekam Sat Satsang 12
Yagam atmavisuddhaye Il-meditazzjoni tnaddaf it-tbajja ta’ ħsibijiet qarrieqa. Bhagavad Gita 6.12 1. Ma tista’ qatt tinsa min kien t’għajnuna għalik. Ikun għaqli li tinsa min deni kien għalik. 2. Meta tħoss li tista’ tikkontrolla ħajtek, tinduna wkoll li mhux daqstant faċli li tesperjenza aktar minn hekk. 3. Għaliex tuża kliem aħrax u li jweġġa, meta taf li kliem ta mħabba jnisslu kuntentizza u ferħ bla qies. 4. Meta persuni oħra joħolqu sitwazzjonijiet f’ħajtek, lgħażla tkun f’idejk jekk jogħġbuk jew le. 5. Li titkellem bil-ħruxija, meta jkun aħjar kliem ħelu għasel, bħal meta tiekol frott qares meta tista’ tiekol frott misjur. 6. Meta tkun ser twettaq xi għemil, aħseb fil-konsegwenzi minn qabel. B’hekk tkun ċert li jseħħ dak li ppjanajt int stess. Kun attent qabel, għax kollox f’ħoġrok jiġi. 7. Tixxennaqx għal fortuna li tiġi mill-għira, għax qares ikun il-frott meta tipprova tgawdieħ. 8. Il-Veda mhux biss xjenza iżda mod sabiħ ta’ ħajja kif wieħed ikun f’unità mal-konoxxenza kożmika. 9. Il-Veda titkellem fuq l-Atman li hu xrara ta’ Brahman, id-Dija li hemm fil-qalb ta’ kull bniedem.
349
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Satsang 13
Yoga bhavati duhkhaha. Il-meditazzjoni tnaqqas s-sofferenzi. Bhagavad Gita 6,17 1. Li ma tixtieq qatt dak li mhux tiegħek, mhux biss hu virtù, iżda aktar minn hekk. La toqtolx il-ħajja. 2. Meta tinduna li fil-ħajja hemm aktar milli taħseb u tħoss, ikun wasal iż-żmien li titbiegħed lil hinn lejn spazji oħra. 3. Aħjar il-verità qarsa, milli gidba ħelwa. Min hu onest, m’għandux għalfejn iressaq evidenza. 4. Meta tkun fi stat medittativ, l-enerġiji xejn tajba mhux faċli li jmissuk la minn ġewwa u lanqas minn barra. 5. Fi tmiem il-jum, nerħi kull ħsieb u nirtira fil-paċi ta qalbi. Nissaħħaħ sabiex inkun niflaħ inġorr in-niket ta’ għada, tant li nħossu eħfef l-għada. 6. Aħjar tgħid kelmtejn iebsa f’wiċċ xi ħadd, milli min wara dahru. 7. Flok tpaċpaċ u tispiċċa għajjien, aħjar tiggosta s-silenzju ta ġewwa qalbek fil-kwiet. 8. Meta l-ambjent ta’ ġewwa jkun mimli ħsibijiet sbieħ, inwettaq kollox bill-ferħ. 9. Il-Veda tgħidilna li min iwettaq xogħol ta’ fejda għalloħrajn, jesperjenza ferħ bla qies. Ferħ li ma jintemmx, ferħ ta’ dejjem.
© 2021 C.J. Muscat
350
Ekam Sat Satsang 14
bhadraμ karˆebhi˙ shriˆuyama deva bhadraμ pashyemakshabhiryajatra˙ It-tajjeb biss irrid nisma’ b’widnejja It-tajjeb biss irrid nara b’għajnejja. Atharva Veda 1.89.8 1. Il-ħajja tgħallimni nkun l-aqwa ħabib tiegħi innifsi. Filkonfużjoni tal-madwar, noffri wens lill imnikket. 2. In-natura tistmerr kliem iebes. Għalhekk tagħtina lsien mingħajr għadma. 3. Mhux kemm twettaq f’ħajtek hu mportanti, iżda kif qed twettqu. Kull azzjoni jeħtieġ li titwettaq tajjeb għall-ġid ta’ kulħadd aktar milli għall-ġid tiegħek innifsek biss. 4. Qatt tinsa xi għajnuna li rċevejt. Insa fil-pront l-weġgħat li tirċievi. Kull weġgħa tintesa hekk kif tiftakar mqar xi għajnuna waħda li rċevejt. 5. Kliem mimli rispett u mħabba, bla qerq xejn, joħroġ mill-qalb ta’ persuna onesta. 6. Min hu għajjur jgħix bl-abbundanza bil-wisq aktar min dak li ma għandu ebda għira. 7. Li ma tixtieqx ħwejjeġ tal-oħrajn hu l-aqwa ferħ li wieħed jista’ jgawdi. 8. Il-Veda tiċċelebra l-Ħajja, ahimsa la toqtolx il-ħajja, tapplika għal kull ħlejqa. Ahimsa hi l-ogħla dharma.
351
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Satsang 15
Shanti-mantra Sejħa għall-Paċi Om saha nāvavatu, saha nau bhunaktu, saha vīryaṁ karavāvahai, tejasvi nāvadhītamastu, mā vidvisāvahai. Om shāntiḥ shāntiḥ shāntiḥ Om. Kemm l-istudent kif ukoll l-għalliem ikunu protetti. It-tnejn nirċievu l-enerġija tant meħtieġa. Naħdmu flimkien bil-ħeġġa kollha. Sabiex dak li qed nitgħallmu jkun ta’ fejda. Sabiex ma jkun hemm xejn li jifridna. Om – Paċi – Paċi – Paċi – Om. 1. Om, l-intonazzjoni AUM, simbolu tar-Realtà Suprema. Isawwab barka lil kull min qed ifittex Jnana, l-għarfien traxxendentali. 2. Guru ġenwin jitfaċċa f’ħajtek meta tkun verament ippreparat u lest li timxi t-triq tas-sewwa. 3. Il-Veda jitkellmu fuq l-Omkara bħala simbolu ta’ Brahman. Bl-aktar mod sempliċi, qed nippruvaw infissru lkelma Brahman li mhux tant faċli tfisser bil-limiti tal-lingwi. Kelma li mhux possibbli titfisser bil-kliem, iżda lanqas ma tista’ titfisser mingħajr kliem.
© 2021 C.J. Muscat
352
Ekam Sat Satsang 16
Om Purnam Om purnam-adah purnam-idam Purnaat purnam-udachyate Purnasya purnam-aadaaya Purnam-eva-avashishyate Om shanti shanti shanti Dan hu perfett. Dak hu perfett. Mill-perfett joħroġ il-perfett. Jekk tnaqqas mill-perfett, kollox perfett jibqa’. Om Paċi, Paċi, Paċi
Isha Upanishad
1.
Ersaq aktar lejn l-Infinit.
2.
Il-grazzja eterna dejjem tipprovdi kull ma hemm bżonn.
3.
Twasslek lil hinn mill-irbit tas-sensi.
4.
Twasslek fl-ispazju liberu tal-Infinit.
5.
Ixxenaq biss għall-Infinit. Intrabat biss mal-Infinit.
6. 7. 8.
Meta nfittxu dak li hu tranżitorju, nsibu biss niket u sofferenzi. Hekk kif naħsbu jkun it-twemmin tagħna. Infittxu biss Satyam, il-Verità waħdanija. Brahman nefaħ il-Veda, nihshvaasa, u għalhekk il-Veda huma eterni bħal Brahman.
353
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Satsang 17
Asato Ma Sadgayama Tamaso Ma Jyotirgamaya Mrytor Ma Amritamgamaya Asato Ma Sadgamaya Mexxini minn dak li jinbidel għal dak li hu Veru. Mexxini mid-Dlam għad-Dawl. Mexxini mill-jasar tal-mewt għall-Ħajja ta’ Dejjem. Brihadaranyaka Upanishad 1. Mumenti fil-ġabra waħdek, l-aktar ħin siewi u ta’ valur għal ħajtek. 2. Evita tpaċpiċ bla bżonn. 3. Il-kliem ħelu ta’ min iqaraqq, jikxef x’għandu ġewwa qalbu. 4. Hemm żewġ modi ta’ għarfien. Dak akkwistat mill-kotba jew bit-tgħalim jissejaħ paroksa. Dak li jmur lil hinn u jiġi akkwistat wara esperjenza diretta tal-verita` jissejjaħ aparoksa. 5. Il-Veda jgħidulna li kollox hu perfett. Brahman hu perfett, m’hemmx ieħor bħalu Ekam Sat.
© 2021 C.J. Muscat
354
Ekam Sat Satsang 18
yogash citta-vritti-nirodha˙ Il-Yoga sseddaq l-attività mentali.
Yoga Sutra 1.2
1. Wettaq id-dover tiegħek b’qalbek kollha, mhux biex takkwista xi merti fi żmien qrib jew fi żmien imbiegħed. 2. Min jimxi fit-triq tad-dharma, bla ma jgerger xejn, sinċier f’għemilu, ikun ħieles min-nuqqasijiet. 3. Min jimxi fit-triq tal-adharma, jikkritika u jgerger, deluż fuq kollox, ikun l-kawża tas-sofferenzi tiegħu stess. 4. Kull ma twettaq għamlu bħala offerta, l-għajnuna li toffri, iddoveri tiegħek, l-uġiegħ u s-sofferenzi ukoll. 5. Min għandu menti mferrxa, m’għandux kwiet. 6. Kull min jitwieled jeħtieġ imut mill-ġdid. Kull min imut, jeħtieġ jitwieled mill-ġdid. Toqgħodx titnikket għal dak li ma jistgħax jiġi evitat. 7. Hekk kif il-bniedem jarmi l-ħwejjeġ qodma u jilbes ħwejjeġ ġodda, il-jivatman jarmi l-ġisem qadim u jilbes ieħor ġdid. 8. It-terminu bis-Sanskritt Brahman ma jfissirx Alla, ma jitkellimx fuq entità maskili li tiġġudika u tikkastiga jew xi entità li tinsab f’taqbida eterna mat-tieni entità rivali. 9. Brahman Wieħed, m’hemmx it-tieni.
355
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Satsang 19
murkhasya panca cihnani garvo durvacanam tatha krodhasica drdhavadasca paravakyesvandarah Min hu bla għaqal għandu ħames tendenzi: jirrabja, jargumenta, jqarraq bi kliemu, jinjora l-opinjoni tal-oħrajn u għandu tendenza għal l-vanità. 1. L-għodda tal-ahamkara, il-jien magħmul, l-ego, huma tnejn: li jaħbi u li jostor il-verita. 2. F’moħħ imdallam insibu distrazzjoni u delużjoni li jostru l- jien veru. 3. L-ahamkara jgħid: ‘Din jien għamiltha’. L-għaref jibqa’ fommu sieket, jaf li prakriti twettaq kollox. 4. Fost il-għonja bil-ġid, l-aktar għani hu min joffri għajnuna b’imħabba. 5. L-arroganti jkun mogħni wkoll bil-ġid, iżda joffri x’aktarx biex jidher. 6. Li tfittex sodisfazzjon billi tieħu dak li hu ta ħaddieħor, tispiċċa fin-niket u sofferenzi bla ma tgawdi xejn. 7. Ir-rabja tkerrah il-wiċċ u tnikket il-qalb. M’hemmx għadu akbar mir-rabja li toħroġ minn ġewwa fina stess. 8. Kollox Brahman, kollox jgħix fi Brahman. Xejn minn Brahman ma jista’ jitnaqqas, jintrema, jinqered jew jitwarrab lil hinn imbiegħed għax Hu bla limiti, m’hemmx it-tieni. Jinsab f’kollox, kollox jinsab fih, kollox jirtira għandu, xejn u ħadd ma jitwarrab.
© 2021 C.J. Muscat
356
Ekam Sat Satsang 20
etadapi gamisyati Din tgħaddi wkoll. 1. Ikun ferm tajjeb li tgħasses lilek innifsek. Għasses ir-rabja li tinsab ġewwa fik. Bla kontroll, tista’ teqirdek. 2. Liema hi it-triq it-tajba? Li ma toqtolx il-ħajja hi l-aħjar triq tas-sewwa. 3. M’hemmx blugħa akbar min dik li tixtieq il-frugħat li toffrilek id-dinja, daqslikieku ser iservuk għal dejjem. 4. X’għemejjel ta’ l-għaġeb id-dinja toffri! il-bieraħ kien bniedem, illum m’għadux. 5. Il-bniedem ma jafx jekk hux ser jgħix sa mument ieħor, iżda ħsibijiet għandu kemm jixtieq. 6. Il-mewt bħal kieku raqda twila. It-twelid bħal kieku qomt mill ġdid. 7. Hekk kif tgħix ġo dar għal ftit taż-żmien, hekk ukoll ir-ruħ tfittex kenn temporanju. 8. Il-prattika tal-vippassana mhux vjaġġ intellettwali iżda esperjenza personali tiegħek innifsek. 9. Inħallu ħsibijiet nobbli jiġu għandna minn kullimkien. 10. Il-Veda huma teżor t’għarfien kif ukoll strument t’għarfien.
357
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Satsang 21
satyena dharyate prthvi satyena tapate ravih satyena vati vayusca sarvam satye pratisthitam Is-setgħa tal-verità tmexxi d-dinja, ix-xemx tiddi, jonfħu lirwiefen, kollox jitmexxa bis-setgħa tal-verità. 1. Min m’għandu ebda xewqat, m’għandu ebda niket. Fejn hemm ix-xewqat, hemm niket bla tarf. 2. In-natura tax-xewqat hi li qatt ma tieqaf tixxennaq u titlob aktar. Hekk kif tieqaf titlob għall aktar, tkun wasalt filkuntentizza eterna. 3. Insibu żewġ toroq x’nagħżlu. Waħda hi li takkumula il-ġid. L-oħra hi li tfittex id-dawl tal-verità. 4. Min jisma’ b’attenzjoni u jistudja bir-reqqa, ma jlissen ebda kelma qabel ma jkun fehem tajjeb. 5. Il-Katha Upanishad jgħidulna li Brahman mhux possibbli li jkun irrealizzat bl-istudji jew bit-tagħlim. 6. Brahman ikun irrivelat lil min ifittxu ġewwa fih stess. 7. Min m’għandux kontroll fuqu nnifsu, m’għandux il-paċi fih innifsu, moħħu mimli dubji, imħawwad, ma jista’ qatt jirrealizza Brahman, minkejja li moħħu mimli bit-tagħlim kollu tad-dinja. 8. Il-Veda jgħidulna li hekk kif in-nar jieħu forom differenti skont f’liema materjal jidħol, hekk ukoll Brahman jieħu suriet differenti għalkemm Hu jibqa’ Wieħed.
© 2021 C.J. Muscat
358
Ekam Sat Satsang 22
Sarvam atman pasyati. L-Atman jinsab f’kollox. Brihadaranyaka Upanishad 1. Hekk kif min hu nieqes mill-għarfien jintrabat ma’ kull azzjoni li jwettaq, min hu għaref iwettaq kull azzjoni bla ebda rbit. Jixtieq biss il-ġid ta’ kulħadd. 2. Matul iż-żminijiet ferm wara l-Veda, ir-reliġjonijiet bdew jużaw diversi kelmiet: Alla, God, Deus. Kliem b’tifsiriet diversi, ibbażati fuq dwaita, (duwalità), kollox bi tnejn jew aktar, il-jien distint. 3. Bhakti Yoga prattika fejn l-aspirant ifittex biss l-Infinit. Jixxennaq biss għal Imgħallem Divin. Timlik bil-ferħ u hena bla qies. Asakti prattika li tfittex biss akkwisti, pjaċiri u il-frugħat li toffrilek id-dinja. Timlik bin-niket u sofferenzi bla qies. 4. ‘L fuq mis-sensi, hemm il-moħħ, lil hinn mill-moħħ hemm lintellett, lil hinn mill-intellett hemm l-Atman, ‘l fuq mill-Atman hemm il-Paramatman. 5. It-tagħlim li qatt jispiċċa, huwa bla valur. M’hemm ebda akkwist li jiżboq it-tagħlim. Sad darshana sitt filosofiji jew aħjar perspettivi, ħarsiet, skejjel ta ħsieb, li jitkellmu dwar il-Veda. Dawn huma: nyaya, vaisesika, sankhya, yoga, karma mimamsa, u il-vedanta. 6. Il-Veda Dharma patrimonju dinji tal-umanità. Tferrxet maddinja kollha mill-Indja, bl-aktar mod spontanju u naturali bla ebda fundatur. Qatt ma kien hemm fundatur u lanqas ma nsibu mexxejja jew struttura li tikkontrolla jew tippropaga l-Veda Dharma. Tibqa’ tinfirex b’mod spontanju. Ma teskludi lil ħadd.
359
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Satsang 23
Esa prajapti yad hrdayam. Hu jinsab ġewwa l-qalb tagħna lkoll. F’din qalbi wkoll jinsab Hu. Brihadaranyaka Upanishad 1. Min ikun għajjur flok ikun ferħan bil-ġid tal-oħrajn, jgħix ħajtu mnikket. L-għira tkun l-akbar għadu tiegħu stess. 2. Min ixerred qlajja’ fuq in-nuqqasijiet tal-oħrajn, xi darba jinkixfu in-nuqqasijiet tiegħu wkoll. 3. Samadhi: miġbur fil-paċi u l-kwiet tal-qalb. Ħieles min kull xewqat. Meħlus mid-dlamijiet tal-injoranza li twassal biss għall-biża’ u thewdin tal-moħħ. Igawdi stat imdawwal ta unita` u ferħ bla tarf. Sod f’kull sitwazzjoni tal-ħajja. 4. X’jiswa lil min għandu ħafna, li ma jkunx hawn min jitlobhom l-għajnuna u jqassmu ftit minn ġidhom? 5. Duwalita` tnissel għarfien ibbażat fuq il-pari opposti, fuq distinzjoni bejn Alla u l-kreazzjoni. Insibu rakkonti, sagrifiċċji, wegħdi, talb, għall-maħfra fost bosta twemmin duwalistiku. 6. Insibu talb għall-ħniena, sabiex jingħata rigal tal-merti li nkunu wettaqna. Bosta qed iħarsu lejn dan it-twemmin bħala mitoloġija. 7. Il-kelma Alla nsibuha fil-lingwa Għarbija. Tajjeb ninnutaw li l-kelma Alla tfaċċat eluf ta’ snin wara l-kelma Brahman.
© 2021 C.J. Muscat
360
Ekam Sat Satsang 24
yatha hyalpena yatnena cchidyate tarunastaruh sa eva tipravrdhdastu cchidyate’ tiprayatnatah evameva vikaro pi tarunah sadhyate sukham vivrdhdah sadhuate krchradasadhyo va pi jayate Xitla li qed tnebbet, faċli li tqaċċatha. Aktar ma tikber, mhux faċli li tqaċċatha. Marda jeħtieġ tfejjaqha malajr. Aktar ma taħkmek, aktar iddgħajfek. 1. Qabel kull għemil, hemm intenzjoni. L-iskop talintenzjoni għandu jkun fuq li jitwettaq l-għemil u xejn aktar. Tkunx bħal dak li jistenna jakkwista xi grazzji bħala rigal ta’ għemilu. 2. Wettaq id-doveri tiegħek bil-qalb, mhux x’ser takkwista. 3. Li tiġi f’kuntatt ma persuna jnani inissel ferħ u hena. Meta jkompli fi triqtu, tinduna li ħsibijietek huma ferm imdawla u qalbek mimlija paċi. 4. Liema duwwa tfejjaq il-ġisem ta’ min twieled sinjur li tilef kull rispett? 5. Il-moħħ jibqgħa jberren waqt li nkunu qed nippreparaw l-ikel. Meta tkun qed tħawwad, taħmi u tipprepara, l-ħsibijiet jibqgħu għaddejjin. Il-ħsibijiet joħolqu ċerti enerġiji. L-effett tal-ħsibijiet jinfluwenzaw kemm l-ikel u kif ukoll lil min ser jiekol l-istess ikel. 6. Il-mewt bħall raqda, it-twelid qawmien mill-ġdid.
361
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat Satsang 25
Inti biss l-aqwa ħabib tiegħek innifsek. Inti biss l-akbar għadu tiegħek innifsek. Bhagavad Gita 6.5 1. Ma jidhirx bl-organu tal-għajn, mhux viżibbli bħal oġġet li ghandu forma. Meta l-intellet jitnaddaf minn kull dubbju billprattika tal-meditazzjoni, jkun rrivelat li Hu bla tmiem. 2. Ġurnata tkejjel il-ħin, min jgħaraf il-verità jinduna li ġurnata bħal serrieq li qed iqaċċat is-siġra tal-ħajja. 3. Ħajjitna tikkonsisti min numru ta’ snin, ġranet, kif ukoll ħeġġa u enerġija. Jaqbel li nagħmlu użu tajjeb tal-ħin u nkunu attivi bla ma nitilfu xejn. 4. Il-Veda tinkoraġġik issegwi d-Dharma tiegħek, tirrispetta ttwemmin tiegħek, tirrispetta kull reliġjon. 5. Il-Yoga hi fenomenu li jiffjorixxi mill-qalb tal-bnedmin b’mod spontanju u naturali. Ma nsibu ebda fundatur u lanqas bżonn ta’ struttura. 6. Il-Yoga mhix xi sistema ta’ twemmin, tinkludi lil kulħadd u ma teskludi lil ħadd. 7. Il-Veda Dharma tiċċelebra l-Ħajja. 8. Tawgura l-unità tal-umanità bħala familja waħda.
© 2021 C.J. Muscat
362
Ekam Sat
Kull effett viżibbli għandu kawża inviżibbli. Waħda mis-sentenzi li nsibu fil-Bhagavad Gita (5.5) tgħidilna Yah pasyati sa pasyati. Min esperjenza l-verità, jara dak li min jinjora l-verità ma jarax. Min hu sensittiv jifhem dak li min mhuwiex, ma jistax jifhem. Min hu matur, jara dak li min mhuwiex, ma jistax jara. Min hu tamasiku, ma jarax it-tjubija ta’ madwaru. Min esperjenza l-verità, jara dak li bosta le jaraw. Għaliex qed nikkwotaw din is-sentenza? X’inhi l-kawża inviżibbli ta’ kull ma jseħħ kuljum f’ħajjitna? X’hini lkonoxxenza? X’hini il-verità tal-verità? Michio Kaku isostni li nkitbu aktar minn ħamsa u għoxrin elf teorija dwar il-konoxxenza, iżda mingħajr ebda konklużjoni. Il-Veda titkellem dwar Brahmavidya, ix-xjenza li titkellem propju dwar il-konoxxenza. Tajjeb niftakru li l-kitbiet tal-Veda fosthom ilBhagavatam Purana, il-Mahabharata u l-Bhagavat Gita nkitbu aktar minn ħamest elef sena ilu. Insibu referenzi astronomiċi filManvañtara għall-kreazzjoni tar-razza umana, li jiddeskrivu aktar minn wieħed u sebgħin yuga, 308,448,000 sena. Kitbiet li jimlew enċiklopediji, ikkalkolat li jikkonsistu minn erba’ mitt elf sloka. Insibu referenza għaż-żminijiet oskuri tal-Kali Yuga ddominati minn tendenzi asura. Il-kożmoloġija tal-Veda tgħidilna li l-Kali Yuga huwa r-raba’ ċiklu tal-univers. Żmien laktar tamasiku, li jwassal fi pralaya, meta l-eżistenza tirtira, isseħħ trasformazzjoni u l-kożmos jibda ċiklu ġdid. Matul iżżminijiet, prakriti twettaq siddhi straordinarji. Prakriti kontinwament iżżomm bilanċ tal-ekosistemi fuq din il-pjaneta sabiex issostni kull speċi ta’ ħajja. Ċertament li leffetti viżibbli li jseħħu, ma jseħħux b’kumbinazzjoni. Kull effett viżibbli għandu kawża inviżibbli. Xejn ma jseħħ minn xejn jew għal xejn.
363
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat
Fil-bidu għidna li min hu sensittiv, jifhem dak li min mhuwiex, ma jistax jifhem. Ix-xjenzi josservaw li matul dawn laħħar ħamsin sena, l-attività kollettiva tal-bnedmin kienet ilkawża li qerdet aktar minn nofs il-popolazzjoni tal-mammiferi, għasafar, ħut, kif ukoll rettili li huma interdipendenti għassopravivenza kollettiva tal-Ħlejqiet kollha. Esperti ilhom iwissu li l-qerda tan-natura laħqet livelli ta emerġenza tant, li ċ-ċivilta umana qed tbati l-konsegwenzi. L-umanità qeda tbati lkonsegwenzi għax qed tinjora il-verità. Kull bniedem maħkum mill ahamkara, il-jien magħmul. Mimli vasanas aktar tamasiki milli tendenzi sattviki. Maħkum min asura sampada aktar milli mżejjen b’tendenzi daiva sampada. Min hu matur, jara dak li min mhux, ma jistgħax jara. Jidher li il-parinama tieħu xeħtiet diversi (micro vitum) sabiex ikun ta’ katalist u jinżamm bilanċ ekoloġiku madwar iddinja kollha. Żminijiet li għalkemm jidhru katastrofiċi, iżda kull bidla, kull effett viżibbli għandu kawża inviżibbli. Ċertament huma żminijiet ta sfida għall-umanità. Min hu sensittiv jifhem dak li min mhux ma jistax jifhem. Żminijiet li l-umanità jeħtieġ timmatura u tieqaf mill-ġirja aggressiva għal akkwisti u pjaċiri bla rażan, akkost ta’ danni f’kull parti tad-dinja. Jeħtieġ li lbniedem jinbidel u jilqa’ l-isfidi li jitfaċċaw minn żmien għal żmien b’aktar għaqal. Ċertament li kull bidla taħt xeħta jew oħra, isservi ta’ katalist, sabiex jiġi restawrat l-bilanċ ta’ prakriti, sabiex l-eżistenza tibqa fit-triq tad-dharma. Fil-preżent, bdew jidhru diversi sinjali pożittivi fid-dinja bħal klima aktar nadifa, inqas qerda ta ħlejqiet kemm fuq l-art kif ukoll tal-ibħra. Il-bniedem donnu qed japprezza il-preparazzjoni ta’ ikel frisk u mhux proċessat, qed japprezza l-ħalib frisk, qed ikollu aktar kuntat fil-kwiet mal-familja. Qed niskopru talenti moħbija li hemm ġewwa qalbna, nisimgħu lil xulxin, nieklu filkwiet, infittxu aktar is-sempliċita` fil-ħajja. Jeħtieġ li l-bnedmin jitgħallmu jirrispettaw in-natura, u mhux jaħkmu in-natura. Il-Ħlejqiet qegħdin hawn magħna, għandhom dritt għal ħajja sabiex iwettqu d-dharma tagħhom, ukoll bħalna. © 2021 C.J. Muscat
364
Ekam Sat
Il-Veda tgħidilna la toqtolx il-ħajja. Ahimsa la toqtolx ilħajja, hu l-ogħla virtù. Id-dharma tal-annimali hi l-ħajja u għalhekk min joqtol il-ħajja qed imur kontra d-dharma. Għal bosta mijiet u eluf ta snin, il-bniedem abbuża minn natura, qered foresti, ħakem l-ibħra, qered bosta annimali kemm għal konsum kif ukoll bħala sagrifiċċji. L-umanità qed tinjora l-verità. Maħkuma mill-biża, daħlet fiha nfisha, bosta issakru ġewwa. Maħkuma mid-dlam talinjoranza. Ma tafx fejn sejra. L-umanità tinfixel quddiem ilbidliet li jseħħu madwar id-dinja kollha. Matul iż-żminijiet lumanità injorat id-dharma tagħha stess, injorat id-dharma talunivers, marret kontra d-dharma universali. Qegħda miexja fittriq tal-adharma, fit-triq tal-qerda. Dawn huma żminijiet ta’ sfida għall-umanità. Jeħtieġ li l-umanità tistenbaħ, tammetti li naqset bil-kbir lejn prakriti, jeħtieġ tinbidel. Eluf ta’ xjentisti madwar id-dinja kontinwament iħabblu rashom quddiem imqar l-iċken virus, li żgur ma jitfaċċax b’kumbinazzjoni. L-ayur veda tgħidilna li qabel ma tifhem ilkawża ma tistgħax jinstab il-fejqan. Tista’ biss ittawwal jew tnaqqas is-sintomi, iżda ’l quddiem fiż-żmien jitfaċċaw taħt sfidi akbar. Jeħtieġ li l-umanità tikkoopera man-natura, tiftakar x’hini d-dharma tal-bniedem, timxi fit-triq tad-dharma. Issegwi u tagħraf li l-attività kollettiva tal-umanità, jeħtieġ tinbidel, jeħtieġ tirrispetta kull ħajja. Jeħtieġ li l-umanità tinduna x’inhu l-iskop glorjus talbniedem. Jeħtieġ umanità ġdida li tirrispetta l-ħajja, li twettaq kollox b’rispett lejn id-dharma universali, li tafda l-univers, li tiċċelebra l-ħajja bħala familja waħda. Jeħtieġ li sseħħ trasformazzjoni tal-bniedem il-qadim fil-bniedem il-ġdid. C. J. Muscat 20/12/2020
365
© 2021 C.J. Muscat
© 2021 C. J. Muscat
Ekam Sat
Werrej Introduzzjoni xii Preżentazzjoni, kontenut u ħarsa ’l quddiem L-Ewwel Sezzjoni Werrej Ġabra ta’ testi prattiċi, mislutin mill-Veda Dharma Introduzzjoni It-Tieni Sezzjoni Preżentazzjoni, kontenut u ħarsa ’l quddiem
Ġabra ta’ riflessjonijiet, ispirati mill-Veda Dharma
1
259 vii
L-Ewwel Sezzjoni It-Tielet Sezzjoni Ġabra ta’ testi prattiċi, mislutin mill-Veda Dharma
313 1
It-Tieni Sezzjoni Ġabra ta’ riflessjonijiet, Ir-Raba’ Sezzjoni ispirati mill-Veda Dharma
254 337
It-Tielet Sezzjoni Ġabra ta’ informazzjoni addizzjonali
306
Informazzjoni addizzjonali, werrej dettaljat Kompendju – Satsang, mappa tal-ktieb
Antoloġija ferm ċkejkna li tiddeskrivi fil-qosor diversi prattiki u riflessjonijiet li nsibu fit-tagħlim irrivelat lir-Rishi aktar minn għaxart elef sena ilu, miġbura fil-kitbiet tal-Veda Dharma. Liskop ta’ din l-antoloġija hu li tgħaddi mhux biss informazzjoni iżda esperjenza tal-Veda. Tipprova tippriserva u tressaq qrib ilqarrej il-prattiki offruti mill-Veda sabiex il-qarrej igawdi l-paċi bil-qalb u l-hena traxxendentali filwaqt li jgħix l-isfidi li dejjem toffrilu l-ħajja. Nitkellmu dwar il-kelma li sawret l-eżistenza, lofferta ta’ mħabba, il-barka eterna, l-elementi universali tależistenza, iż-żifna tal-ħajja, l-unità tal-ħajja, il-jien magħmul, liżball oriġinali, in-nuqqas t’għarfien, in-niket u s-sofferenzi, ilperċezzjoni duwalista, l-għarfien tal-falz u tal-veru, il-bidliet u lostakli, il-prova tal-għerf dwar il-ħajja, baħar ta’ żbalji u qerq, realtà waħda, unità fil-multipliċità, viżjoni unifikanti, il-kontribut tal-Veda lill-umanità, prattiki tal-Yogamarga applikabbli filħajja, l-esperjenza diretta tal-verità, l-esperjenza ta’ ferħ bla qies matul il-ħajja għal dejjem.
367
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat
L-Ewwel Sezzjoni
Ġabra ta’ testi prattiċi, mislutin mill-Veda Dharma
Il-lingwa tal-Qalb
3
Il-Veda ġew irrivelati lir-Rishi
6
Il-Vibrazzjoni Eterna
10
Ir-Rishi li rċivew il-Veda
11
Realtà Waħda, m’hemmx it-tieni
13
It-Triq tal-Unità
18
Yoga Vashishta
20
Swara Yoga
21
Laya Yoga
22
Kundalini Yoga
23
Tantra Yoga
23
Kriya Yoga
23
Patanjali Yoga
24
Ayur Veda
24
Raja Yoga
25
Hatha Yoga
26
Bhakti Yoga
26
Siddha Yoga
27
Jnana Yoga
27
Nada Yoga
28
© 2021 C.J. Muscat
368
Ekam Sat
Chakra Yoga
29
Muladhara chakra
30
Svadhisthana chakra
31
Manipura chakra
31
Anahata chakra
32
Vishuddha chakra
33
Ajna chakra
33
Sahasrara chakra
34
Astanga Yoga
35
Yama
35
Niyama
36
Yogasana
36
Pranayama
38
Pratyahara
40
Vicharana
42
Dwaita u Adwaita
44
Vritti, vasana, karma, samsara
49
Vritti u Triguna
54
Asato Ma Sadgayama
56
Jnana Kanda
57
Neti... Neti...
61
L-erba’ ħiliet
62
Il-Veda - dejjem relevanti
65
369
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat
L-erba’ sentenzi
68
L-erba’ għanijiet tal-ħajja
71
L-għan prinċipali tal-ħajja
74
Iljuni maqbudin fil-magħluq
75
Il-ġisem strument meraviljuż
76
Il-ħames saffi
79
Annamaya kosha
79
Pranamaya kosha
80
Manomaya kosha
80
Vijnanamaya kosha
81
Anandamaya kosha
81
L-għodda tal-ħsieb
83
L-għarfien tal-verità
87
Impressjonijiet li jxekklu
89
Il-jien maħluq
90
Viżjoni ċara
91
It-triq tas-sewwa
94
Żewġ tipi t’Għarfien
97
Sejħa għall-Paċi
99
Rispett bejn l-imgħallem u l-aspirant 102
Sitt Virtujiet 106
Mhix suġġetta għall-opinjoni 109
Prakriti – Purusha 111
© 2021 C.J. Muscat
370
Ekam Sat
Ċelebrazzjoni tal-Ħajja 117
L-erba’ strumenti 123
Il-prattika tas-silenzju 124
Il-bidla li tirregola l-ħajja 127
L-ostakli li jwasslu għal tbatija 134
Ikel li jirrispetta l-ħajja 138
Sanatana Dharma 144
Kif ser tispjega? 149
Il-Purana 152
Baħar ta’ żbalji u qerq 156
Xjenza, Reliġjon u l-Veda 160
Viżjoni diretta tal-Verità 162
Mantrayoga 164
Il-Ħażen u t-Tajjeb 170
Tirrepeti fil-kwiet u bil-qalb 174
Stat meditattiv qabel l-irqad 176
L-irqad u l-ħolm 178
Prova tal-għerf dwar il-ħajja 184
Il-Ħajja u l-Mewt 191
Kontribut tal-Veda lill-umanità 195
Il-Konoxxenza hi l-bażi tal-eżistenza 199
L-għarfien li jdawwal il-verità 202
L-Għanja tal-Infinit 206 371
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat
Kontenut tal-Bhagavadgita 210
Doni straordinarji 219
Il-Yoga tan-Niket u s-Sofferenzi 225
Jaf li hu mbierek u mimli hena 233
Fittex biss l-Imgħallem Divin 237
Siltiet mill-kitbiet Veda Dharma 239
Siltiet meħudin minn Shiva Purana 243
Atma Vichara 244
Il-Vedanta applikata fil-ħajja 249
© 2021 C.J. Muscat
372
Ekam Sat
It-Tieni Sezzjoni
Ġabra ta’ riflessjonijiet ispirati mill-Veda Dharma
Hari Om 259
Il-Liila tal-Ħolqien 260
Nerħi nifsi fl-Infinit 260
L-iskop tal-ħajja x’inhu? 261
Iljuni maqbudin fil-magħluq 262
Ahimsa - La toqtolx il-Ħajja 263
Sitt bidliet 264
Drawwa tajba 264
Dawl dehbi 265
Jirrepeti l-istess żball 266
Tensjoni tal-ħajja 267
Kollox iseħħ 268
Il-leġġenda tas-Siġra 269
Is-Sigrieti tal-Ħajja 269
Il-Ħlejqiet 270
L-arti kif tgħix bil-għaqal 271
Parir sabiex tgħix aħjar 274
Għożż tajjeb dan il-jum 276
Int ħlejqa tal-paċi 276
Il-Prana hi l-Ħajja 277 373
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat
Tajjeb li tagħmel it-tajjeb 277
Niddistingwu 278
Dawwar ħarstek 279
Il-moħħ jinfetaħ 279
Talba waħda biss 280
Għalik ukoll 280
Il-Ħajja tkun ħajja bl-imħabba 281
Inħallu lil kulħadd jiġi għandna 282
Jeħtieġ nimmeditaw 282
Faċli li tinduna 283
Nibdew mill-ġdid 283
It-tifel u s-siġra tat-tuffieħ 284
Fil-mumenti ta’ Sadhana 287
Iż-żejjed imbidded 288
Il-Ħajja Nifs Qaddis 289
Strieħ fuq l-art ħanina 290
Xejn ġdid 290
Dejjem jixxennaq 291
Fid-dinja ssaltan il-paċi 291
Tfittex soluzzjoni 292
Tfewwaħ lil kulħadd 292
Satyam Shivam Sundaram 293
Il-Jien u l-Atman 294
© 2021 C.J. Muscat
374
Ekam Sat
Ħadd m’għandu jsofri 294
L-esperjenzi tal-ħajja 295
Bil-prattika 295
Tama u Entużjażmu 296
Skont ma taħseb, inti tkun 297
Ftit mumenti 298
Jirriflettu 299
Inxettlu biss ħsibijiet tajba 300
Tvam-Eva Maataa 301
Kollox jinbidel 302
Il-Ħajja hi waħda 303
Darshan 304
Kollox espressjoni ta’ Satyam 305
Din hi r-realtà? 306
Vijnana yoga 307
L-għażla f’idejk 308
Id-Dinja familja waħda 309
O Bniedem 310
375
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat
It-Tielet Sezzjoni
Ġabra ta’ informazzjoni addizzjonali
Il-Yoga rigal tal-Indja lill-Umanità 313
Il-Jum Internazzjonali tal-Yoga 315
Kelmtejn tal-Għeluq 317
Lista t’awturi li kkwotajna 318
Fil-Qosor 319
Lista ta’ kliem bis-Sanskritt 320
Kwotazzjonijiet mill-Veda Dharma 325
Lista ta’ kotba 326
Taqsimiet tal-Veda 328
Tabella taż-Żmien 328
Tabella Gwida 329
© 2021 C.J. Muscat
376
Ekam Sat
Ir-Raba’ Sezzjoni Kompendju – Satsang
Satsang - Ninġabru Flimkien 337
Satsang 1 338
Satsang 2 339
Satsang 3 340
Satsang 4 341
Satsang 5 342
Satsang 6 343
Satsang 7 344
Satsang 8 345
Satsang 9 346
Satsang 10 347
Satsang 11 348
Satsang 12 349
Satsang 13 350
Satsang 14 351
Satsang 15 352
Satsang 16 353
Satsang 17 354
Satsang 18 355
Satsang 19 356 377
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat
Satsang 20 357
Satsang 21 358
Satsang 22 359
Satsang 23 360
Satsang 24 361
Satsang 25 362
Kull effett viżibbli għandu kawża inviżibbli 363
Mappa tal-Ktieb 380
© 2021 C.J. Muscat
378
Ekam Sat
Ħajr Lill-qarrejja li qasmu kelmtejn t’apprezzament kritiku, dwar l-ewwel edizzjoni tal-ktieb
Ekam Sat Kelmtejn fil-qosor kif ukoll oħrajn li jħeġġu aktar analiżi. Hawn miġbura f’dawn l-aħħar folji, bħala stedina għall-qarrejja li għad jiltaqgħu ma’ dan il-ktieb.
Pranam Charles J. Muscat 25 ta’ Mejju 2021
379
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat
Kelmtejn mill-qalb lill-ħabib kbir tiegħi Charles. Dan il-ktieb hu ittra/mera fi żmien meta d-dinja tagħna hija tant mhedda minn kullimkien, speċjalment mill-bniedem li tilef kull sens ta’ kif jieħu kura tagħha. Huwa ittra ġejja mill-passat għalina, llum, li qed ngħixu tant żminijiet imqallba u mwiegħra. L-ispirtu dinji, li tant tkellem fuqu l-filosfu bravu Hegel qam mill-ġdid permezz ta’ dan il-ktieb li l-ħabib kbir tiegħi u ta’ ħafna, Charles Muscat, b’ħila li ma bħalha, qiegħed iressaq quddiemna għat-tieni darba. Huwa mera mingħajr xbiha quddiemha li fl-istess ħin fiha kollox; bħal l-arti Dada. Ekam Sat għalkemm ġej minn żminijiet tant ’l bogħod minna; fl-istess ħin hu tant viċin. Għax is-sens ta’ żmien u ħin fl-Orjent donnhom għandhom seħer li jibqgħu mdakkra mill-preżent. Dan il-ktieb huwa kapulavur fil-Melitensia. Mill-fond ta’ qalbi nħeġġeġ kemm nista’ nies li jaqraw dan il-monument, issa fil-kelma Maltija. Il-bqija, gawdu dan il-ġmiel imsaħħar fis-skiet u l-ħemda fejn jitkellem u jgħajtilna l-ispirtu. U dak li ġie l-bieraħ jibqa’ l-lum. Nifraħlek Charles. Karl Borg Academic Director St Thomas Institute, Floriana Kull paġna li tqalleb fil-ktieb Ekam Sat, li qed joffrilna l-ħabib tiegħi Charles, issib tagħlim prattiku li jista’ jgħinek f’kull aspett talħajja. Jagħtik għarfien spiritwali li tista’ tesperjenza u tgħixu fil-familja u fil-komunità. Dan il-ktieb iwassal xelta ta’ metodi prattiċi sabiex ngħixu tassew l-unità fid-diversità. Min jipprattika l-yoga żgur li jsibu utili sabiex iwessa` l-konoxxenza tiegħu. Min qatt ma qara dwar ilVeda, tajjeb li jaqra sabiex jiskopri dimensjonijiet l-ilhin mir-realtà apparenti. Matul l-għerbin sena nipprattika il-yoga, sibt kitbiet dwar il-Veda b’diversi lingwi. Issa nistgħu napprezzaw dan it-tagħlim bilMalti wkoll. Ekam Sat miktub bil-Malti li jiftiehem għal kull min jixtieq l-aħjar fil-ħajja. Il-bniedem għaddej min żminijiet ta’ tensjoni, iżolament u sofferenzi. Dan il-ktieb jgħinek tifhem aħjar is-sitwazzjoni preżenti li ninsabu fiha. Il-prattika tal-pranayama u metodi oħra li nsibu f’dan il-ktieb, huma ferm ta’ siwi għal saħħitna. Kont min ta’ l-ewwel nattendi Ċentru Yoga Tignè u niftakar il-fuljett ‘Saħħtek kollox’ li wassal dan il-messaġġ lil bosta. Edward Borg Għalliem tal-Yoga © 2021 C.J. Muscat
380
Ekam Sat
Dal-ktieb Ekam Sat, joffri lill-qarrej ħjiel ħafif tal-għerf li nsibu f’waħda mill-filosofiji l-kbar tad-dinja, jekk bil-kelma ‘filosofija’ nifhmu riflessjoni fuq in-natura tar-realtà, il-post li jokkupa l-bniedem f’dik ir-realtà, u l-mod kif għandu jġib ruħu mal-ħlejjaq l-oħra li jdawruh. Il-Veda huma l-kitbiet sagri tal-Indja, miktubin bis-Sanskritt eluf ta’ snin ilu u meqjusin bħala wirt dinji tal-umanità. Dawn is-siltiet mill-kitbiet tal-Veda Dharma, maqlubin għall-Malti minn C.J. Muscat, u r-riflessjonijiet spirati minnhom, minbarra l-informazzjoni li jagħtu dwar kultura mbiegħda fil-post u ż-żmien, għandhom iservu wkoll, għallinqas fl-intenzjoni tal-awtur, biex iressqu lill-qarrej lejn il-prattika tat-tagħlim li joħroġ minnhom, u jwassluh biex japprezza ‘l-ispettaklu grandjuz’ tal-ħajja u tal-univers. Prof. Joe Friggieri Fakultà tal-Arti Università ta’ Malta Ekam Sat jiġbor fiħ tagħlim profond dwar kif il-bniedem għandu jgħix biex ikun f’unjoni miegħu innifsu u mal-ħolqien kollu. Jispjega fid-dettal il-prattiċi u l-għerf li għaddew lilna mill-qedem u li għadhom utli fil-ħajja sal-lum. Il-ħabib tieghi Charles flimkien ma’ martu Monica kienu bdew jagħlmu l-Yoga fiċ-ċentru ta’ Tignè xi erbgħin sena ilu. Il-fuljett ‘Yogalink’ kien jinforma lil kulħadd bl-attivitajiet fiċ-ċentru. Kont wiehed minn ta’ l-ewwel, flimkien ma bosta oħrajn. Il-prattika tal-Yoga għinitni ħafna matul ħajti. Sirt nagħraf u napprezza in-natura kif ukoll nieħu l-ħajja b’aktar għaqal. Skoprejt kif napplika l-yoga filprattika tar-reliġjon li nħaddan. Nirrikomanda l-qari ta’ dan il-ktieb għax fih ħafna valuri li l-bniedem għandu jħaddan. Il-kitba dwar dan is-suġġett, huwa l-ewwel wieħed li nkiteb bil-Malti. Grazzi Charles Victor Borg Student tal-Yoga
381
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat
Huwa rari li wieħed jiltaqa’ ma ktieb li jindirizza il-mistoqsijiet eżistenzjali - min jien? kif beda kollox? kif se jispiċċa kollox? Hu ferm aktar rari li wieħed jiltaqa’ ma ktieb li jindirizza dawn il mistoqsijiet bil-Malti u minn awtur Malti. Jekk wieħed jestrapola ’l ħafna kliem li jidher stramb għal widna, bil-lingwa Sanskritt, jirnexxielu issib ġawhar ta’ għerf fil-ktieb li qed jippreżenta l-ħabib tiegħi Charles. Jitkellem mhux dwar teorija, filosofija u mudelli, iżda joffri metodi prattiċi kif tgħix. Il-kapitolu dwar Ikel Satviku, hu espożizzjoni ċara u dettaljata għalfejn l-ikel veġetarjan hu fundamentali biex inżommu saħħitna, nevitaw moħqrija lejn l-annimali (ahimsa), rispett lejn il-Ħlejqiet kollha sabiex jiġi rispettat il-bilanċ ekoloġiku. Fis-snin tmenin, iċ-Ċentru tal-Yoga ta’ Tignè kien il-pijunier li ntroduċa f’Malta, l-valur ta’ ikel prodott tax-xemx, permezz ta’ klassijiet ta’ tisjir veġetarjan. Kien jitqassam ukoll il-fuljett ‘Saħħtek kollox’ flimkien mall-fuljett ‘Yogalink’. Bħala wieħed li studjajt filosofiji u prattiċi orjentali għal bosta snin, nirrakkomanda dan il-ktieb bħala gwida u manwal, matul il-ħajja tagħna fuq din id-dinja. Żgur li Ekam Sat hu gwida soda għal bosta aspetti tal-ħajja individwali, kollettiva kif ukoll kożmika. Ħajr lil ħabib tiegħi Charles. Mario Desira Għalliem tal-Yoga Dan il-ktieb Ekam Sat, laqatni kif qed iwassal it-tagħlim talVedanta bl-aktar mod sempliċi u bil-Malti. Nifhem li hu prattiku u ferm utili fil-ħajja ta’ kuljum. Ili nipprattika l-yoga, sa min meta bdejt nattendi ċ-Ċentru tal-Yoga f’Tignè. Kont nattendi wkoll sessjonijiet ta’ Satsang sabiex nifhmu aktar it-tagħlim tal-Veda flimkien. Niftakar ukoll il-fuljett ‘Yogalink’ li kien mezz ta’ kuntatt bejnietna. Konvint li l-yoga tgħin kull individwu, kemm fiżikament, mentalment kif ukoll spiritwalment. Il-ħabib tieghi Charles, qed joffri dan il-ktieb bla ħlas, sabiex jinqara minn studenti, għalliema u kull min iħobb jaqra bil-Malti u jixtieq jiskopri dimensjonijiet ferm elevati tal-eżistenza umana. Andrew Borg Għalliem tal-Mużika
© 2021 C.J. Muscat
382
Ekam Sat
Ekam Sat, ir-Rejaltà Ewlenija, tkun dik li tiddikjara l-kultura Sanskrita bikrija, u b’mod partikolari l-Advaita Vedanta, l-għerf nonduwalista (mhux mifrud) tal-Upanixad u l-Veda. Niżżu ħajr lis-sur Charles J. Muscat, li qed joffri ‘l qarrejja bil-Malti dan il-bukkett ward-il għerf miżgħud b’uħud mill-aktar ħsibijiet għonja tal-bniedem, ikun min ikun. Dan mhux biex jinħoloq xi twemmin ġdid imma biex it-twemmin (ikun x’ikun) li tħaddan, tkun tista’ tieħdu lilhemm mill-fantażija u tħaddmu biex tgħarfu fit-tiġrib innifsu tal-ħajja, ta’ ħajtek jum b’jum. L-għan tal-kultura Sanskrita mela, miġbura b’reqqa liema bħala u b’dedikazzjoni sħiħa f’din il-pubblikazzjoni bil-Malti ta’ Charles, ma tkunx il-konversjoni imma l-għarfien sħiħ ta’ dik li hi r-Rejaltà Ewlenija (l-Ekam Sat) li tkun is-sisien ta’ x’jagħmilna bnedmin, aħna min aħna. Grazzi Charles. Prof. Michael Zammit Fakultà tal-Arti Università ta’ Malta Ix-xogħol tal-ktieb Ekam Sat huwa xogħol kbir ta’ l-imħabba qawwija li l-ħabib tiegħi Charles dejjem kellu għall-Veda Dharma. Flaħħar għandha manwal bil-Malti fuq l-għerf mistiku dwar it-tagħlim tal-Veda. Għalija kienet esperjenza qawwija ħafna peress li jiena min dejjem interessajt ruħi fix-xogħol ta’ Fr. Bede Griffiths. Barra li għext fl-Ashram tiegħu li jismu Saccidananda (Foresta tal-Paċi), jien imxejt mat-tagħlim tiegħu li l-verità hija waħda. Hu jiddeskrivi li irreliġjonijiet huma is-swaba ta’ l-id. Meta inti tidħol fil-fond u tinżel fil-pala ta’ l-id, huma jsiru ħaġa waħda. Dak li għamel Charles bil-Malti jħabbatha sew mal-ġabra ta’ ħsibijiet li Bede Griffiths kien kiteb filktieb ‘Universal Wisdom’. Il-mod ta’ kif Charles qassam il-ktieb jgħin ħafna biex il-qarrej ikun jista’ jsegwi u jesperjenza l-għerf tal-Veda Dharma. Il-ġabra kbira ta’ dettalji li Charles irnexxilu jiġbor fit-tlett sezzjonijiet tal-ktieb jgħinu il-qarrej biex jagħmel esperjenza qawwija tat-tagħlim tal-Veda u dan bil-lingwa tagħna. Nifraħlek Charles. Godwin Genovese Wheel of Harmony Centre
383
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat
Li jkolli niġbor il-qalba tal-ktieb Ekam Sat ippreżentat minn C.J. Muscat, nagħżel li nikkwota minn dan l-istess ktieb dan il-kliem li ħiereġ żgur mill-esperjenza ta’ snin twal ta’ taħriġ meditattiv tal-awtur innifsu: Fil-mumenti ta’ meditazzjoni, l-manas jitwaħħad malfjamma tal-qalb, jesperjenza r-rabta tal-bniedem malkożmos. Jeħtieġ li jiġi ndokrat in-nar agni ġewwa fina. Ekam Sat, C.J. Muscat, paġna 119 Bla dubju dan il-ktieb huwa frott tat-taħriġ meditattiv matul medda ta’ snin, li għamlu mill-awtur bniedem meditattiv fih innifsu, fejn ilqawwa tal-ħsieb (manas) tikxef ir-rieda li minnha mbagħad il-persuna taġixxi permezz tal-ġisem, il-moħħ, u l-kliem. Meta fil-meditazzjoni ilmanas jitwaħħad mal-fjamma tal-qalb, il-meditattiv ma’ jibqax ilsir talanusaya li huma s-seba’ ġibdiet li jinbtu fih u li huma l-għajn ta’ ħafna ħsibijiet fiergħa u illużorji. F’dan it-taħriġ il-bniedem meditattiv jagħraf it-twaħħid ta’ kollox fil-Kollox. Biex wieħed jasal għal dan jeħtieġlu jħares ġewwa fih in-nar divin (agni). F’dan id-dawl, Charles ifassal kitbietu fi tliet taqsimiet 1) b’ġabra ta’ testi, 2) ġabra ta’ riflessjonijiet u 3) ġabra ta’ informazzjoni, mill-Veda Dharma, dwarha u fuqha. Fil-qosor nistgħu ngħidu li l-Veda Dharma hija dak l-għarfien li jżomm kollox u jgħaqqad kollox flimkien: il-Veda huwa l-għarfien, idDharma, mis-Sanskrit Dhr, huwa l-prinċipju li jżomm kollox wieqaf u li nistgħu nifhmuh fis-sens ta’ ‘liġi’ (mil-Latin ligare) li torbot flimkien. Flilsna moderni ma għandniex kelma waħda li tfisser id-Dharma. Muscat jagħtina f’dal-ktieb l-għarfien tiegħu moħbi taħt ir-riflessjonijiet għassiltiet magħżula mill-Veda Dharma u li huma dak l-għarfien spiritwali tal-bniedem li nistgħu inqisuh bħala s-sies ta’ kull filosofija u reliġjon. Jekk il-qarrej huwa midħla tat-taħriġ meditattiv f’dan is-sens, se jifhem dak li l-awtur bi kliem sempliċi u b’sengħa kbira sabiex jaqleb termini Sanskritt għal ilsienna, għerf ġej mil-Lvant Imbiegħed u li għadda mittiġrib ta’ eluf u eluf ta’ snin b’mod li ħa forom diversi skont il-kulturi u ż-żminijiet li ġew warajh. Ġej minn liema tradizzjoni reliġjuża u spiritwali ġej, il-qarrej jintebaħ li għorrief u mistiċi Lhud, Insara, Misilmin u l-bqija, ilkoll għandhom reżonanza u f’ċertu sens huma espressjoni konkreta ta’ dak l-Għerf li jżomm kollox wieqaf. Jien u naqra b’attenzjoni meditattiva
© 2021 C.J. Muscat
384
Ekam Sat
dak li nsibu f’dan il-ktieb tal-ħabib tieghi Charles, beda’ tiela’ f’moħħi u qalbi kliem l-Imgħallem Eckhart, San Ġwann tas-Salib, Eliżabetta tatTrinità, jew saħansitra l-mistiċi Sufi u oħrajn; ilkoll xhieda tal-laqgħa tal-bniedem mal-Assolut Divin li tiżboq id-delimitazzjoni tar-reliġjon, u li fi kliem San Pawl hija xhieda li “aħna fih ngħixu, nitħarrku, fih aħna ... aħna tassew nisel tiegħu” (ara Atti 17: 28). Radd ta’ ħajr lil Charles Muscat li għoġbu jaqsam magħna dan itteżor spiritwali tant meħtieġ f’dinja u kultura li kulma tmur iktar qed iżżomm biss fuq dak li jidher, fuq il-qoxra ta’ barra u li hija nieqsa mill-inżul tal-għeruq fil-qigħan fejn hemm l-ilma tal-ħajja li jżommna weqfin fuq saqajna. Jalla din il-kitba tkun tessera oħra fil-mużajk ta’ kitbiet li jfakkru lil ġensna fl-importanza tal-ħajja ġewwinija. Neħtieġu ilħna profetiċi bħal dawn li jċaqilquna mis-superfiċjalità li fiha drajna neżistu. Rev. Dr. Charlò Camilleri, O.Carm Fakultà tat-Teoloġija, Università ta’ Malta; Carmelite Institute Malta, L-Imdina Kienu tnejn l-ewwel ħsibijiet qawwija li ġewni malli qallibt f’dal-ktieb. L-ewwel wieħed hu fuq il-kontenut. Il-mogħdijiet ħielsa tal-ħsieb, li jfittxu li jwasslu lill-bniedem biex jiskopri lilu nnifsu f’għaqda mad-dinja ta’ madwaru, huma għonja u msaħħra daqs ilmisteri li jimlew il-ħajjiet tal-bniedem u tal-ħlejjaq. Dal-ġmiel hu l-foħrija ta’ kull filosofija. It-tieni ħsieb hu l-istil. Il-passjoni qawwija tal-kitbiet għal dak li jipprattikaw u jgħallmu, taqbeż minn kull paġna tal-ktieb. Dil-passjoni hi xrara mill-ispirtu li ħalaqna lkoll; għax qatt ma sar xejn mingħajr passjoni. Daż-żewġ ħsibijiet bdejt bihom imma ma spiċċajtx bihom. Għax fit-tmiem tal-ktieb hemm sentiment, mhux ħsieb, is-sentiment ta’ sliem, jista’ jkun dak l-istess sliem li fiħ jorqod il-ħolqien kollu u li jgħaqqad lilna miegħu. Rev. Dr. Mark Montebello Università ta’ Malta
385
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat
Jingħad, li l-bniedem jilħaq il-milja tiegħu f’komunjoni ma’ dak li jittraxxendih. Fil-ktieb Ekam Sat, it-Traxxendent li qiegħed iġib għall-konjizzjoni tagħna C.J. Muscat, qiegħed jistidinna biex nidħlu f’esperjenza tal-Veda Dharma. Huwa jistidinna, li aħna nimbarkaw fuq vjaġġ, vjaġġ li għandu jgħinna biex naraw, nagħrfu u nintuwixxu, n-naħiet multivarjati tar-realtà tal-madwar, li darba waħda nfittxuha, m’hemmx dubju li din toqrob, tqarreb u tiqrieb lejna. Hija dik ir-realtà traxxendentali fl-ispazju ġewwieni tagħna. Fl-ispazju intimu ta’ ruħna – ir-raaħ ta’ ġo fina, ta’ rwieħna. Ekam sat vipra bahudha vadanti, tgħidilna li dak li jeżisti hu l-Wieħed. Għorrief ta’ kull żmien jgħammduh b’ismijiet varji. L-Esseri Universali ġej minn kull naħa, jeżisti filwaqt li jittraxxendih. Dan kollu hu Hu – dak li kien u dak li se jkun. Huwa s-sid immortali, bla bidu u bla tmiem. Għalkemm huwa dan kollu, fir-realtà hu mhuwiex dan kollu. Għax fir-realtà hu traxxendentali. Is-sensiliet kollha tal-universijiet – il-passat, il-preżent, u l-futur – jesprimu l-glorja u l-qawwa tiegħu. Imma hu jittraxxendi lill-istess glorja tiegħu. L-esseri kollha tal-univers jiffurmaw, bħal qisu, frazzjoni tal-esseri; il-bqija tiegħu tillumina lilha nnifisha, u ma tinbidilx. Huwa jinsab lil hinn minn kull predikat li jeżisti bħala l-univers relattiv. Il-parti tiegħu li hija l-univers relattiv tidher bħala esserijiet senzjenti u insenzjenti. Mhuwiex l-iskop tiegħi li nidħol f’dan il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni li mhuwiex fil-qasam tiegħi. għax Muscat, irnexxielu jagħmel dan b’ħila, li tmur lil hinn mis-sempliċi deskrizzjoni jew iffilosofizzar jew mistifikar ta’ dan it-tip ta’ viżjonar. Għaldaqstant il-qarrej assidwu, jiġifieri l-qarrej li jidħol filmeditar ta’ dawn il-paġni għandu jsib mod/i, kif jista’ jaħseb, jifhem, jikkuntempla u jagħraf il-ġmiel tal-ħajja, fil-qiegħ nett tal-ispirtu. Din mhijiex is-sempliċi għarfien ta’ kultura speċifika, imma li wieħed jirnexxilu jilħaq qagħda ta’ traxxendent – qagħda ta’ paċi u b’dan il-mod il-ħajja tersaq aktar lejn realizzazzjoni nifsija lil hinn mill-kwotidjan, kif nifhmuh komunentement. L-użu tal-kliem li ma jagħmilx parti millkultura tagħna, bħal qisu wkoll jgħin biex jeħodna f’renju ta’ għajxien meditattiv biex inkunu nistgħu nilħqu l-milja tagħna u neħilsu minn turbulazzjonijiet li jkidduna u jkissruna. Forsi, fuq nota ġenerali wieħed għandu mnejn jistaqsi. Imma għalfejn għandu jkun hemm il-Veda? X’inhu l-iskop tal-Mantrajiet? Xi tfisser li wieħed ikun jaf li l-Veda hi Dharma Universali? Kif tidħol
© 2021 C.J. Muscat
386
Ekam Sat
il-validità eterna f’din it-tradizzjoni Veda? Kif nistgħu jkollna ħajja b’għan seren u ħieni? Xi jkunu l-azzjonijiet karma, u kif dawn jgħinuna biex nistagħnu spiritwalment u kif is-soċjetà tagħna tmur għall-aħjar? Xi jkunu l-veritajiet profondi li nsibu fil-Veda? U x’importanza għandu l-‘ħoss’ f’dan kollu? Kif jista’ dan kollu jgħinna biex ikollna ħsibijiet isbaħ u isħeħ? Kif jistgħu l-mantra tal-Veda jispiraw dawn it-tipi ta’ ħsibijiet? Jgħinuna biex ‘nitkellmu’ dwar naħiet li jmorru lil hinn millmoħħ uman? Kif jidħol il-ġid tad-dinja f’dan kollu? Kif jidħol id-Divin f’dan kollu? Kif tasal il-grazzja fuq d-dinja fil-forma tal-ħoss, anke jekk it-tifsiriet ta’ dawn il-‘ħsejjes’ ma jinftiehmux? Huwa minnu li l-ħoss tal-mantra huwa aktar ta’ valur mit-tifsira? Il-ktieb Ekam Sat, huwa bil-Malti, u dan huwa wkoll att lingwistiku, li jqarreb din it-tip ta’ meditattività aktar qribna, għax filwaqt li tibqa’ l-konsonanza lingwistika mal-lingwa oriġinali, kif ukoll ir-riti ‘estranji’ għal dawk ta’ kulturitna, fl-istess ħin, iservi biex aħna nidħlu f’renju meditattiv, li għandu jgħinna, darba waħda aħna ‘nitgħallmuh’ sew, b’ħila u bis-sens mistħoqq, il-ġmiel tar-realizzazzjoni nifsija fis-sens etern. Niżżu ħajr lil ħabib tieghi Charles. Tarċisju Zarb
387
© 2021 C.J. Muscat
Ekam Sat
Ekam Sat struck me as an excellent introduction to the ancient mystical wisdom of the Vedas, addressed to the reader who wants to lead a meaningful life. The author Charles J. Muscat has himself been on the spiritual journey of Self-discovery ever since I met him. This book explains some of the depths of the Vedas in simple Maltese, making this ‘manual’ a unique gem in Maltese Literature. I have known Charles and his lovely wife Monica since the early 80’s, when I met them at the Yoga Centre in Tignè and then over the years, as good friends of the Maltese Indian Community. Both of them spread the seeds of Hatha Yoga, for over twenty years on a voluntary basis to all. Now Charles has explained, through this book, other types of Yoga which are also essential to our spiritual journey, such as Jnana Yoga (The Yoga of Knowledge) and many other useful tools on the path of Yogamarga. As someone who was born in a household that practiced Vedanta philosophy, I still find Ekam Sat to contain revelations and teachings which I find very useful. The Vedas are more than oceans of knowledge from over ten thousand years, passed via the mystic Rishis and our forefathers. Ekam Sat contains many drops of wisdom to quench the thirst of the reader, as he traverses his/her unique journey of SelfDiscovery. It contains innumerable practical tools that can be applied to lead a joyful and meaningful life. Besides containing many explanations of Sanskrit terms and phrases, the book encourages the reader to engage in meditative explorations of The One Truth (Ekam Sat) with sincere friends, in the section entitled Satsang. The ‘Mappa tal-Ktieb’ is very useful, giving an overview of the whole book. Charles has designed the book to be read sequentially, or even just opened randomly for the reader to enjoy the knowledge. It is known that a guide will appear to dispel the darkness, only when the student is ready. In his book, Ekam Sat, Charles unfolds the knowledge handed over generation by our mystics Rishis. May it reach and continue to inspire all those who seek The One Truth. Thank you Charles for your inspiring and practical work that you share with all Maltese readers. Alex R Nandwani 3rd generation Member of the Maltese Indian Community
© 2021 C.J. Muscat
388
Ekam Sat
Nimxu flimkien ’l quddiem 1. Nawgura li jkollna aktar kitbiet bil-Malti, dwar aspetti varji talVeda Dharma li jingħataw lil qarreja Maltin. 2. Ikolna preżentazzjonijiet viżivi bil-Malti tal-ktieb Ekam Sat, fuq l-midja diġitali. 3. Il-ktieb Ekam Sat ikun manwal ta’ referenza għal kull min jixtieq japprofondixxi l-prattika tal-yogamarga, studenti, għalliema, akkademiċi u oħrajn. 4. Ikun ta’ ispirazzjoni, sbiex isseħ trasformazzjoni ġewwinija fi bniedem għaqli, seren u ħieni tul il-ħajja jum b’jum. 5. Tajjeb li wieħed jiddedika ħin jaqra Ekam Sat fil-ġabra waħdu kif ukoll fill-kumpanija ma’ numru ċkejken ta’ ħbieb sinċieri. 6. Ħin meqjus bħala satsang, iddedikat għall-qari, riflessjoni u meditazzjoni siekta fuq ir-Realtà Waħdanija. 7. Kull persuna tagħraf u tesperjenza it-twaħħid ta’ kollox u ta’ kulħadd fil-Kollox Om purnam adah purnam idam. 8. Hekk jinfirxu l-Veda Dharma, mill-qalb, b’mod spontanju, fisskiet, ma jwiegħdu xejn, ma jeskludu lil ħadd. 9. Tmaqdarx lilek innifsek uddharedaatmanaatmaanam, kun inti stess li tgħin lilek innifsek. Ftakar li int biss l-aqwa ħabib tiegħek innifsek. Int biss l-akbar għadu tiegħek innifsek. Bhagavad Gita 6.5 10. Vasudhaiva Kutumbakam, tawgura dinja bħala familja waħda. 11. Flimkien napprezzaw, nipparteċipaw u niċċelebraw il-meravilji glorjużi ta’ prakriti għal dejjem. 12. Uttishthata jågrata pråpya varån nibodhata Qum mil-ħolm! minniket tad-duwalità. Fittex qum mid-dubji u sofferenzi. 13. Fittex kumpanija ta’ min għaraf il-verità waħdanija! 14. Il-Veda jitkellmu fuq Ekam Sat realtà waħda, verità waħda. 15. Nittqarbu, sangachadwam u nimxu flimkien. Om Shanti Shanti Shanti Charles J. Muscat
389
© 2021 C.J. Muscat
© C.J.Muscat 2020
Mappa tal-Ktieb
EKAM SAT Antoloġija ferm ċkejkna li tiddeskrivi fil-qosor diversi prattiki u riflessjonijiet li nsibu fit-tagħlim rivelat lir-Rishi aktar minn għaxart elef sena ilu, miġbura fil-kitbiet tal-Veda Dharma. L-iskop ta’ din l-antoloġija hu li tgħaddi mhux biss informazzjoni iżda esperjenza tal-Veda. Tipprova tressaq qrib il-qarrej il-prattiki offruti mill-Veda sabiex il-qarrej igawdi l-paċi bil-qalb u l-hena traxxendentali filwaqt li jgħix l-isfidi li dejjem toffrilu l-ħajja. Nitkellmu dwar il-kelma li sawret l-eżistenza, l-offerta ta’ mħabba, il-barka eterna, l-elementi universali, iż-żifna tal-ħajja, l-unità tal-ħajja, il-jien magħmul, l-iżball oriġinali, in-nuqqas t’għarfien, in-niket u s-sofferenzi, il-perċezzjoni duwalistika, il-bidliet u l-ostakli, il-prova tal-għerf dwar il-ħajja, il-baħar ta’ żbalji u qerq, realtà waħda, unità fil-multipliċità, viżjoni sħiħa, il-kontribut tal-Veda lill-umanità, prattiki applikabbli filħajja, l-esperjenza diretta tal-verità, l-esperjenza ta’ ferħ bla qies matul il-ħajja u għal dejjem. Noti qosra intenzjonati sabiex naqsmu flimkien aspetti varji tal-Yogamarga, kif ukoll fatti storiċi, siltiet u riflessjonijiet, ispirati mill-kitbiet tal-Veda Dharma. Nittama li dawn in-noti jkunu ta’ użu prattiku, idawlu kull aspett ċkejken fil-ħajja tal-bniedem, kif ukoll isebbħu l-ispettaklu grandjuż tal-ħajja, tal-univers u tal-kożmos. Dan hu l-għarfien li joffru l-Veda. EKAM SAT ISBN: 978-99957-1-957-9
9 789995 719579
It-Tieni Edizzjoni Riveduta
Dan il-ktieb jingħata lil min ifittxu.